Tim nazzjonali tal-futbol tal-Komunità tal-Istati Indipendenti: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 90: Linja 90:
[[mr:स्वतंत्र राज्यांचे कॉमनवेल्थ फुटबॉल संघ]]
[[mr:स्वतंत्र राज्यांचे कॉमनवेल्थ फुटबॉल संघ]]
[[nl:Voetbalelftal van Gemenebest van Onafhankelijke Staten]]
[[nl:Voetbalelftal van Gemenebest van Onafhankelijke Staten]]
[[no:Samveldet av uavhengige staters herrelandslag i fotball]]
[[pl:Reprezentacja Wspólnoty Niepodległych Państw w piłce nożnej]]
[[pl:Reprezentacja Wspólnoty Niepodległych Państw w piłce nożnej]]
[[pt:Seleção da CEI de Futebol]]
[[pt:Seleção da CEI de Futebol]]

Reviżjoni ta' 09:33, 27 Ġunju 2012

Komunità ta' l-Istati Indipendenti
L-Emblema ta' l-Assoċċazzjoni
Assoċċazzjoni Association Football Federation of CIS
L-Aktar Dehriet Dmitri Kharine (11)
L-Aktar Gowls Sergei Kiriakov (4)
L-Ewwel Internazzjonali Stati Uniti 0 - 1 CIS
(Miami, Stati Uniti; 25 ta' Jannar, 1992)
L-Aħħar Internazzjonali Skozja 3 - 0 CIS
(Norrköping, Svezja; 18 ta' Ġunju, 1992)
L-Ikbar Rebħa El Salvador 0 - 3 CIS
(San Salvador, El Salvador; 29 ta' Jannar, 1992)
L-Ikbar Telfa Messiku 4 - 0 CIS
(Ciudad de Mexico, Messiku; 8 ta' Marzu, 1992)

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tal-Komunità ta' l-Istati Indipendenti kienet tirrapreżenta l-Komunità ta' l-Istati Indipendenti, allejanza ta' 12 minn 15-il stat iffurmat mill-Unjoni Sovjetika, matul l-ewwel nofs ta' l-1992. Minħabba li t-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Unjoni Sovjetika kien diġà kiseb post fil-Kampjonati Ewropej 1992 wara li kkwalifika fl-1991, l-unika mod li setgħu jikkompetu fil-kompetizzjoni kien li jieħdu sehem bħala tim wieħed. Hekk kif l-Unjoni Sovjetika waqfet teżisti fl-1 ta' Jannar 1992, hekk ukoll kien għall-Federazzjoni ta' l-Unjoni Sovjetika. Madanakollu fil-11 ta' Jannar 1992, l-Association Football Federation of CIS kienet iffurmat u approvata mill-FIFA jumejn wara. Minħabba li t-timijiet nazzjonali ta' l-Estonja, l-Latvja u l-Litwanja kienu diġà ffurmati, il-plejers minn dawn l-istati ma' ħadux sehem mat-tim nazzjonali ta' din il-komunità. Alavolja l-federazzjoni rnexxiela tgħaqqad tim nazzjonali, il-pjanijiet għal kampjonat domestiku kienu inqas ta' suċċess, fejn irriżulta illi kull repubblika għamlet kampjonat separat.

B'konsegwenza, it-tim tal-futbol tal-Komunità ta' l-Istati Indipendenti kien qabel magħruf bħala t-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Unjoni Sovjetika sa Ġunju 1992 meta t-tim ħa sehem fil-Kampjonati Ewropej 1992. L-isem tbiddel għal Tim Nazzjonali tal-Futbol tar-Russja u timijiet oħra ġew iffurmati.

It-tim nazzjonali tal-Komunità ta' l-Istati Indipendenti kien ikkowċjat minn Anatoly Byshovets matul l-eżistenza tiegħu. It-tim naqas li jkollu suċċess fil-Kampjonati Ewropej 1992, fejn spiċċa l-aħħar fil-grupp b'żewġ pari u telfa.

Nazzjonijiet li ħarġu wara l-firda

Wara l-Kampjonati Ewropej 1992, dawn in-nazzjonijiet ingħqdu mal-FIFA, mal-UEFA u ma' l-AFC:

Nazzjonijiet diġà indipendenti

Storja tal-Kompetizzjonijiet

Kampjonati Ewropej

  • 1992 - L-Ewwel Rawnd
  • 1996 - Ara Russja

Ara wkoll

Ħoloq Oħra