Pesta s-sewda: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
Linja 19: Linja 19:
L-assedju waqaf għax ma' kienx hemm biżżejjed ġellieda b'saħħithom. Ġenova u t-Tatari iffirmaw armistizju u l-bastimenti Ġenwiżi telqu mill-belt u ferrxu l-pesta f'kull port fejn waqfu. Il-marda waslet [[Messina]] f'Settembru 1347<ref>Deskritta minn [[Michele de Piazza]] fil-kronaki tiegħu ''Historia Secula ab anno 1337 ad annum 1361''</ref>, [[Ġenova]] u [[Marsilja]] f'Diċembru tal-istess sena. [[Venezja]] intlaqtet f'Ġunju 1348. F'sena kullimkien fil-[[Mediterran]] kien intlaqat.
L-assedju waqaf għax ma' kienx hemm biżżejjed ġellieda b'saħħithom. Ġenova u t-Tatari iffirmaw armistizju u l-bastimenti Ġenwiżi telqu mill-belt u ferrxu l-pesta f'kull port fejn waqfu. Il-marda waslet [[Messina]] f'Settembru 1347<ref>Deskritta minn [[Michele de Piazza]] fil-kronaki tiegħu ''Historia Secula ab anno 1337 ad annum 1361''</ref>, [[Ġenova]] u [[Marsilja]] f'Diċembru tal-istess sena. [[Venezja]] intlaqtet f'Ġunju 1348. F'sena kullimkien fil-[[Mediterran]] kien intlaqat.


Minn hemm, il-pesta ħarbtet l-[[Ewropa]] kollha min-nofsinhar għat-tramuntana, iżjed u iżjed billi sabet art tajba: il-populazzjoni ma kelliex l-[[antikorpi]] kontra dan il-varjanti tal-[[baċillu]] tal-pesta, u kienet iddgħajfet bil-[[karistija|karistiji]] repetuti,<ref>l-iżjed il-ġuħ il-kbir tal-1315 sal-1322</ref> mill-epidemji <ref>l-iżjed it-[[tifu]]</ref> minħabba li l-klima kienet kesħet mill-aħħar tas-seklu XIII, u mill-gwerer<ref>fosthom il-[[Gwerra ta' Mitt Sena]], li bdiet fl-1336</ref>. Fattur ieħor importanti kien il-fatt li fil-punent tal-Ewropa, il-[[far]] kbir mil-Lvant ''Rattus norvegicus'' infirex għad-dannu tal-far żgħir Ewropej ''Rattus rattus'', u l-qtates kienu kważi għebu fis-seklu XIV minħabba s-superstizzjoni u mingħajrhom il-populazzjoni tan-[[nemes]] reġgħet kibret daqs qabel.
Minn hemm, il-pesta ħarbtet l-[[Ewropa]] kollha min-nofsinhar għat-tramuntana, iżjed u iżjed billi sabet art tajba: il-populazzjoni ma kellhiex l-[[antikorpi]] kontra dan il-varjanti tal-[[baċillu]] tal-pesta, u kienet iddgħajfet b'[[karistija]] wara l-oħra,<ref>l-iżjed il-ġuħ il-kbir tal-1315 sal-1322</ref> mill-epidemji <ref>l-iżjed it-[[tifu]]</ref> minħabba li l-klima kienet kesħet mill-aħħar tas-seklu XIII, u mill-gwerer<ref>fosthom il-[[Gwerra ta' Mitt Sena]], li bdiet fl-1336</ref>. Fattur ieħor importanti kien il-fatt li fil-punent tal-Ewropa, il-[[far]] kbir mil-Lvant ''Rattus norvegicus'' infirex għad-dannu tal-far żgħir Ewropej ''Rattus rattus'', u l-qtates kienu kważi għebu fis-seklu XIV minħabba s-superstizzjoni u mingħajrhom il-populazzjoni tan-[[nemes]] reġgħet kibret daqs qabel.


===Kif infirxet===
===Kif infirxet===

Reviżjoni ta' 10:43, 28 Mejju 2012

Il-pesta s-sewda kienet pandemija ta' pesta bubonika (għalkemm xi wħud jaħsbu li ma kinetx bubonika imma ta' tip ieħor[1][2]) li qerdet parti kbira mill-populazzjoni Ewropea bejn l-1347 u l-1350.[3][4] Din ma kinetx l-ewwel jew l-aħħar epidemija ta' dan it-tip, imma hi biss tissejjaħ hekk. Kienet l-ewwel waħda li l-kronisti ddeskrivew tajjeb.

Stampa tal-Pesta s-Sewda meħuda mill-Bibbja ta' Toggenburg (1411)

Jaħsbu li l-pesta s-sewda f'ħames snin kienet il-kawża tal-mewt ta' nofs il-populazzjoni tal-Ewropa, xi 25 miljun ruħ. [5], u x'aktarx l-istess numru fl-Asja, jiġifieri xi 50 miljun b'kollox. Il-pesta s-sewda kellha konsegwenzi permanenti fuq iċ-ċivilizazzjoni Ewropea, iżjed u iżjed billi wara din l-ewwel mewġa, il-marda reġgħet dehret f'bosta mill-pajjiżi milquta (pereżempju bejn l-1353 u l-1355 Franza, bejn l-1360 u l-1369 l-Ingilterra, etc.)

L-epidemji ta' qabel

Il-Medjuevu kien imsallab b'ħafna epidemji. Fis-seklu VII, il-Pesta ta' Ġustinjanu ħarbtet l-Imperu Ruman ta' Lvant u żgur li kienet il-kawża tal-populazzjoni baxxa fil-Medjuevu Għoli[6] fl-Ewropa . Mill-Antikità il-ġdim kien jitfaċca b‘mod kroniku . Epidemji oħra ftit jew wisq virulenti u lokalizzati imma sikwit mhux identifikati tajjeb kienu jfaqqgħu 'l hemm u 'l hawn. Barra forsi l-ergotiżmu[7] li l-kawża tiegħu kienet intossikazzjoni mill-ikel, il-parti l-kbira tal-epidemji kienu jiġru fl-istess żmien mal-ġwieħ u l-karestiji li kienu jdgħajfu l-populazzjoni.

Kronoloġija

Kif bdiet

Il-pesta bubonika kien tidher b'mod endemiku fl-Asja ċentrali, u żgur li kienu l-gwerer bejn il-Mongoli u ċ-Ċiniżi li kkawżaw l-epidemija. Tfaċċat fl-1334 fil-provinċja Ċiniża ta' Hubei u infirxet bil-ħeffa mal-provinċji tal-inħawi (Jiangxi, Shanxi, Hunan, Guangdong, Guangxi, Henan u Suiyuan, provinċja antika ikkontestata bejn l-imperi Mongolu u Ċiniż).

Fl-1346, it-Tatari assedjaw il-belt ta' Caffa, fuq ix-xatt tal-Baħar Iswed, fil-Krimea, port importanti fuq it-triq bejn il-Lvant mbiegħed u l-Punent Ewropej, fejn kien hemm ħafna merkanti Ġenwiżi. L-epidemija, miġjuba mill-Asja ċentrali mill-Mongoli laqtet kemm l-assedjanti u kemm l-assedjati, għax il-Mongoli sparaw l-kadavri bil-katapulti ġewwa s-swar biex jinfettaw il-belt.

L-assedju waqaf għax ma' kienx hemm biżżejjed ġellieda b'saħħithom. Ġenova u t-Tatari iffirmaw armistizju u l-bastimenti Ġenwiżi telqu mill-belt u ferrxu l-pesta f'kull port fejn waqfu. Il-marda waslet Messina f'Settembru 1347[8], Ġenova u Marsilja f'Diċembru tal-istess sena. Venezja intlaqtet f'Ġunju 1348. F'sena kullimkien fil-Mediterran kien intlaqat.

Minn hemm, il-pesta ħarbtet l-Ewropa kollha min-nofsinhar għat-tramuntana, iżjed u iżjed billi sabet art tajba: il-populazzjoni ma kellhiex l-antikorpi kontra dan il-varjanti tal-baċillu tal-pesta, u kienet iddgħajfet b'karistija wara l-oħra,[9] mill-epidemji [10] minħabba li l-klima kienet kesħet mill-aħħar tas-seklu XIII, u mill-gwerer[11]. Fattur ieħor importanti kien il-fatt li fil-punent tal-Ewropa, il-far kbir mil-Lvant Rattus norvegicus infirex għad-dannu tal-far żgħir Ewropej Rattus rattus, u l-qtates kienu kważi għebu fis-seklu XIV minħabba s-superstizzjoni u mingħajrhom il-populazzjoni tan-nemes reġgħet kibret daqs qabel.

Kif infirxet

Mappa tal-tifrix tal-pesta s-sewda

Il-pesta s-sewda infirxet bħal mewġa imma ma damitx għal żmien twil fil-postijiet milquta. Ir-rata tal-mortalità ta' xi 30 % tal-populazzjoni totali (u minn 60 sa 100 % tal-populazzjoni infettata) kienet hekk li l-iżjed dgħajfa mietu malajr, u l-flaġell ma damx iżjed minn medja ta' sitta jew disa' xhur.

Minn Marsilja (Novembru 1347), ma damitx ma laħqet Avignon (Jannar 1348), li dak iż-żmien kienet il-belt papali u salib it-toroq tad-dinja nisranija, u għalhekk qalba perfetta għat-tixrid tal-pesta. Laħqet Pariġi f'Ġunju tal-1348, u sa Diċembru tal-1348, l-Ewropa t'isfel mill-Greċja sal-Ingilterra kienet intlaqtet. Nafu li l-pesta s-sewda waslet fil-gżejjer Maltin fl-1348. F'Diċembru 1349, ġriet mal-Ġermanja kollha, id-Danemarka, l-Ingilterra, Galles, ma' parti kbira tal-Irlanda u l-iSkozja. Wara baqet timxi lejn il-lvant u t-tramuntana u fl-1350 ħarbtet l-iSkandinavja, imbagħad fl-1351 intilfet fil-pjanuri vasti bla abitanti tar-Russja. Ta' min jinnota li mixja tagħha ma kinetx omoġenja. Mhux ir-reġjuni kollha intlaqtu bl-istess mod u xi rħula u ċerti bliet bħal Brugge, Milan u Nuremberg ħelsuha permezz ta' meżuri drastiċi biex ma jħallux nies jidħlu, u ġara l-istess f'Béarn u l- Polonja (ara l-mappa faċċata).

Konsegwenzi

Il-pesta ħolqot ħafna problemi serji ekonomiċi, soċjali u reliġjużi:

  • Kien hemm nuqqas ta' ħaddiema u l-prezz tax-xogħol għola ħafna, l-iżjed fil-biedja. Għad kbir ta' rħula ġew abbandunati u l-art reġgħet saret salvaġġa u l-foresta nfirxet.
  • Il-bliet saru deżert waħda wara l-oħra. Il-mediċina ta' dak iż-żmien ma kinetx taf biżżejjed u ma kelliex il-kapaċità twaqqaf l-epidemji.
  • Id-dħul mill-art naqas ħafna minħabba li tbaxxew iċ-ċnus u għolew il-pagi.
  • Twaqqfu fratellanzi ta' flagellanti biex jippruvaw ippattu għal dnubiethom qabel l-Apokalissi, għax kienu jaħsbu l-pesta ma kinetx ħlief il-ħabbara ta' dan.
  • Il-Lhud, iż-żingari, in-nomadi u populazzjoni oħra ġeneralment magħrufa bl-isem ta' agots jew agotes, kienu akkużati mill-populazzjoni li avvelenaw il-bjar u għalhekk ġew ippersegwitati minkejja l-protezzjoni tal-papa Klement VI (ara hawn taħt).

Il-pesta għamlet impressjoni wkoll fuq l-arti, per eżempju iż-Żifna tal-Mewt u x-xogħol ta' Bocaccio id-"Decameron".

Il-mortalità

Tabib liebes il-maskra karatteristika ta' żmien il-pesta. Il-munqar twil kien ikun fih il-ħwawar biex itaffi r-riħa tal-kadavri (inċiżjoni tal-1656).

Is-sorsi dokumentarji huma skarsi wisq u ġeneralment jikkopraw perjodu itwal, imma għall-inqas jagħtuna idea raffa. L-istoriċi jestimaw li l-proporzjon tal-mejtin kien bejn 30 % u 50 % tal-populazzjoni Ewropea. Il-bliet kienu milquta iżjed bl-aħrax mill-irħula minħabba l-konċentrazzjoni tal-populazzjoni, imma wkoll minħabba l-ġuħ u l-problemi tal-għaks. Jidher li fl-Ewropa, il-populazzjoni kienet ilha niżla mill-bidu tas-seklu XIV, minħabba l-għaks u l-eċċess tal-populazzjoni. Din baqgħet nieżla sal-bidu tas-seklu XV, u niżlet iżjed malajr bil-pesta.

Franza, bejn l-1340 u l-1440, il-populazzjoni naqset minn 17 għal 10 milljuni, jiġifieri nuqqas ta' mill-inqas 42 %. Ir-reġistru parrokkjali ta' Givry (Saône-et-Loire), wieħed mill-iżjed preċiżi juri li minn xi 1,500 abitant, kien hemm 649 midfunin fl-1348, li minhom 630 kienu bejn Ġunju u Settembru. Għal parroċċa li s-soltu jkollha xi 40 biss midfunin dan iffisser li l-pesta qatlet 40.6 %.

L-istoriċi ġeneralment jaqblu li fl-Italja, l-pesta qatlet mill-inqas nofs l-abitanti. Milan biss jidher li ħeles, però is-sorsi huma skarsi u impreċiżi fuq dan is-suġgett. Is-sorsi kontemporanji jagħtu rata ta' mortalità tal-biża': tmienja minn għaxra Firenze, tlieta minn erbgħa Venezja, etc.

Fi Spanja, il-pesta setgħet qerdet minn 30 sa 60% tal-populazzjoni, l-iżjed f'Aragona (disa' mewġiet bejn l-1348 u l-1401).

Fl-Awstrija, kien hemm 40,000 vittma fi Vjenna u 25 sa 35% tal-populazzjoni nqerdet.

L-Ingilterra l-iżjed li ħallietilna sorsi u paradossalment dan jagħmel l-estimazzjoni tar-rati l-iżjed diffiċli għax l-istoriċi jibbażaw il-kalkulazzjonijiet tagħhom fuq dokumenti differenti. Iċ-ċifri proposti huma bejn 20 sa 50 %. Mentri, l-istimi tal-populazzjoni juru li bejn l-1300 u l-1450 naqset b'45 sa 70 %. Anki jekk il-populazzjoni kienet nieżla qabel il-pesta, xorta l-istima ta' 20% mhux kredibbli, l-iżjed billi dawn ir-rati huma bbażati fuq dokumenti li jirrigwardaw il-propjetarji tal-art lajċi li ma jirripreżentawx il-populazzjoni li kienet il-parti kbira magħmula minn raħħala mdagħjfin bil-karistiji.

Jaħsbu wkoll li l-populazzjoni tal-Ġermanja naqset bin-nofs. Hamburg tilfet 66% tal-populazzjoni tagħha, Bremen 70% u Pommerellen 42%.

L-antiġudaiżmu

Mill-1348, il-pesta qajmet ħafna ħdura kontra l-Lhud. Fi Provenza fi Franza is-sinagoga ta' Saint-Rémy-de-Provence tawha n-nar; xi Lhud ġew maħruqin f'Serres, fid-Delfinat; kien hemm massagri oħra f'Navarra u f'Kastilja. Fit-13 ta' Mejju 1348, nqered il-kwartier Lhudi ta' Barċelona.[12].

L-Axkenazi tal-Ġermanja kienu vittmi ta' bosta pogrom. F'Settembru 1348, il-Lhud tar-reġjun ta' Chillon, fuq il-lag Léman fl-iŻvizzera, kienu ttorturati sakemm għamlu stqarrija falza li kienu avvelenaw il-bjar [13]. L-istqarrijiet tagħhom saħħnu r-rabja tal-poplu u wasslu għal xi massakri u tkeċċijiet. Tliet mitt komunità ġew meqruda jew imkeċcija. Sitt elf Lhudi ġew maqtula f'Mainz. Għad kbir ta' Lhud ħarbu lejn il-Polonja u l-Litwanja.

Xi 2000 Lhudi ġew maħruqa fi Strasburgu fl-14 ta' Frar 1349 (Il-massagru ta' San Valentin)[14], oħrajn ġew mitfugħa fix-xmara Vienne f'Chinon. Fl-Awstrija, in-nies qabadhom il-paniku u ħabtu għal-Lhud li ssusspettaw li ferrxu l-marda u Albertu II tal-Awstrija kellu jindaħal biex jipproteġi s-suġġetti tiegħu Lhud.[15].

Għal iżjed informazzjoni fuq il-persekuzzjoni tal-Lhud minħabba l-pesta s-sewda, ara per eżempju l-artiklu Histoire des Juifs ta' Heinrich Graetz.

Noti u Referenzi

  1. ^ BBC news story on controversy over Black Death origins
  2. ^ Mark Derr, "New Theories Link black Death to Ebola-Like Virus", The New York Times, Science Section, October 2, 2001
  3. ^ Le contexte historique de la création du franc - La Peste noire, Bibliothèque nationale de Franc, 15 ta' Settembru 2007
  4. ^ Louis Bréhier, Le monde byzantin : Vie et mort de Byzance, Albin Michel, L'Évolution de l'Humanité, ISBN:978-2226171023, [1]
  5. ^ Fra Bruno Halioua, Histoire de la médecine 2004, Masson ISBN:2294010566 Kapitlu: La grande peste ou peste noire
  6. ^ Medjuevu Għoli (imsejjaħ ukoll "is-sekli mudlama"), li jinfirex mis-seklu V sas-seklu X hu kkaratterizzat minn kondizzjonijiet ekonomiċi ħżiena ħafna u invażjonijiet kontinwi mis-Slavi, Għarab, Normanni u Maġjari;
  7. ^ Ergotiżmu hu l-effett ta' avvelenament fit-tul mill-inġestjoni tal-alkolojdi prodotti mill-fungus Claviceps purpurea li tinfetta s-segali u ċereali oħra. Ħu magħruf ukoll bħala ergotossikożi, avvelenament ergot u n-nar ta' Sant Antnin.
  8. ^ Deskritta minn Michele de Piazza fil-kronaki tiegħu Historia Secula ab anno 1337 ad annum 1361
  9. ^ l-iżjed il-ġuħ il-kbir tal-1315 sal-1322
  10. ^ l-iżjed it-tifu
  11. ^ fosthom il-Gwerra ta' Mitt Sena, li bdiet fl-1336
  12. ^ Ing Communal organisation, Richard Gottheil u Meyer Kayserling, Jewish Encyclopedia
  13. ^ Fra Taħt id-direzzjoni ta' Elie Barnavi, “Histoire universelle des Juifs”, 1992, Hachette
  14. ^ Fra "Le massacre de la Saint-Valentin" Lazare Landau, Site internet du judaïsme d'Alsace et de Lorraine 2007}}
  15. ^ Fra ”Grande Peste en Europe : 25 millions de victimes (autant en Asie), Eurocles

Ħoloq esterni