Opossum tal-Patagonja: Differenza bejn il-verżjonijiet
m r2.7.2) (Bot Tneħħija: la, zh Bidla: en, fr |
m r2.7.1) (Bot Żieda: zh:草地负鼠属 |
||
Linja 82: | Linja 82: | ||
[[sr:Lestodelphys halli]] |
[[sr:Lestodelphys halli]] |
||
[[sv:Patagonisk pungråtta]] |
[[sv:Patagonisk pungråtta]] |
||
[[zh:草地负鼠属]] |
Reviżjoni ta' 04:13, 2 Jannar 2012
Opossum tal-Patagonja | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill, 1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray, 1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Lestodelphys (Tate, 1934) |
Speċi: | L. halli |
Isem binominali | |
Lestodelphys halli (Thomas, 1921) | |
Firxa tal-opossum tal-Patagonja |
L-opossum tal-Patagonja (Lestodelphys halli) huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae, nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Dan l-opossum huwa marsupjal terrestri, adattat għal ħajja mal-art u jippreferi jgħix f'abitat ta' artijiet tal-ħaxix subtropikali u tropikali baxxi xotti magħrufin bħala "pampas" (artijiet miftuħa b'ħafna arbuxelli u ħaxix għoli) fejn ikun jista' jikkaċċa.
Deskrizzjoni
Opossum tal-Patagonja adult għandu l-pil fin u folt ta' lewn griż skur fuq id-dahar u l-ġnub u ta' ton aktar skur fuq il-wiċċ. L-idejn, is-saqajn, man-naħa ta' taħt taż-żaqq u man-naħa ta' taħt tad-denb u t-tbajja madwar l-għajnejn u l-widnejn huma fl-abjad. Il-widnejn huma żgħar, tondi u ta' lewn il-laħam u n-naħa ta' fuq tad-denb huwa miksi b'xagħar qasir, fin ta' kulur kannella fil-griż. Ir-raġel ġeneralment ikollu tebgħa oranġjo fuq quddiem mal-gerżuma, waqt li fil-mara t-tebgħa oranġjo tinsab madwar il-bżiezel (Kalafut, 2005; Marshall, 1977; Redford and Eisenberg, 1992).
Lestodelphys halli adult kapaċi jilħaq 80 gramma u jitwal bejn 13.2 u 14.4 ċentimetri. Id-denb iqsar mil-ġisem (wieħed mil ftit opossumi li għandu denbu iqsar minn ġismu) ikun bejn wieħed u ieħor minn 8.1 sa 9.9 ċentimetri twil, is-saqajn ta' wara jkunu madwar 1.57 u mhux aktar minn 1.77 ċentimetri, filwaqt li l-widnejn ikunu bejn 1.8 u 2.2 ċentimetri kbar (Kalafut, 2005; Marshall, 1977; Redford and Eisenberg, 1992).
Dieta
Dan l-opossum huwa mammiferu marsupjal karnivoru u għalkemm jiekol il-frott u l-insetti, meta jkunu disponibbli jidher biċ-ċar li d-dieta tiegħu tibbaża ħafna fuq laħam u tikkonsisti prinċipalment minn għasafar u ġrieden. Infatti fost l-opossumi, Lestodelphys halli huwa wieħed mill-aktar speċi karnivori. L-opossum tal-Patagonja ta' 70 gramma ġie rrapurtat li kien kapaċi jiekol ġurdien ta' 35 gramma (Marshall, 1977; Nowak, 1999; Redford and Eisenberg, 1992).
Distribuzzjoni
Dan għandu distribuzzjoni żgħira li qegħdha dejjem tiċkien fil-pajjiż tal-Arġentina biss u fil-fatt huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż u jinsab partikolarment fil-pampas tal-Patagonja f'Chubet, Mendoza, Neuquen, Rio Negro, u Santa Cruz. L-opossum tal-Patagonja huwa l-aktar speċi ta' marsupjal li jgħix daqshekk 'l isfel fin-Nofsinnhar (Marshall 1977).
Riproduzzjoni
Fuq l-opossum tal-Patagonja hemm ftit li xejn informazjoni, però, peress li jgħix f'żoni temperati huwa maħsub li jirriproduċi staġunalment jew fi żminijiet limitati matul is-sena. Il-mara ta'din l-ispeċi m'għandix marsupju bħal ħafna speċi marsupjali oħra u jkollha 19-il "mammae" jew żejżiet (Redford and Eisenberg, 1992).
Klassifikazzjoni
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Thylamyini
- Ġeneru Monodelphis
- Opossum ta' erba' għajnejn kannella, Metachirus nudicaudatus
- Ġeneru Monodelphis
- Tribù Thylamyini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
- Kalafut, M. 2005. "Genus Lestodelphys".
- Macdonald, D. 2001. The Encyclopedia of Mammals. Oxfordshire, United Kingdom: Andromedia Oxford Limited.
- Marshall, L. 1977. Mammalian Species. University of California, Berkeley: The American Society of Mammalogists.
- Martin, G. 2005. Intraspecific variation in Lestodelphys halli (Marsupialia: Didelphimorphia). Journal of Mammalogy, 86/4: "793-802". Accessed November 28, 2006 at http://www.bioone.org/perlserv/?request=get-document&issn=1545-1542&volume=086....
- Redford, K., J. Eisenberg. 1992. Mammals of the Neotropics - The Southern Cone Volume 2. United States of America: University of Chicago Press.
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Nowak, Ronald M. Walker's Mammals of the World, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-5789-9
- Id-Databażi Palebijoloġika
Ħoloq esterni
Fil-Wikispeċi hemm informazzjoni relatata ma': Lestodelphys halli |