Giovanna Garzoni: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
m r2.7.1) (Bot Żieda: et:Giovanna Garzoni
Linja 28: Linja 28:


[[en:Giovanna Garzoni]]
[[en:Giovanna Garzoni]]
[[et:Giovanna Garzoni]]
[[fr:Giovanna Garzoni]]
[[fr:Giovanna Garzoni]]
[[it:Giovanna Garzoni]]
[[it:Giovanna Garzoni]]

Reviżjoni ta' 11:48, 18 Mejju 2012

Natura mewta b'skutella mimlija tronġ, tempera fuq il-parċmina, (1640)
Ritratt ta' Amedeo I ta' Savojja

Giovanna Garzoni (Ascoli Piceno, 1600Ruma, 1670) kienet pittriċi Taljan tas-seklu XVII tal-iskola Naplitana, li speċjalizzat fin-Natura mejta.

Bijografija

Giovanna Garzoni kienet pittriċi Taljana tal-epoka Barokka. Is-suġġetti tagħha kienu primarjament dekorattivi (naturi mejtin bil-frott, ħxejjex u fjuri). Il-formazzjoni tagħha ħaditha taħt pittur mhux magħruf minn belt twelidha, Ascoli Piceno. Malajr għamlet suċċess f’Ruma, Venezja, Firenze (1642 - 1651) Napli u Torin. Kienet imdaħħla maċ-ċirku Cassiano dal Pozzo. F'Torin, kienet fis-servizz ta' Karlu Emmanwel II ta' Savojja. Fl-1650 marret lura u fl-1666, Garzoni ħalliet ġidha kollu lill-għaqda Rumana tal-pittura, l-Accademia di San Luca, bill-kundizzjoni li jibnulha qabar fil-knisja ta' Santi Luca e Martina. Dan il-qabar monumentali, iddisinjat minn Mattia de Rossi, jinsab fuq il-lemin meta tidħol fil-knisja. X'aktarx f'Napli, kienet influwenzata min-natura mejta ta' Giovanni Battista Ruoppolo u tal-kontemporanji tagħha Jacopo Ligozzi u l-pittriċi Fede Galizia.

Xogħlijiet

  • Natura mewta b'skutella mimlija tronġ, tempera fuq it-tila, (1640)
  • Ritratt ta' Amedeo I ta' Savojja

Biblijografija

  • Elena Fumagalli, Still Lifes - Giovanna Garzoni, Bibliotheque de l'Image, 2000, ISBN-10: 290980884X, ISBN-13: 978-2909808840

Ħoloq esterni

  • Bijografija tal-Mużew Getty [1]
  • Grove Art Dictionary - [2] Wirja fin -National Gallery, Londra bit-titlu The Flowering of Florence; Botanical art for the Medici
  • Web gallery of Art [3]