Anders Lindegaard: Differenza bejn il-verżjonijiet
m r2.7.2) (Bot Bidla: ko:안데르스 린데고르 |
m r2.7.1) (Bot Żieda: be-x-old:Андэрс Ліндэгор |
||
Linja 123: | Linja 123: | ||
[[ar:أندرس لندجرد]] |
[[ar:أندرس لندجرد]] |
||
[[be-x-old:Андэрс Ліндэгор]] |
|||
[[bg:Андерс Линегор]] |
[[bg:Андерс Линегор]] |
||
[[da:Anders Lindegaard]] |
[[da:Anders Lindegaard]] |
Reviżjoni ta' 22:24, 22 Jannar 2012
Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Anders Rosenkrantz Lindegaard (Odense, 13 ta' April 1984) hu plejer tal-futbol Daniż li jilgħab bħala gowlkiper ma' Manchester United, li ngħaqad magħhom f'Novembru tal-2010.
Karriera
Imwieled f'Odense, Lindegaard beda l-karriera bħala futboler ma' Odense Boldklub (OB) li jilgħab fis-Superliga Daniża. Id-debutt fil-kampjonat wasal fir-rebħa ta' 3-1 kontra Silkeborg IF nhar id-19 ta' Novembru 2006, waqt li fl-Ewropa iddebutta fit-30 ta' Lulju 2009 fir-rebħa ta' 4–3 fuq Rabotnički. Matul iż-żmien tiegħu ma' OB kien aktar ikopri l-irwol ta' viċi ta' Arek Onyszko u kellu żewġ perjodi ta' self ma' Kolding FC u Aalesunds FK, b'dan tal-aħħar jakkwistawh b'mod sħiħ. Meta Onyszko kien ġie sospiż f'Lulju 2009 minħabba li kien ħebb għall-eks-mara tiegħu, Lindegaard kien il-kandidat sabiex jieħu post, però minflok wasal Roy Carroll.[1] Mal-klabb Norveġiż ta' Aalesunds FK hu rebaħ it-Tazza Norveġiża u kien ivvutat bħala l-Gowlkiper tas-Sena fin-Norveġja u d-Danimarka.
Minn Novembru 2010 kien hemm għajdut li l-klabb Ingliż ta' Manchester United kellu lil Lindegaard bħala objettiv. Fis-27 ta' Novembru 2010, Lindegaard issieħeb ma' Manchester United għas-somma ta' madwar £3.5 miljun b'kuntratt ta' tliet snin u nofs.[2] Matul Diċembru kien jitħarreġ mal-iskwadra imma ma setax jilgħab minħabba li s-suq tat-trasferimenti kien għadu ma nfetaħx. Lindegaard ġie uffiċjalment reġistrat mal-Premier League fis-6 ta' Jannar 2011, u ngħata l-flokk numru 34.[3] Id-debutt mal-ewwel tim wasal fir-rebħa ta' 2–1 kontra Southampton valida għar-raba' rawnd tal-FA Cup. F'Marzu kellha issirlu operazzjoni fuq irkopptejh li ħallietu barra għal ħames ġimgħat.[4]
Internazzjonali
Lindegaard għamlet l-ewwel preżenza mat-tim nazzjonali tad-Danimarka fil-partita kontra l-Iżlanda tas-7 ta' Settembru 2010, valida għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2012. Id-Danimarka rebħet 1–0.
Statistika
Statistika korretta sal-24 ta' Marzu 2011
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Kontinentali | Oħrajn | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż. | Gowls | Preż. | Gowls | Preż. | Gowls | Preż. | Gowls | Preż. | Gowls | Preż. | Gowls | ||
OB | 2003–04 | 0 | 0 | 0 | 0 | ||||||||
2004–05 | 0 | 0 | 0 | 0 | |||||||||
2005–06 | 0 | 0 | 0 | 0 | |||||||||
2006–07 | 1 | 0 | 1 | 0 | |||||||||
2007–08 | 1 | 0 | 1 | 0 | |||||||||
Kolding (self) | 2008–09 | 10 | 0 | 0 | 0 | 10 | 0 | ||||||
Aalesund (self) | 2009 | 26 | 0 | 3 | 0 | – | – | 29 | 0 | ||||
OB | 2009–10 | 4 | 0 | – | – | 2 | 0 | – | – | 6 | 0 | ||
Aalesund | 2010 | 30 | 0 | 1 | 0 | – | – | 2 | 0 | 1 | 0 | 34 | 0 |
Manchester United | 2010–11 | 0 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 |
Total fil-karriera | 72 | 0 | 6 | 4 | 0 | 1 | 0 | 83 | 0 |
Unuri
Klabb
- Tazza Norveġiża: 2009
Individwali
- Gowlkiper Norveġiż tas-Sena: 2010
- Gowlkiper Daniż tas-Sena: 2010
Referenzi
- ^ bold.dk (ed.). "OB har Areks afløser klar" (bid-Daniż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ BBC Sport, ed. (27-11-2010). "Man Utd complete Anders Lindegaard signing" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Hibbs, Ben (06-01-2011). ManUtd.com (ed.). "Lindegaard gets no.34" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Gemma Thompson (15-03-2011). Man Utd.com (ed.). "Anders set for knee op" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna)
Ħoloq esterni
- Anders Lindegaard fuq Soccerbase
- Profil fuq manutd.com
- Profil fuq National Football Teams