Parteċipazzjoni fil-Festival tal-Eurovision: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: nn:Land i Eurovision Song Contest
Linja 313: Linja 313:
[[et:Eurovisiooni lauluvõistlus#Riigid Eurovisiooni lauluvõistlusel]]
[[et:Eurovisiooni lauluvõistlus#Riigid Eurovisiooni lauluvõistlusel]]
[[fr:Liste des pays au Concours Eurovision]]
[[fr:Liste des pays au Concours Eurovision]]
[[hy:Եվրատեսիլ երգի մրցույթում մասնակցող երկրների ցանկ]]
[[ja:ユーロビジョン・ソング・コンテストの参加国一覧]]
[[ja:ユーロビジョン・ソング・コンテストの参加国一覧]]
[[nn:Land i Eurovision Song Contest]]
[[nn:Land i Eurovision Song Contest]]

Reviżjoni ta' 17:03, 18 Mejju 2012

Mappa li turi d-debutt fil-festival f'intervall ta' għaxar snin:      1950     1960     1970     1980     1990     20001: Parteċipazzjoni bħala parti mill-Jugożlavja bejn l-1961 u l-1991
2: Parteċipazzjoni bħala parti mill-Jugożlavja u aktar tard bħala s-Serbja u Montenegro fl-2005

Disgħa u erbgħin pajjiż ipparteċipa fil-Festival tal-Eurovision mill-bidu tiegħu fl-1956. Minn dawn, erbgħa u għoxrin rebħu l-festival. Il-festival, organizzat mill-European Broadcasting Union (EBU), isir kull sena bejn il-membri tal-Unjoni. Ix-xandara ta' pajjiżi differenti jibgħatu kanzunetta li tirrapreżenta l-pajjiż, u jivvutaw biex jiddeterminaw l-aqwa kanzunetta fil-kompetizzjoni.

Parteċipazzjoni fil-festival hi miftuħa għal kull membru attiv tal-EBU. Biex tkun membru attiv, ix-xandara jridu jkunu fil-European Broadcasting Area, jew fil-Kunsill tal-Ewropa ta' dak il-pajjiż membru.[1] Biex wieħed ikun eleġibbli li jipparteċipa ma jkunx iddeterminat skont il-pożizzjoni ġeografika fl-Ewropa, minkejja il-kelma "Euro" fil-kelma "Eurovision". L-Iżrael, pajjiż mil-Lvant Nofsani, ilu jipparteċipa mill-1973.

In-numru ta' nazzjonijiet parteċipanti kiber ġmielu matul is-snin, minn seba' fl-1956 sa aktar minn għoxrin lejn tmiem is-snin tmenin. Hekk kif in-numru ta' kontestanti kiber, kompetizzjonijiet preliminarji u relegazzjoni ġew introdotti, biex jassiguraw li numru konsiderevoli ta' pajjiżi jkollhom ċans li jipparteċipaw. Fl-1993, festival preliminarju, Kvalifikacija za Millstreet, kien sar f'Ljubljana biex jintgħażlu tliet pajjiżi mil-Lbiċ tal-Ewropa biex jikkompetu fil-finali. Wara l-1993, ir-regola ta' relegazzjoni ġiet introdotta; dawk li kklassifikaw fl-aħħar sitt postijiet ma setgħux jikkompetu fl-edizzjoni ta' wara. Fl-1996, sistemà ġdida kienet introdotta. Tejps tad-disgħa u għoxrin kontestant kienu ntbagħtu lill-ġurija nazzjonali. L-aqwa tnejn u għoxrin jikkwalifikaw għall-finali. In-Norveġja bħala l-ospitu tal-kompetizzjoni, ingħatat post awtomatiku fil-finali. Mill-1997 sal-2001, sistemà ġdida ġiet użata fejn il-pajjiżi li kisbu medja żgħira ta' punti f'dawk l-aħħar ħames snin, jispiċċaw relegati. Il-pajjiżi ma setgħux jiġu relegati aktar minn sena waħda.

Bejn l-2001 u l-2003, is-sistemà tar-relegazzjoni li kienet użata bejn l-1994 u l-1995, reġgħet ġiet użata. Fl-2004, is-semifinali ġiet introdotta. L-aqwa għaxar pajjiżi fl-edizzjoni ta' qabel, flimkien mal-"L-Aqwa Erbgħa" , jikkwalifikaw għall-finali tal-edizzjoni ta' wara awtomatikament. Il-pajjiżi jidħlu fis-semi-finali, fejn iħallu finali ta' erbgħa u għoxrin. Fl-2008, saru għall-ewwel darba żewġ semifinali.[2]

Xi pajjiżi, bħall-Ġermanja u r-Renju Unit, daħlu f'kull edizzjoni; il-Marokk, min-naħa l-oħra, daħlu darba biss. Żewġ pajjiżi, it-Tuneżija u l-Libanu ppruvaw jidħlu qabel ma daħlu fil-Festival. Il-Liechtenstein, minħabba li m'għandhomx stazzjon tat-televiżjoni tagħhom, ma setgħux jidħlu fl-1969 u fl-1976.[3]

Parteċipanti

Pajjiż Sena debuttanti Parteċipazzjonijiet Rebħiet
Bandiera tal-Albanija Albanija 2004 8 0
Bandiera tal-Andorra Andorra 2004 6 0
Bandiera tal-Armenja Armenja 2006 6 0
Bandiera tal-Awstrija Awstrija 1957 44 1
Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan 2008 4 1
Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja 2004 8 0
Bandiera tal-Belġju Belġju 1956 53 1
Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina 1993 17 0
Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija 2005 7 0
Bandiera ta' Ċipru Ċipru 1981 29 0
Bandiera tad-Danimarka Danimarka 1957 40 2
Bandiera tal-Estonja Estonja 1994 17 1
Bandiera tal-Finlandja Finlandja 1961 45 1
Bandiera ta' Franza Franza 1956 54 5
Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja 2007 4 0
Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja 1956 55 2
Bandiera tal-Greċja Greċja 1974 32 1
Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda 1965 45 7
Bandiera tal-Italja Italja 1956 37 2
Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda 1986 24 0
Bandiera tal-Iżrael Iżrael 1973 34 3
Bandiera tal-Jugożlavja Jugożlavja 1961 27 1
Bandiera tal-Kroazja Kroazja 1993 19 0
Bandiera tal-Latvja Latvja 2000 12 1
Bandiera tal-Litwanja Litwanja 1994 12 0
Bandiera tal-Lussemburgu Lussemburgu 1956 37 5
Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja 1998 11 0
Bandiera ta' Malta Malta 1971 24 0
Bandiera tal-Marokk Marokk 1980 1 0
Bandiera tal-Moldova Moldova 2005 7 0
Bandiera tal-Monako Monako 1959 24 1
Bandiera tal-Montenegro Montenegro 2007 3 0
Bandiera tan-Norveġja Norveġja 1960 50 3
Bandiera tan-Netherlands Netherlands 1956 52 4
Bandiera tal-Polonja Polonja 1994 16 0
Bandiera tal-Portugall Portugall 1964 45 0
Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit 1957 54 5
Bandiera tar-Repubblika Ċeka Repubblika Ċeka 2007 3 0
Bandiera tar-Rumanija Rumanija 1994 13 0
Bandiera tar-Russja Russja 1994 15 1
Bandiera tas-Serbja Serbja 2007 5 1
Bandiera tas-Serbja u Montenegro Serbja u Montenegro 2004 2 0
Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja 1994 6 0
Bandiera tas-Slovenja Slovenja 1993 17 0
Bandiera ta' Spanja Spanja 1961 51 2
Bandiera tat-Turkija Turkija 1975 33 1
Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna 2003 9 1
Bandiera tal-Ungerija Ungerija 1994 9 0
Bandiera tal-Iżvezja Żvezja 1958 51 4
Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera 1956 52 2

Pajjiżi li pruvaw jipparteċipaw

Pajjiż Sena Noti Ref
Bandiera tal-Libanu Libanu 2005 Il-Libanu irtiraw mill-edizzjoni tal-2005 minħabba li Téle Liban ma kienx se jiggarantixxi jekk kienx se jxandar il-kanzuentta Iżraelita, wara li l-EBU assiguraw li huma kienu se juru s-serata sħiħa. Din kienet se tikser ir-regoli tal-festival. [4][5]
Bandiera tal-Liechtenstein Liechtenstein 1969 u 1974 Il-Liechtenstein ma kellux stazzjoni membru tal-EBU u b'hekk ma kienx eleġibbli li jidħol fil-festival. Madanakollu, il-Liechtenstein issa għadhom stazzjon, li b'hekk iħallihom isiru membru tal-EBU jekk iridu. [3][6]
Bandiera tat-Tuneżija Tuneżija 1977 It-Tuneżija kienet se tkanta fir-raba' post tal-edizzjoni tal-1997. Ir-raġuni tal-irtirar tal-pajjiż qatt ma stabbilit uffiċjalment; xi għajdut isostnu li ERTT ma ridux jikkompetu mal-Iżrael. [3]

Biblijografija

  • O'Connor, John Kennedy (2005). The Eurovision Song Contest 50 Years The Official History. Londra: Carlton Books Limited. ISBN 1-84442-586-X.

Referenzi

  1. ^ EBU, ed. (22-02-2006). "Membership conditions" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ eurovision.tv, ed. (01-10-2007). "Two semi-finals Eurovision Song Contest 2008" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ a b ċ BBC, ed. (26-04-2007). "The Eurovision Song Contest 1956 - present" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ BBC News, ed. (18-03-2005). "Lebanon withdraws from Eurovision" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Al Bawaba, ed. (29-03-2005). "Lebanon officially withdraws from Eurovision" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ Michael, Kuipers (24-08-2008). Esctoday (ed.). "Liechtenstein gets its own TV station" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni