Kaptan (futbol): Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: tr:Kaptan (futbol)
m r2.7.1) (Bot Żieda: de:Mannschaftskapitän#Fußball
Linja 56: Linja 56:
[[ca:Capità (futbol)]]
[[ca:Capità (futbol)]]
[[cs:Kapitán (fotbal)]]
[[cs:Kapitán (fotbal)]]
[[de:Mannschaftskapitän#Fußball]]
[[el:Αρχηγός ποδοσφαιρικής ομάδας]]
[[el:Αρχηγός ποδοσφαιρικής ομάδας]]
[[en:Captain (association football)]]
[[en:Captain (association football)]]

Reviżjoni ta' 23:23, 13 Settembru 2011

Il-kaptan tat-tim tat-tim tal-futbol, hu membru ta' tim li hu magħżul biex ikun il-kap tat-tim fil-grawnd: ħafna drabi dan ikun wieħed mill-aktar membri esperjenzati tal-klabb jew l-iktar wieħed ta' età, jew plejer li jista' jinfluwenza ħafna l-logħba. Il-kaptan hu identifikat permezz tal-faxxa li tintlibes fuq l-id.

Responsabilitajiet

Il-funzjonijiet uffiċċjali tal-kaptan skont ir-regoli tal-futbol hu li jipparteċipa fl-għażla li ssir qabel il-partita, billi jagħżel naħa ta' munita u wara jiddeċiedi jibdiex il-partita t-tim tiegħu. Din il-proċedura tintuża wkoll jekk ikun se jsir l-għoti tal-penalties. Il-kaptani m'għandu l-ebda awtorità speċjali taħt ir-regoli biex jisfida d-deċiżjon tar-referì, madanakollu ir-referis jistgħu xi kultant ikellmu lill-kaptan ta' xi tim fuq l-imġieba tat-tim korrispondenti.

F'futbol rikreazzjonali jew ġovanili, il-kaptan ħafna drabi jieħu d-doveri li jkunu delegati mill-kowċ. Il-kaptan hu dak il-persuna ta' stimolu għat-tim kollu. Ukoll, il-kaptani jingħaqdu mal-kowċ biex jagħmlu deċiżjonijiet fuq l-għażla tat-tim titulari għal partita partikulari.

Pożizzjonijiet relatati

Kaptan tal-klabb

Kaptan ta' klabb ikun appuntat ġeneralment għal staġun: jekk ma jkunx jista' jattendi għal partita partikulari jew ma jkunx magħżul, il-viċi-kaptan jieħu postu. Il-kaptan ta' klabb ħafna drabi jieħu rwol speċifiku f'relazzjonijiet mal-istampa bħala raprreżentant tat-tim u jkun l-ewwel plejer li jerfa' t-trofew jekk it-tim jirbaħ wieħed. Madanakollu, klabb jista' jappunta żewġ kaptani għal żewġ rwoli distini: kaptan biex jirrapreżenta lill-plejers f'relazzjonijiet pubbliċi, u kaptan ieħor bħala l-kap fil-grawnd.

L-għażla ta' kaptan hi komunament ikkunsidrata bħala għażla importanti għall-kowċ ta' klabb tal-futbol: il-kaptan hu fil-fatt mistenni li jkun il-korrispondent tal-kowċ fil-grawnd. Ir-relazzjonijiet bejn dawn it-tnejn hi waħda kruċjali. L-istess jgħodd għar-rapport bejn hu u l-partitarji. Kwalitajiet li għandu jħaddan kaptan jinkludu d-determinazzjoni u stamina, fejn hu jkun kapaċi li jikkomunika ma' kulħadd, u jkun plejer intelliġenti fit-tattiċi. Kaptani tal-klabbs jistgħu jieħdu wkoll ċerti responsabilitajiet fi ħdan l-istaff tal-logħob, bħal jorganizza avvenimenti li jkabbru l-moral u jagħti ħarsa lejn plejers aktar ġovanili.

Viċi-kaptan

Viċi-kaptan hu plejer li hu mistenni li jkun kaptan tal-iskwadra meta l-kaptan tal-klabb ma' jkunx inkluż mal-ewwel ħdax, jew jekk il-kaptan tal-klabb ikun sostitwit.

Fl-assenza, il-viċi-kaptan jieħdu l-irwol ta' kaptan. Jekk il-kaptan kurrenti jkun magħżul fl-iskwadra għal dik il-logħba, u jidħol bħala sostitut, allura l-viċi-kaptan jagħti l-faxxa ta' kaptan lilu għal tul il-partita kollha.

Id-doveri ta' viċi-kaptan m'humiex biss li jmexxi lit-tim meta l-kaptan ma jkunx qed jilgħab. L-irwol tiegħu jivolvu wkoll li jmexxi l-plejers mal-kaptan u jgħin ukoll lil plejers ġovanili biex jiżviluppaw.

L-għażla tal-viċi-kaptan issir ukoll mill-kowċ fil-bidu tal-istaġun, flimkien mal-kaptan.

Kaptani rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja

Ara wkoll