Ritchie De Laet: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: ko:리치 드 라에
Linja 114: Linja 114:
[[it:Ritchie De Laet]]
[[it:Ritchie De Laet]]
[[ja:リッチー・デ・ラエト]]
[[ja:リッチー・デ・ラエト]]
[[ko:리치 드 라에]]
[[nl:Ritchie De Laet]]
[[nl:Ritchie De Laet]]
[[no:Ritchie De Laet]]
[[no:Ritchie De Laet]]

Reviżjoni ta' 15:06, 16 Mejju 2012

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Richard "Ritchie" De Laet (Antwerp, 28 ta' Novembru 1988) hu plejer tal-futbol Belġjan li attwalment jilgħab mat-tim mill-Premier League Ingliż Norwich City, taħt self minn Manchester United.

Karriera

Stoke City

De Laet ingħaqad ma' Stoke City għal somma inizzjali ta' £100,000, nhar is-17 ta' Awwissu 2007, mill-klabb Belġjan ta' Royal Antwerp, fejn iffirma kuntratt ta' tliet snin.[1]

F'Ottubru tal-2008, ingħaqad għal xahar taħt self mat-tim ta' Wrexham, fejn iddebutta fir-rebħa ta' 2–0 fuq Lewes fil-Conference National. Matul dan il-perjodu qasir għamel total ta' tliet dehriet, imma l-perjodu ta' self kellu jintemm qabel minħabba li kellu jagħmel operazzjoni fl-ernja.[2]

Manchester United

Nhar it-8 ta' Jannar 2009, De Laet iffirma kuntratt għal tliet snin ma' Manchester United. Is-somma ta' ingaġġ imħallsa minn Manchester United tiddependi mill-prestazzjonijiet ta' De Laet mal-klabb.[3] Wara li ngħaqad ma' United, De Laet beda jilgħab mat-tim tar-riservi; f'disa' partiti tar-riservi li fiha kien involut, United laqqtu erba' gowls, li taw riżultat għal sitt rebħiet, pari waħda u telfa. F'Marzu tal-2009, De Laet ġie mniżżel fost il-ħames plejers 'il fuq minn 18-il sena, li ntgħażlu f'isem it-tim ta' taħt it-tmintax-il sena ta' Manchester United biex jipparteċipaw fit-Torneo Calcio Memorial Claudio Sassi-Sassuolo. Hu lagħab tlieta mill-ħames partiti, u skorja penalty fir-rebħa ta' 5–3 bl-għoti tal-penalties fuq Modena biex poġġa lir-Red Devils fil-finali, mirbuħa 1–0 fuq Ajax.[4]

De Laet ingħata l-ewwel sejħa mal-ewwel tim meta iddebutta fl-24 ta' Mejju 2009, fejn lagħab bħala difensur xellugi fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat tal-istaġun 2008–09 kontra Hull City.[5]

Internazzjonali

Ftit ġranet wara d-debutt bil-flokk ta' Manchester United, De Laet ġie msejjaħ fl-iskwadra Belġjana għat-Tazza Kirin għall-pariti kontra ċ-Ċili u l-Ġappun. Id-debutt tiegħu wasal fid-29 ta' Mejju 2009 kontra ċ-Ċili.

Referenzi

  1. ^ Stoke City FC, ed. (17-08-2007). "De Laet Signs!" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ "Tsiaklis agrees Wrexham extension". BBC Sport (bl-Ingliż). 02-12-2008. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ "Man Utd sign De Laet from Stoke". BBC Sport (bl-Ingliż). 08-01-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ "Reds reign in Italy". ManUtd.com (bl-Ingliż). 13-04-2009. Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ "Hull 0-1 Man Utd". BBC Sport (bl-Ingliż). 24-05-2009. Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' Norwich City FC