Gwerer Puniċi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: oc:Guèrras Punicas
Linja 49: Linja 49:
[[nn:Punarkrigane]]
[[nn:Punarkrigane]]
[[no:Punerkrigene]]
[[no:Punerkrigene]]
[[oc:Guèrras Punicas]]
[[pl:Wojny punickie]]
[[pl:Wojny punickie]]
[[pt:Guerras Púnicas]]
[[pt:Guerras Púnicas]]

Reviżjoni ta' 16:31, 19 Mejju 2012

Il-Gwerer Puniċi kienu sensiela ta' tliet gwerer miġġielda bejn ir-Rumani u l-belt Feniċja ta' Kartaġni. Jissejħu "Puniċi" għax ir-Rumani baqgħu jirreferu għall-Kartaġiniżi bħala Feniċi, billi l-kelma bil-Latin għall-feniċju għanda l-għerq 'Puniceus'.

Il-kawża prinċipali ta' dawn il-Gwerer Puniċi kien il-kunflitt ta' interess bejn il-Kartaġiniżi u ir-Rumani, kawżat minħabba l-espansjoni ta' dawn iż-żewġ superpotenzi tal-Mediterran. Ir-Rumani kienu interessati ħafna fil-portijiet u l-kolonji Kartaġiniżi. Fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Punika, Kartaġni kienet tiddomina l-Mediterran, b'imperu marittimu kbir ħafna, filwaqt li Ruma bdiet issir il-mexxejja tal-popli Latini fl-Italja. Fl-aħħar tat-Tielet Gwerra Punika, Ruma kienet rebħet l-imperu sħiħ tal-Kartaġiniżi u ħassret lill-belt ta' Kartaġni minn wiċċ id-dinja, biex b'hekk Ruma saret l-iktar nazzjon potenti fil-Mediterran.

  • L-Ewwel Gwerra Punika (264 QK - 241 QK) kienet primarjament gwerra marittima.
  • It-Tieni Gwerra Punika (218 QK - 202 QK) hi famuża grazzi għal Annibale u l-attakki tiegħu fl-Italja.
  • It-Tielet Gwerra Punika (149 QK - 146 QK) spiċċat bit-telfa ta' Kartaġni.