Guernica (pittura): Differenza bejn il-verżjonijiet
m r2.6.4) (Bot Żieda: ml:ഗ്വേർണിക്ക |
m r2.5.1) (Bot Żieda: gl:Guernica (cadro) |
||
Linja 24: | Linja 24: | ||
[[fr:Guernica (Picasso)]] |
[[fr:Guernica (Picasso)]] |
||
[[ga:Guernica (pictiúr)]] |
[[ga:Guernica (pictiúr)]] |
||
[[gl:Guernica (cadro)]] |
|||
[[he:גרניקה (ציור)]] |
[[he:גרניקה (ציור)]] |
||
[[hr:Guernica (Picasso)]] |
[[hr:Guernica (Picasso)]] |
Reviżjoni ta' 16:14, 28 Ottubru 2011
Il-Guernica hija pittura ta' Pablo Picasso li turi l-bumbardament ta' Guernica, fi Spanja, minn tmienja u għoxrin ajruplan Ġermaniż fis-26 ta' April 1937 matul il-Gwerra Ċivili Spanjola. Il-gvern Spanjol Repubblikan ikkummissjona lil Pablo Picasso sabiex joħloq mural kbir għall-wirja Spanjola fl-Exposition Internationale des Arts et Techniques dans la Vie Moderne (1937) tal-Espożizzjoni Internazzjonali Pariġina fil-Fiera Dinjija ta' Pariġi 1937.
Il-Guernica turi t-traġedji tal-gwerra u t-tbatija li ġġib fuq l-individwi, b'mod partikulari fuq il-pajżana innoċenti. Dan ix-xogħol laħaq status monumentali u sar tifkira dejjiema tat-traġedji tal-gwerra, simbolu antigwerra u personifikazzjoni tal-paċi. Kif tlestiet il-Guernica, din intweriet madwar id-dinja f'sensiela qasira ta' żjariet u saret famuża u mfaħħra minn bosta. Din is-sensiela ta' żjariet għenet sabiex il-gwerra ċivili Spanjola tiġbed l-attenzjoni tad-dinja.