Oliver Friggieri: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: it:Oliver Friggieri
Linja 68: Linja 68:
=== Poeżiji ===
=== Poeżiji ===


* jjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaajjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjj
* Il-poeżiji tiegħu kollha nġabru taħt l-isem ''Oliver Friggieri: Il-Poeżiji Miġbura'' (2002).


"'''Jekk'''" (il-poeżija li xi versi minnha jinsabu fuq il-bus shelters Maltin)


Jekk tifhem x'jgħidu l-kwiekeb

lill-qamar tul il-lej',

jekk tagħraf minn fejn telaq

is-sħab, fejn sejjer, fej',

jekk tirfes kull mogħdija

u tterraq kullimkien,

jekk tkellem lil kull ħlejqa

li tikber fil-ħolqien,


jekk togħdos fl-ibħra kollha

u tmiss qiegħ l-oċean,

jekk titla' kull muntanja

u titfi kull vulkan,


jekk tifhem lil kull siġra

u tkellem lil kull fjur,

jekk torqod ma' kull dudu

u tqum ma' kull għasfur,


jekk tgħodd in-numri kollha

u taf kull alfabett,

jekk tħott kull teorema

u żżarma kull kunċett,


jekk togħxa b'kull tbissima

u tokrob b'kull uġigħ,

jekk toftoq il-kliem kollu

u ssib is-sens li fih,


jekk taf kif kien il-bidu

u kif se jkun it-tmiem,

jekk taf kull fuq, kull isfel,

kull wara, kull quddiem,


jekk taf għaliex kull għabex

iżelleġ kull żerniq,

jekk taf kemm hija twila,

kemm twila, twila t-triq,


jekk taf għaliex l-iżbalji,

u taf x'inhu perfett,

jekk taf għax serp jitkaxkar

u għax itir farfett,


jekk ittawwalt iżżejjed

fuq xifer il-ġibjun

tal-qalb biex issa ttella'

bis-satal x'hemm midfun,


jekk il-maltemp sikkittu

u lill-irjieħ raqqadt,

jekk l-ilmijiet nixxitfhom

u lin-nirien qabbadt,


jekk fhimt kull mistoqsija

u jekk kull ħalfa ħlift,

u jekk kull rebħa rbaħtha

u jekk kull telfa tlift,


- il-petali tal-warda

waqgħulek minn idejk,

dan l-univers itektek

inqasam hemm, f'riġlejk.


Il-ħajja mistoqsija

miġbura f'elf għaliex,

u ssirlek poeżija

jekk int ma tweġibhiex.



'''Hekk biss ikun poeta'''


Għax hekk ikun poeta.


Jitkellem bi tbissima,

iħoss b’qalb tikwi nar,

u jaħraq dinja sħiħa

bi mħabbtu lejl u nhar.


Iweġġa’ bla ma jsawwat,

jissawwat bla jiqliel,

il-ġid jislet mill-ħażen,

fil-kruha jara l-ġmiel.


Ibaħħar fl-oċejani

u jogħdos f’qiegħ id-dmugħ,

b’testment bla flus iħalli

il-kliem, teżor tar-ruħ.


Iżomm ma’ xofftu l-kalċi

bla ma jitilqu qatt,

ilaqqat l-aħħar qatra

bla ma jintebaħ ħadd.


U jolfoq bla jinstema’,

ibati taħt sigriet,

bid-dmugħ jidlek il-ġrieħi,

bix-xejn jimla x-xewqiet.



F’deżert ta’ solitudni

bil-pass ta’ nkiss inkiss

iterraq sa ma jasal

f’riġlejn il-kurċifiss.


Il-golgota twelidu,

il-golgota xortih,

il-golgota li tkissru,

il-golgota li tqawwih.


Hekk biss ikun poeta.


Ara ukoll il-poeżija [[Karin Grech|Karin u Raymond]]


=== Oratorji ===
=== Oratorji ===

Reviżjoni ta' 13:48, 5 Ottubru 2011

Oliver Friggieri
Twelid Malta
1947
Okkupazzjoni Rumanzier, novellista, poeta
Nazzjonalità Malti

Oliver Friggieri (Furjana, 27 ta' Marzu 1947) huwa awtur prolifiku u kritiku letterarju Malti ta' fama internazzjonali.

Studju

Oliver Friggieri ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Furjana, fis-Seminarju tal-Arċisqof, fejn kien seminarista u fl-Università Irjali ta' Malta. Fis-Seminarju Minuri kien student ma’ Albert Marshall u Louis Galea. Huwa ġab il-Baċellerat tal-Arti fil-Malti, Taljan u Filosofija fl-1968, il-Masters fl-1975 u d-Dottorat fl-1978 fil-Letteratura Maltija bit-teżijiet ta' kritika komparata La cultura italiana a Malta: storia e influenza letteraria e stilistica attraverso l’opera di Dun Karm; u La Cultura Italiana del Romanticismo e la Poesia Maltese, li t-tnejn ħarġu bħala volumi fl-Italja.

Movimenti Letterarji u Rivisti

  • Segretarju tal-Moviment Qawmien Letterarju (1970-71)
  • Bord Editorjali ta' Il-Polz (1969-73); Editur (1974-75)
  • Ko-fundatur ta' Is-Sagħtar (1971); Bord Editorjali (1971- )
  • Ikkollabora fit-twaqqif tal-Klabb Kotba Maltin ma' Pawlu Mizzi (1971)
  • Editur tal-Journal of Maltese Studies (1980- )
  • Membru tal-Association Internationale des Critiques Litteraires ta' Pariġi.

Għalliem

  • Għalliem tal-Malti u l-Filosofija fl-iskejjel sekondarji statali (1968-75)
  • Assistant Lecturer tal-Malti fl-Università ta' Malta (1976-78)
  • Lecturer tal-Malti fl-Università ta' Malta (1978-88)
  • Associate Professor u Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta (1988)
  • Professur (1990)

Awtur

Friggieri huwa l-awtur ta' numru kbir ta' kotba ta' diversi ġeneri, maħruġa f'Malta kif ukoll u f'diversi pajjiżi barranin. Ir-rumanzi, in-novelli u l-poeżiji tiegħu nqalbu f'diversi lingwi. Kotba tiegħu dehru bl-Ingliż, Taljan, Franċiż, Maċedonjan, Sloven, Serbo-Kroat, Grieg, Romen, Għarbi, Bengali, Urdu. L-istudji tiegħu, bl-Ingliż u bit-Taljan, dehru f'għadd ta' rivisti akkademiċi madwar id-dinja.

Ħa sehem f'iktar minn sittin kungress internazzjonali tal-Letterarura u rebaħ diversi premjijiet internazzjonali. Qaleb għall-Malti bosta xogħlijiet mil-Latin, Ingliż u Taljan. Bħalissa hu lecturer fl-Università ta' Malta fil-letteratura Maltija.

Din li ġejja mhijiex il-lista kompluta tax-xogħlijiet letterarji ta' Oliver Friggieri.

Dizzjunarju

  • Dizzjunarju ta' Termini Letterarji, (1996) - Dan id-dizzjunarju fih ħażna kbira ta' termini li jmissu l-oqsma kollha tal-kritika letterarja, mit-teorija sa l-istilistika, mill-istorja tal-letteratura sal-kritika prattika, u wkoll termini kritiċi ta' xeħta filosofika u lingwistika. Fih ukoll it-termini kollha li jsawru l-vokabolarju tal-metrika, li fi tmiem il-volum hi miġbura għaliha. L-awtur ifisser it-termini fihom infushom, u dan iwassal biex id-dizzjunarju jista' jkun ikkonsultat minn kull min hu interessat fl-istudju tal-letteratura fiha nnifisha. Huwa jseddaq it-tifsira tat-termini b'eżempji mil-letteratura Maltija. Id-dizzjunarju hu miktub b'mod li jista' jkun ta' fejda f'livelli differenti tal-istudju tal-letteratura, waqt li joffri lill-istudjuż u lill-kittieb it-tagħrif meħtieġ kollu dwar l-arti tal-kelma.

Ġabriet ta' Novelli

  • Stejjer Għal Qabel Jidlam (1986) - F'kull rakkont, b'kitba sempliċi u mimlija implikazzjonijiet, Friggieri xtaq ipinġi karattru mdawwar minn ambjent li jweġġgħu b'mod jew b'ieħor. Hu u jirrakkonta lil Malta li jaf, fittex li jesprimi wkoll il-verità ewlenija: kull qalb tinsab f'dinja waħda, u r-realtà hi waħda għal kulħadd, għad li mhux kulħadd iħossha bl-istess qawwa u mhux kulħadd jgħaddi mill-istess tbatija.
  • Fil-Gżira Taparsi Jikbru l-Fjuri (1991)

Rumanzi

  • Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri (1986) - rumanz li fiż-żmien politikament imqalleb ta' Malta qanqal kontroversja politika kbira. Issemma sikwit fil-Parlament, u l-frażi tal-istess isem saret kważi idjoma fl-ilsien Malti. L-awtur kien intervistat minn stazzjonijiet u ġurnali barranin. Għall-preżentazzjoni tiegħu marru mijiet ta' nies, u r-rumanz xtered bl-eluf. Friggieri jikteb dwar l-għeruq tal-konflitti bejn iż-żewġ partiti politiċi u jibni karattru ewlieni, Karlu Manju, li jirrapreżenta lill-Malti ħieles. Huwa rumanz politiku, ta' mħabba, reliġjuż... rumanz li għamel storja... għax jirrakonta dwar il-'poter' tal-bniedem tat-triq.
  • Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ (1998) - B'taħlita ta' tifkiriet u immaġinazzjoni dan ir-rumanz jibni l-ambjent tas-snin ħamsin biex jippreżenta l-mixja lejn il-maturita' fi ħdan familja ċkejkna. Il-ġrajja sseħħ f'Malta, iżda hi miktuba b'mod li tista' sseħħ kullimkien. Kwadri differenti jsawru bejniethom dinja magħluqa waħda li minnha tingħaraf ir-realta' fil-kumplessitajiet tagħha. L-istorja timxi bla waqfien lejn il-qofol, waqt li tixħet dawl fuq ħajja li tbiddlet ħafna.
  • It-Tfal Jiġu bil-Vapuri (2000) - Din il-ġrajja sseħħ f'dinja raħlija fil-bidu tas-seklu għoxrin, il-wied, il-kampanja, it-toroq, id-dar, id-dawriet: ambjent antik sħiħ hu mfisser bir-reqqa. Susanna u Arturu huma vittmi taċ-ċirkustanzi. Dun Grejbel hu l-qassis ideali li l-qdusija tiegħu stess tkissru f'għajnejn il-bnedmin. Is-Sinjura, il-missier, u karattri oħrajn jiffurmaw epoka sħiħa. Dan il-ktieb inħadem ukoll f'teleserial u ntwera fuq stazzjon televiżiv lokali.
  • La Jibbnazza Niġi Lura (2006) - Rumanz li jkompli ma' It-Tfal Jigu bil-Vapuri. Storja dwar Susanna, Arturu, is-Sinjura, Dun Grejbel, Katarina, Stiefnu, u oħrajn f'raħal żgħir maqtugħ għalih waħdu. Hemm ukoll il-ħajja kkulurita tal-port. Kollox idur madwar qassis twajjeb, maħbub u mweġġa'.
  • Dik id-Dgħajsa f’Nofs il-Port (2011) - Rumanz li jkompli maż-żewġ rumanzi ta’ qablu, It-Tfal Jiġu bil-Vapuri u La Jibbnazza Niġi Lura. Storja ta’ nies vittmi taċ-ċirkustanzi: Susanna, Arturu, Dun Grejbel, Katarina, Stiefnu u oħrajn, fosthom Wistin li qiegħed ifittex il-passat tiegħu. Fl-ambjent tal-port tiġri wkoll parti kbira mir-rakkont. Kollox idur madwar Dun Grejbel, qassis twajjeb li jispiċċa biex ibati ħafna. Rumanz li permezz tal-passat jirrakkonta sitwazzjonijiet ta’ kull żmien.

Poeżiji

  • jjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaajjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjj

Oratorji

  • Pawlu ta' Malta (1985)
  • Dun Ġorġ (2001)

Cantata

  • L-Għanja ta' Malta (1989)
  • Ħodon Fjuri lil San Publju (2010)

Awtobijografija

  • Fjuri li ma jinxfux, Tifkiriet 1955-1990 (2008) - Ktieb ta’ memorji bejn esperjenzi personali, drawwiet soċjali, u battalji tal-partiti politiċi. Rakkont mimli stampi ta’ nies, avvenimenti, postijiet, l-aktar ta’ Balzunetta, il-Port il-Kbir u l-inħawi. Toroq bla wisq traffiku, tfal jilagħbu kullimkien, nisa bl-għonnella, djar bla televiżjoni, tallaba jorqdu barra, Malta kolonja Ingliża. L-awtur ipinġi kwadri kurjużi miż-żmien ta’ tfulitu sa perijodu mqalleb ħafna fl-Istorja ta’ Malta. Jirrakkonta l-ġlieda bejn il-Knisja Kattolika u l-Partit Laburista, kif għexha hu stess, tifel fil-MUSEUM u mbagħad Seminarista, fi żmien l-Interdett. Jippreżenta l-ħajja sempliċi tas-snin ħamsin u sittin, u jħallat episodji privati ma’ ġrajjiet drammatiċi fl-epoka ta’ Ġorġ Borg Olivier, Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Eddie Fenech Adami. Jirrakkonta kif snin wara ddiskuta din is-sitwazzjoni fil-privat u fit-tul ma’ Mintoff, li kien hu stess li bi frażi li qal fil-Parlament ’Min m’għandux x’jagħmel jikteb ktieb!’ kien wasslu biex jikteb ir-rumanz Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri (1986).

Kritika Letterarja

  • Kittieba ta’ Żmienna, 1970
  • Ir-Ruħ fil-Kelma, 1973,
  • Ġ.A. Vassallo - 'Il-Ġifen Tork', 1975
  • Il-Kultura Taljana f'Dun Karm, 1976
  • Fl-Għarbiel, 1976
  • Mekkaniżmi Metaforiċi f'Dun Karm, 1978
  • Storja tal-Letteratura Maltija, I, 1979
  • Saġġi Kritiċi, 1979
  • Ellul Mercer fLeli ta' Ħaż-Żgħir' - Mir-Realtà għall-Kuxjenza, 1983
  • Ġwann Mamo - Il-Kittieb tar-Riforma Soċjali, 1984
  • L-Idea tal-Letteratura, Bugelli, 1986
  • Dun Karm - 'Il-Jien u Lil hinn Minnu', T. Cortis, 1988
  • Dun Karm, 1989
  • Saggi sulla letteratura maltese, 1989
  • Il-Kuxjenza Nazzjonali Maltija, 1995
  • L-Istudji Kritiċi Miġbura, I, edizzjoni mħejjija minn Victor Fenech, 1995
  • L-Istorja tal-Poeżija Maltija, Pubblikazzjonijiet Indipendenza, 2001
  • Rużar Briffa - L-Aħħar Poeżiji u Taħdita Letterarja, 1974
  • Dun Karm - Il-Poeżiji Miġbura, 1980
  • Rużar Briffa - Il-Poeżiji Miġbura, 1983
  • Dun Karm - Le poesie italiane, 2007 (il-poeżiji kollha bit-Taljan ta' Dun Karm)

Bijografiji letterarji

  • Dun Karm - il-Bniedem fil-Poeta, 1980
  • Il-Ħajja ta' Rużar Briffa, 1984

Antoloġiji

  • Il-Ktieb tal-Poeżija Maltija, I, Testi Magħżula u Miġbura bi Studju Kritiku, 1987 (l-ewwel ġabra tal-iktar poeżiji bikrin fil-Letteratura Maltija)
  • Il-Ktieb tal-Poeżija Maltija, II, Testi Magħżula u Miġbura bi Studju Kritiku, 1987 (ġabra ta' xogħlijiet ta' poeti tas-sekli 19 u 20)
  • Il-Poeżija Maltija, 1996

Ħoloq Esterni