Premier League Malti: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: he:ליגת העל המלטזית
Linja 186: Linja 186:
* 1960–61 [[Hibernians FC|Hibernians]]
* 1960–61 [[Hibernians FC|Hibernians]]
* 1961–62 [[Floriana FC|Floriana]]
* 1961–62 [[Floriana FC|Floriana]]
{{col-4}}
* 1962–63 [[Valletta FC|Valletta]]
* 1962–63 [[Valletta FC|Valletta]]
* 1963–64 [[Sliema Wanderers FC|Sliema Wanderers]]
* 1963–64 [[Sliema Wanderers FC|Sliema Wanderers]]
{{col-4}}
* 1964–65 [[Sliema Wanderers FC|Sliema Wanderers]]
* 1964–65 [[Sliema Wanderers FC|Sliema Wanderers]]
* 1965–66 [[Sliema Wanderers FC|Sliema Wanderers]]
* 1965–66 [[Sliema Wanderers FC|Sliema Wanderers]]
Linja 212: Linja 212:
* 1985–86 [[Rabat Ajax FC|Rabat Ajax]]
* 1985–86 [[Rabat Ajax FC|Rabat Ajax]]
* 1986–87 [[Ħamrun Spartans FC|Ħamrun Spartans]]
* 1986–87 [[Ħamrun Spartans FC|Ħamrun Spartans]]
{{col-4}}
* 1987–88 [[Ħamrun Spartans FC|Ħamrun Spartans]]
* 1987–88 [[Ħamrun Spartans FC|Ħamrun Spartans]]
* 1988–89 [[Sliema Wanderers FC|Sliema Wanderers]]
* 1988–89 [[Sliema Wanderers FC|Sliema Wanderers]]
Linja 217: Linja 218:
* 1990–91 [[Ħamrun Spartans FC|Ħamrun Spartans]]
* 1990–91 [[Ħamrun Spartans FC|Ħamrun Spartans]]
* 1991–92 [[Valletta FC|Valletta]]
* 1991–92 [[Valletta FC|Valletta]]
{{col-4}}
* 1992–93 [[Floriana FC|Floriana]]
* 1992–93 [[Floriana FC|Floriana]]
* 1993–94 [[Hibernians FC|Hibernians]]
* 1993–94 [[Hibernians FC|Hibernians]]

Reviżjoni ta' 13:58, 9 Awwissu 2011

BOV Premier League
Sport Futbol
Fundazzjoni 1909
Nru. ta' timijiet 10
Reġjun Malta
Ċampjin attwali Valletta (2010–11)
L-aktar rebħiet Sliema Wanderers (26 titlu)

Il-Premier League Malti, magħruf aħjar bħala l-BOV Premier League għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni, huwa l-ogħla livell fil-piramida tal-futbol Malti. Dan il-kampjonat ingħata l-bidu tiegħu fl-1909. Fis-sistema tal-futbol Malti, jinsabu tliet diviżjonijiet taħt il-Premier League li huma L-Ewwel, It-Tieni u It-Tielet Diviżjoni.

Qabel l-1980, l-ogħla livell tal-futbol Malti kien imsejjaħ L-Ewwel Diviżjoni. Madanakollu, dan ġie msemmi mill-ġdid għal Premier League u għadu hekk sal-lum, sabiex it-titlu ta' L-Ewwel Diviżjoni ttieħed mil-livell subordinat (preċedentament magħruf bħala It-Tieni Diviżjoni).

Storja

L-istorja tal-futbol f'Malta tmur lura lejn in-nofs tas-seklu 19 grazzi għall-Ingliżi, minħabba li Malta kienet kolonja tagħhom. Madanakollu, il-logħob kien biss logħob ta' ħbiberija. L-ewwel kampjonat Malti ntlagħab fl-1909–10 u kien jikkonsisti bejn ħames timijiet, bir-rebbieħ tal-ewwel edizzjoni jkun it-tim ta' Floriana. Is-sena ta' wara ma nżamm l-ebda kampjonat, biex b'hekk it-tieni edizzjoni saret fl-istaġun 1911–12. Għal darb'oħra kien it-tim Furjaniż li kiseb it-titlu nazzjonali, tragward li reġa' rrepeta s-sena ta' wara, fejn fiż-żewġ okkażjonijiet ħalla dejjem lil warajh lit-tim tal-Ħamrun.

Kien fil-fatt it-tim Ħamruniż li temm is-sekwenza ta' tliet titli konsekuttivi tat-tim tal-Floriana meta kiseb it-titlu fl-1914. Wara serje ta' kampjonati qabel u matul l-Ewwel Gwerra Dinjija li ma rat l-ebda dominju minn xi tim partikulari, fl-istaġun 1919–20 wasal l-ewwel titlu nazzjonali għal Sliema Wanderers. Flimkien mal-Floriana, is-Sliema ffurmaw dwett imbattibbli fil-kampjonat fejn sal-1940, is-Slimiżi ħadu 11-il titlu waqt li l-Furjaniżi ġabu 9 titli.

Fi tmiem il-gwerra ħareġ avversarju ġdid fit-tiġrja għat-titlu, Valletta, li rnexxielu jwaqqaf il-predominanza taż-żewġ timijiet "kbar" ta' dak iż-żmien, fejn f'erba' snin rebaħ tliet titli. Mill-1948 reġa' ħareġ għad-dawl id-dwett ta' Sliema-Furjana b'10 titli bejniethom (4 għas-Sliema u 6 għall-Floriana).

Fis-snin sittin ra realtà ġdida fil-kamp tal-futbol Malti hekk kif it-tim minn Raħal Ġdid, Hibernians, f'dak id-deċennju kiseb tliet titli. Bejn l-1978 u l-1988, għal ħdax-il staġun, Sliema Wanderers u Floriana naqsu li jżidu trofej oħra mal-vetrina tal-unuri. Fil-fatt kienu Valletta (3 darbiet), Hibernians (3 darbiet), Ħamrun Spartans (3 darbiet), u Rabat Ajax (darbtejn) li kisbu t-titlu nazzjonali.

Fl-istaġun 2005–06 ra lil Sliema Wanderers jitilgħu fl-ewwel post għan-numru ta' tliet nazzjonali mirbuħa, wara r-rebħ tal-kampjonat. Dan poġġiehom b'titlu vantaġġ fuq il-Floriana. Il-millenju l-ġdid wassal ukoll għall-ewwel rebħiet tal-kampjonat nazzjonali lil Birkirkara u lil Marsaxlokk.

Format

Dan il-kampjonat jikkonsisti minn sett ta' għaxar timijiet, u jinqasam f'żewġ fażijiet. L-istaġun, li jibda minn Awwissu u jintemm fix-xahar ta' Mejju, jingħata l-bidu tiegħu permezz tal-ewwel rawnd fejn kull tim jilgħab kontra t-timijiet l-oħra għal darbtejn. Meta kull tim ikun lagħab 18-il logħba d-diviżjoni tinqasam fi tnejn u l-punti jitnaqqsu bin-nofs. Dawk li jkunu spiċċaw fl-ewwel sitt postijiet fl-ewwel rawnd jidħlu fiċ-Championship Pool u l-aħħar erbgħa jilgħabu fir-Relegation Pool.

L-ewwel tliet postijiet fil-kampjonat jaffettwaw il-post li jingħata fil-kompetizzjoni tal-UEFA. Ir-rebbieħa tal-kampjonat jidħlu fl-ewwel rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Champions League, waqt li dawk li jikklassifikaw fit-tieni u fit-tielet post jieħdu sehem fl-ewwel rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Europa League. L-aħħar żewġ timijiet mir-Relegation Pool jiġu relegati f'L-Ewwel Diviżjoni. Barra minn hekk, klabb ieħor jikkwalifika għall-Europa League jekk dan jirbaħ il-U*BET FA Trophy, fejn jidħol direttament fit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni.

Klabbs

Membri tal-2010–11

Il-lista segwenti ta' għaxar timijiet huma dawk li se jikkompetu fl-istaġun 2010–11.

Klabb Pożizzjoni
fl-2009–10
L-ewwel staġun
fl-ogħla diviżjoni
L-aħħar staġun
fl-ogħla diviżjoni
Numru ta' staġuni
fl-ogħla diviżjoni
Titli tal-
ogħla diviżjoni
L-aħħar titlu tal-
ogħla diviżjoni
Birkirkara 0011 1949–50 2009–10 46 3 2009–10
Floriana 0077 1909–10 2009–10 84 25 1992–93
Ħamrun Spartans 0088 1911–12 2009–10 73 7 1990–91
Hibernians 0055 1932–33 2009–10 70 10 2008–09
Marsaxlokk 0091 (L-Ewwel Diviżjoni) 2002–03 2008–09 7 1 2006–07
Qormi 0033 1934–35 2009–10 10
Sliema Wanderers 0044 1909–10 2009–10 90 26 2004–05
Tarxien Rainbows 0066 1986–87 2009–10 5
Valletta 0022 1911–12 2009–10 88 19 2007–08
Vittoriosa Stars 0102 (L-Ewwel Diviżjoni) 1912–13 1977–78 10

Rebbieħa

Prestazzjonijiet skont il-klabb

Titli Klabb
26 Sliema Wanderers
25 Floriana
20 Valletta
10 Hibernians
7 Ħamrun Spartans
3 Birkirkara
2 Rabat Ajax
1 King's Own Malta Regiment
1 Marsaxlokk
1 St. George's

† M'għadux jeżisti

Ħoloq esterni