Anders Lindegaard: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: mk:Андерс Линдегард
m r2.7.1) (Bot Bidla: ko:안데르스 린데가르트
Linja 135: Linja 135:
[[it:Anders Lindegaard]]
[[it:Anders Lindegaard]]
[[ja:アンデルス・リンデゴーア]]
[[ja:アンデルス・リンデゴーア]]
[[ko:안데르스 린데고르]]
[[ko:안데르스 린데가르트]]
[[mk:Андерс Линдегард]]
[[mk:Андерс Линдегард]]
[[no:Anders Lindegaard]]
[[no:Anders Lindegaard]]

Reviżjoni ta' 08:06, 9 Jannar 2012

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Anders Rosenkrantz Lindegaard (Odense, 13 ta' April 1984) hu plejer tal-futbol Daniż li jilgħab bħala gowlkiper ma' Manchester United, li ngħaqad magħhom f'Novembru tal-2010.

Karriera

Imwieled f'Odense, Lindegaard beda l-karriera bħala futboler ma' Odense Boldklub (OB) li jilgħab fis-Superliga Daniża. Id-debutt fil-kampjonat wasal fir-rebħa ta' 3-1 kontra Silkeborg IF nhar id-19 ta' Novembru 2006, waqt li fl-Ewropa iddebutta fit-30 ta' Lulju 2009 fir-rebħa ta' 4–3 fuq Rabotnički. Matul iż-żmien tiegħu ma' OB kien aktar ikopri l-irwol ta' viċi ta' Arek Onyszko u kellu żewġ perjodi ta' self ma' Kolding FC u Aalesunds FK, b'dan tal-aħħar jakkwistawh b'mod sħiħ. Meta Onyszko kien ġie sospiż f'Lulju 2009 minħabba li kien ħebb għall-eks-mara tiegħu, Lindegaard kien il-kandidat sabiex jieħu post, però minflok wasal Roy Carroll.[1] Mal-klabb Norveġiż ta' Aalesunds FK hu rebaħ it-Tazza Norveġiża u kien ivvutat bħala l-Gowlkiper tas-Sena fin-Norveġja u d-Danimarka.

Minn Novembru 2010 kien hemm għajdut li l-klabb Ingliż ta' Manchester United kellu lil Lindegaard bħala objettiv. Fis-27 ta' Novembru 2010, Lindegaard issieħeb ma' Manchester United għas-somma ta' madwar £3.5 miljun b'kuntratt ta' tliet snin u nofs.[2] Matul Diċembru kien jitħarreġ mal-iskwadra imma ma setax jilgħab minħabba li s-suq tat-trasferimenti kien għadu ma nfetaħx. Lindegaard ġie uffiċjalment reġistrat mal-Premier League fis-6 ta' Jannar 2011, u ngħata l-flokk numru 34.[3] Id-debutt mal-ewwel tim wasal fir-rebħa ta' 2–1 kontra Southampton valida għar-raba' rawnd tal-FA Cup. F'Marzu kellha issirlu operazzjoni fuq irkopptejh li ħallietu barra għal ħames ġimgħat.[4]

Internazzjonali

Lindegaard għamlet l-ewwel preżenza mat-tim nazzjonali tad-Danimarka fil-partita kontra l-Iżlanda tas-7 ta' Settembru 2010, valida għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2012. Id-Danimarka rebħet 1–0.

Statistika

Statistika korretta sal-24 ta' Marzu 2011

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Kontinentali Oħrajn Total
Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls
OB 2003–04 0 0 0 0
2004–05 0 0 0 0
2005–06 0 0 0 0
2006–07 1 0 1 0
2007–08 1 0 1 0
Kolding (self) 02008–09 10 0 0 0 10 0
Aalesund (self) 2009 26 0 3 0 29 0
OB 2009–10 4 0 2 0 6 0
Aalesund 2010 30 0 1 0 2 0 1 0 34 0
Manchester United 2010–11 0 0 2 0 0 0 0 0 0 0 2 0
Total fil-karriera 72 0 6 4 0 1 0 83 0

Unuri

Klabb

Norveġja Aalesunds

Individwali

  • Gowlkiper Norveġiż tas-Sena: 2010
  • Gowlkiper Daniż tas-Sena: 2010

Referenzi

  1. ^ bold.dk (ed.). "OB har Areks afløser klar" (bid-Daniż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  2. ^ BBC Sport, ed. (27-11-2010). "Man Utd complete Anders Lindegaard signing" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Hibbs, Ben (06-01-2011). ManUtd.com (ed.). "Lindegaard gets no.34" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ Gemma Thompson (15-03-2011). Man Utd.com (ed.). "Anders set for knee op" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' Manchester United FC