Wikipedija:Glossarju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 389: Linja 389:
[[ru:Википедия:Глоссарий]]
[[ru:Википедия:Глоссарий]]
[[sh:Wikipedia:Rječnik]]
[[sh:Wikipedia:Rječnik]]
[[si:විකිපීඩියා:ගැටපද විවරණය]]
[[simple:Wikipedia:Glossary]]
[[simple:Wikipedia:Glossary]]
[[sr:Википедија:Речник]]
[[sr:Википедија:Речник]]

Reviżjoni ta' 22:50, 3 Settembru 2011

Glossarju

Abbrevjazzjonijiet
WP:G
WP:GLOSSARJU

Din il-paġna hija glossarju ta' termini ġergali li huma komunament utilizzati fuq il-Wikipedija. Għal aktar għajnuna tista' tfittex xi risposta għall-mistoqsijiet komuni fuq l-Mistoqsijiet rikorrenti. Jekk issib xi kelma li ma tifhimx, tiddejjaq xejn tikteb fil-paġna ta' diskussjoni biex xi ħadd ikun jista' jagħtik tifsira tagħha.


Werrej: Fuq0-9 A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

A

Admin

Abbrevjazzjoni ta' amministratur.

Amministratur

Utent li għandu l-privileġġi li jħassar paġni u jimponi blokki fuq utenti oħra.
Ara wkoll: Wikipedija:Amministratur.

Anteprima

Din hi d-dehra ta' artiklu bil-bidliet li jkun saru li tista' tinkiseb bil-kmand appożitu; infakkru li wieħed irid jissejvja t-test biex jinżammu il-bidliet ta' format u ortografiċi.

Artiklu

Paġna li tippreżenta informazzjoni, illustrazzjoni jew spjegazzjoni ta' xi argument. Kull artiklu huwa magħmul minn paġni (u allura kollha għandhom l-URL tagħhom), iżda mhux kull paġna hija artiklu. M'humiex artikli: il-paġni ta' diskussjoni, il-paġni tar-riindirizzi (li jibgħatuk f'paġni oħrajn), il-paġni tal-utent, il-paġni speċjali, il-paġni tal-għajnuna u l-paġni ta' servizz.

B

Ban

Kelma Ingliża li tfisser timblokka jew ma tħallix lil xi ħadd jidħol x'imkien; utent huwa imblukkat meta s-software, wara kmand ta' admin, ma jħallihx jimmodifika paġni (għax ivvandalizza wisq paġni, insulta n-nies, eċċ.). Jekk l-utent huwa mqabbad b'mod anonimu (jiġifieri, mingħajr ma jkun effettwa l-Log in) huwa possibli li jiġi imblukkat l-indirizz IP tiegħu.

Bot

Ġejja mill-kelma Robot. Fl-ambitu tal-Wikipedija, il-kelma tirreferi għall-programmi li jgħinu fil-manutenzjoni jew fil-ħolqien awtomatiku ta' paġni.
Ara wkoll: Wikipedija:Bot.

Burokrata

Amministratur li għandu l-privileġġ li joħloq amministraturi oħrajn iżda mhux li jirrevokahom.
Ara wkoll: Wikipedija:Amministraturi/Burokrati.

Ċ

C

CEST

Central European Summer Time (Ħin tas-sajf tal-Ewropa Ċentrali). Jikkorrispondi għall-orarju UTC (Coordinated Universal Time) + sagħtejn (Ħin legali).

CET

Central European Time (Ħin tal-Ewropa Ċentrali). Jikkorrispondi għall-orarju UTC (Coordinated Universal Time) + siegħa (Ħin solari).

Copyleft

Liċenzja ħielsa fuq id-drittijiet tal-awtur (ara per eżempju: GFDL u GPL)

Copyright

Forma ta' garanzija tad-drittijiet tal-awtur

D

Dead End Pages

Ara wkoll:#Paġni mingħajr ħruġ

Deletion log

Terminu Ingliż għar-reġistru tat-tħassir; lista tal-paġni mħassara u ta' min ħassarhom.

Diskussjoni

Ara wkoll:Paġni ta' diskussjoni

Diżambigwazzjoni

Id-diżambigwazzjoni fil-Wikipedija huwa l-proċess li bih jiġu solvuti konflitti li jinħolqu meta artikli diversi ikollhom l-istess titlu naturali.
Ara wkoll: Wikipedija:Diżambigwazzjoni.

Drittijiet tal-awtur

Tikkorrispondi għall-copyright.

Dump

Id-dump hija kopja statika tad-database tal-Wikipedija u tiġi eżegwita ġeneralment darba fix-xahar.

E

Edit

Kwalunkwe modifika ta' artiklu, paġna, diskussjoni jew ħaġa oħra. Fl-espressjoni "Modifika minuri" jiġu esklużi l-interventi ta' modifika espliċitament identifikati bħala minuri mill-awtur.
In-numru ta' modifiki ta' utent jista' jiġi kkalkulat hawnhekk
Ara wkoll: Kif timmodifika paġna

Edit war

Terminoloġija mil-lingwa Ingliża li jfisser gwerra tal-editjar . Fuq il-Wikipedija dan iseħħ meta żewġ utenti jew aktar, jimmodifikaw bl-addoċċ xi paġni - ġieli anki b'rollbacks frekwenti - bil-ħsieb li jimponu b'manjiera furzata il-verżjoni tagħhom tal-artiklu.
Din it-tip ta' imġieba mhix permessa u tista' twassal għall-blokk tal-paġna minn xi amministratur kif ukoll ban.

F

Format

Fil-Wikipedija jindika, ġeneralment, l-użu korrett tas-sintassi ta' kompożizzjoni ta' test jew impaġinazzjoni ta' stampa. L-artikli preżenti fl-enċiklopedija li għandhom bżonn ta' wikifikazzjoni (prinċipalment minħabba n-nuqqas ta' ħoloq neċessarji), għandhom bżonn ta' format adegwat.
Ara wkoll: Kif timmodifika paġna

Ġ

G

GFDL

Akronimu Ingliż għall-Gnu Free Documentation License; l-artikli tal-Wikipedija huma rilaxxati taħt din il-liċenzja.

GPL

Akronimu Ingliż għall-General Public License; is-software tal-Wikipedija huwa rilaxxat taħt din il-liċenzja.

H

Ħ

Ħolqa

Kelma bil-Malti għal link (bl-Ingliż) li tagħti deslrizzjoni ta' katina, kollegament, legami, rabta. Fil-Wikipedija din tista' toħloq konfużjoni peress li jeżistu tipi differenti ta' ħoloq.
Ara wkoll: Wikilink, Interlink, Interwiki, ħolqa esterna

Ħolqa esterna

Rabta ta' sit estern mal-Wikipedija. Dan jista' jinħoloq b'parenteżi kwadra waħda eż. [link estern]
Ara wkoll:Wikipedija:Ħoloq esterni

I

Imagelist

Kelma Ingliża għal-lista tal-istampi.

Interlink

Kontrazzjoni ta' interwiki link; ħoloq għal Wikipediji oħrajn f'lingwi differenti (ġeneralment ikunu ħolqa għall-istess Artiklu).

Per eżempju, kif wieħed jista' jara, din il-paġna fiha menù fuq ix-xellug li juri li hija kollegata mal-istess artiklu bit-Taljan, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Olandiż, eċċ.

Interlink tista' ssir billi fl-aħħar tal-paġna waqt il-modifika żżid, bħal f'dan il-każ:
  • [[en:Wikipedija:Glossary]]
  • [[de:Wikipedija:Glossar]]
  • [[it:Aiuto:Glossario]]
  • [[fr:Aide:Jargon]]
  • [[nl:Wikipedija:Terminologie]]
Ara wkoll: Għajnuna:Interlink

Interwiki

Ħoloq għall-paġni ta' proġetti oħra tal-Wikimedia.

Ara wkoll: Wikikwota, Wikisors, Wikizzjunarju.

Ara wkoll: Għajnuna:Interlink

IE

J

Jimbo

Jimbo Wales, president tal-Fondazzjoni Wikimedia.

K

Kategorija

Paġna speċjali li fiha lista ta' paġni oħrajn.
Ara wkoll:Għajnuna:Kategorija.

Kronoloġija

Sinonimu ta' storja tat-tibdil li seħħ f'paġna. Meta tikkonsulta l-kronoloġija ta' paġna tkun tista' tara l-evoluzzjoni tal-paġna stess, mill-ħolqien tagħha sal-verżjoni attwali.

Il-kronoloġija tippermetti anki li tinstab verżjoni preċedenti għar-ripristinaġġ f'każ ta' vandaliżmu.

Ara wkoll:Għajnuna:Kronoloġija.

Kunflitt ta' edizzjoni

Din isseħħ meta żewġ utenti isalvaw f'mod kważi kontemporanju l-modifika ta' paġna.
Ara wkoll: Wikipedija:Kunflitt ta' edizzjoni

L

Lista ta' stampi

Waħda mill-paġni speċjai bil-lista tal-istampi kollha merfugħa fid-database tal-Wikipedija Maltija.
Ara wkoll:Special:Imagelist.

Log in

Kelma Ingliża għal idħol; iddaħħal l-isem tal-utent u l-password biex tidentifika ruħek fuq is-sit, billi tutilizza il-log in permezz ta' Idħol jew oħloq kont ġdid li tidher fuq in-naħa ta' fuq, fil-lemin tal-paġna tal-Wikipedija.
F'każ ta' diffikulta ara: Problemi ta' reġistrazzjoni.

Log out

Kelma Ingliża għal oħroġ; terġa' ssir anonimu billi ma tibqax konness mas-server.

M

MediaWiki

Is-software li jħaddem il-Wikipedija kif ukoll il-proġetti l-oħra kollegati.

Mexxi l-paġna

Terminu informatiku li fir-realtà jfisser erġa' semmi l-paġna mill-ġdid. Fil-prattika jsemmi kemm il-paġna kif ukoll id-diskussjoni relatata (jekk teżisti), iżomm il-kronoloġija tal-paġna u joħloq riindirizz mill-paġna l-qadima lejn il-paġna l-ġdida.
L-utenti reġistrati biss għandhom iċ-ċans li jmexxu l-paġni.

Modifika minuri

Modifika ta' paġna li ma tbiddilx il-kontenut b'mod sinjifikanti u li tiġi senjalata fil-lista tat-tibdil riċenti

Monobook.css

Folja ta' stil biex tippersonalizza d-dehra tal-Wikipedija.
Ara wkoll: Wikipedija:Monobook.css

N

Namespace

Bil-Malti għal Spazju tal-isem. Mod ta' klassifikazzjoni ta' paġni. Il-Wikipedija għandha spazji tal-isem għad-daħliet tal-enċiklopedija, paġni tal-Wikipedija (Wikipedija:), paġni tal-utent (Utent:), paġni speċjali (Speċjali:), paġni b'mudelli (Mudell:), u paġni ta' diskussjoni (Diskussjoni:, Diskussjoni Wikipedia:, u Diskussjoni utent:), fost oħrajn.
Ara wkoll: Wikipedija:Spazju tal-isem

Netiquette

Ġabra ta' regoli ta' konvivenza tajba fuq internet. Il-verżjoni għall-Wikipedjani jisimha Wikiketta (Ara)

Newbie

Ara d-daħla fil-Glossarju informatiku

NPOV

Akronimu Ingliż għal Neutral Point Of View; punt ta' vista newtrali. In-NPOV hija waħda mill-iktar filosofiji importanti tal-Wikipedija. Kull min jikkontribwixxi fil-Wikipedija irid jipprova jirrispettaha.
Ara wkoll:Għajnuna:NPOV

O

Off topic

Ġieli mqassra għal OT, tfisser litteralment barra mill-argument. Fil-Wikipedija, id-diskussjonijiet ta' dan it-tip għandhom jiġu evitati, kemm fid-diskussjonijiet kif ukoll fil-Pjazza.

Osservati speċjali

Lista ta' paġni ta' interess partikolari li kull utent jista' jagħżel u jsegwi.

P

Paġna

L-argument fil-Wikipedija; il-paġna viżwalizzata mill-browser mingħajr il-parti ta' fuq, t'isfel u l-menù tal-ġenb.
Il-paġni jinkludu artikli, stub, paġni ta' diskussjoni, paġni ta' diżambigwazzjoni, riindirizzi, paġni ta' għajnuna u paġni speċjali.

Paġni mingħajr ħruġ

Bl-Ingliż Dead End Pages. Dawk il-paġni nieqsa mill-wikilink u għalhekk ma jwasslu mkien.
Ara wkoll: Special:Deadendpages.

Paġna tal-utent

Kull utent għandu paġna privata intitolata skont l-ispazju tal-isem tal-utent (eż. [[Utent:JoeBorg]]).

Paġni orfni

Paġna li m'hemmx ħoloq minn paġni oħrajn li jwasslu għaliha.

Paġni ta' diskussjoni

Paġna riservata apposta għad-diskussjonijiet. Kull utent u kull paġna tal-Wikipedija (minbarra l-paġni ta' diskussjoni stess ovvjament, u l-paġni speċjali) għandhom paġna ta' diskussjoni rispettiva.
Ara wkoll:Għajnuna:Paġna ta' diskussjoni

Paġni speċjali

Paġni riservati għal funzjonijiet partikolari. Jistgħu jkunu listi ta' informazzjoni jew mudelli.
Ara wkoll: Special:Specialpages.

Pjazza

Fil-Wikipedija, il-post informali ta' dibattitu u skambju ta' ideat u opinjonijiet fuq temi mhux off topic.
Ara wkoll: Wikipedija:Pjazza.

POV

Akronimu Ingliż għall-Point Of View; fehma, veduta, opinjoni. Fil-Wikipedija jfisser opinjoni parzjali, mhux newtrali.

Preferenzi

Il-paġna tal-Wikipedija li tippermetti l-modifika tal-ambjent grafiku tal-enċiklopedija.
Ara wkoll: Skin

Q

R

RecentChanges

Espressjoni Ingliża għat-tibdil riċenti.

Redirect

Kelma Ingliża għal riindirizzament; funzjoni tas-software tal-Wikipedija li jagħti ċ-ċans li paġna tiġi regolata b'tali mod li, meta utent iżur il-paġna, dan jiġi awtomatikament meħud f'paġna oħra.
Ara wkoll: Għajnuna:Kif toħloq u tuża' riindirizzament

Rollback

Kelma Ingliża għal ħu lura; annullament veloċi ta' modifika billi titbiddel il-paġna għall-verżjoni preċedenti qabel l-aħħar modifika. L-amministraturi għandhom possibbiltà li jeffettwaw rollback iktar faċilemnt. Fil-Wikipedija iżda, din l-azzjoni tista' tiġi magħmulha wkoll mill-utenti l-oħra billi jagħżlu l-verżjoni preċedenti mill-modifika, jimmodifikawha u isalvawha.

S

Sandbox

Kelma Ingliża għall-kaxxa tar-ramel jew paġna tal-provi; paġna fejn tista' tesperimenta biex tiffamiljarizza ruħek. Minbarra l-paġna tal-provi pubblika, kull utent jista' joħloq il-paġna tal-provi personali bħala sottopaġna tal-paġna tal-utent tiegħu eż: Utent:Ġanni/sandbox.
Ara wkoll: Wikipedija:Paġna tal-provi

Skin

L-aspett jew dehra tal-paġni tal-enċiklopedija li jintgħażel mill-preferenzi jew inkella mill-ħolqien ta' folja ta' stil apposta.

Sottopaġna

paġna marbuta ma' paġna prinċipali. Tista' tinħoloq biż-żieda ta' / wara l-isem tal-paġna. Jistgħu jiġu maħluqa sottopaġni f'ċerti każijiet biss.
Ma jistgħux jiġu maħluqa sottopaġni għall-artikli.

Steward

Bl-Ingliż għal Stwett. amministratur li għandu l-privileġġ li joħloq u jirrevoka amministraturi oħra u li joħloq burokrati.

Strikeout

Fil-Wikipedija hija l-azzjoni ta' tħassir ta' kontenut ta' frażi mingħajr ma tgħattiha. Tista' issir bil-kmand <s> u </s> rispettivament fil-bidu u fl-aħħar tal-frażi li trid tħassar. Sinjal ta' korrettezza formali (f'wiki li jżomm kronoloġija ta' kull test miktub preċedentement), li huwa utli f'każ ta' bdil ta' fehma fuq il-paġni ta' votazzjoni (għall-sondaġġi, tħassir, eċċ.).

Stub

Mill-kelma Ingliża stub (loqma); artiklu qasir ħafna li jinħtieġ li jiġi miżjud.
Ħafna artikli tajbin tal-Wikipedija bdew bħala stubs.
Ara wkoll:Wikipedija:Stub.

Sysop

Kelma Ingliża għal amministratur.

T

Talk

Kelma Ingliża għal Paġna ta' diskussjoni.

Template

Kelma Ingliża għal Mudell. Paġna speċjali proġettata biex tkun imdaħħla f'paġni oħrajn. Tista' tiġi msejħa bl-użu ta' tag.
Ara wkoll:Wikipedija:Mudell.

Tibdil riċenti

Paġna speċjali fejn hemm elenkati l-aħħar tibdiliet li saru fuq il-paġni tal-Wikipedija Maltija.

TOC

Akronimu Ingliż għall-Table of Contents; tabella tal-kontenut. Werrej tal-kontenut ta' paġna. Jidher awtomatikament meta jiġu indikati tal-inqas erba' titli ta' paragrafi. Biex toħloq werrej xorta waħda fil-preżenza ta' numru inferjuri ta' titli, tista' tintuża s-sintassi: __TOC__

Tutorjal

Servizz ta' assistenza li jakkumpanja lill-Wikipedjani, kemm dawk esperti kif ukoll il-prinċipjanti, fin-navigazzjoni u l-attività.
Ara wkoll: Għajnuna:Tutorjal.

U

Utent

Xi ħadd li juża l-Wikipedija li rreġistra ruħu. Għandu laqam tiegħu (jew nickname) kif ukoll il-paġna tiegħu.

V

Vandaliżmu

Danni ikkawżati apposta u deliberatament fil-paġni tal-Wikipedija. Jista' jsir billi jitħassar xi parti mit-test jew inkella jinkitbu xi frażijiet offensivi u bla sens. Il-vandali huma eleġibbli għall-blokki.

VfD

Akronimu Ingliż għall-Votes for Deletion; il-paġna ekwivalenti għall-Wikipedija:Paġni għat-tħassir fuq il-wiki Ingliża.

W

Werrej

Jiġbor il-kontenut ta' paġna tal-Wikipedija.
Ara wkoll: TOC.

Wikifikazzjoni

Operazzjoni li biha artiklu jiġi magħmul konformi, bil-grafika u l-organizzazzjoni tal-kontenut, għall-bqija tal-artikli fl-arkivji.
Ara wkoll:Għajnuna:Wikifikazzjoni.

Wikilink

Kontrazzjoni ta' Wikipedija link; link ġewwa paġna oħra tal-Wikipedija.

Wikimedia

Proġett li jiġbor u jikkoordina proġetti varji.
Link: [[m:titlu tal-artiklu]]

Wikipedija

Dan il-proġett ta' enċiklopedija.
Link minn proġetti oħra għall-Wikipedija: [[w:titlu tal-artiklu]]

Wikipedjani

Dawk li jipparteċipaw fil-proġett Wikipedija.
Ara wkoll: Wikipedija:Wikipedjani.

WikiProġett

Tentattiv biex jiġi standardizzat il-kontenut u l-aspett ta' kategorija partikolari ta' artikli, billi jiġi użat Template.
Ara wkoll: Wikipedija:WikiProġett.

X

Ż

Z

Abbrevjazzjoni

mt
wiki
Abbrevjazzjoni tal-Wikipedija Maltija
en
wiki
Abbrevjazzjoni tal-Wikipedija Ingliża
it
wiki
Abbrevjazzjoni tal-Wikipedija Taljana
xx
wiki
Abbrevjazzjoni tal-Wikipedija bil-lingwa xx