Madonna tal-Karmnu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: qu:Karmin Pallan
m r2.7.1) (Bot Żieda: eu:Karmengo Ama Birjina
Linja 11: Linja 11:
[[eo:Madono de Monto Karmelo]]
[[eo:Madono de Monto Karmelo]]
[[es:Virgen del Carmen]]
[[es:Virgen del Carmen]]
[[eu:Karmengo Ama Birjina]]
[[fr:Notre Dame du Mont-Carmel]]
[[fr:Notre Dame du Mont-Carmel]]
[[gl:Virxe do Carme]]
[[gl:Virxe do Carme]]

Reviżjoni ta' 07:20, 17 Lulju 2011

Madonna tal-Karmnu, Beniaján (Spanja)

Madonna tal-Karmnu huwa t-titlu lill-Verġni Marija b'rabta mal-patrijiet Karmelitani. Il-patrijiet Karmelitani bdew jgħixu bħala eremiti ħdejn l-Għajn ta' Sant'Elija, fuq l-għoljiet tal-Karmel fl-Art Imqaddsa lejn l-aħħar tas-seklu 12. L-għolja tal-Karmel hija l-għolja tal-Profeta Elija, għax hemm għammar il-Profeta madwar 800 sena qabel Kristu. Bejn is-snin 1206 u 1214, il-Patrijarka ta' Ġerusalem San Albert kitbilhom Għamla ta' Ħajja, li aktar tard saret Regula. L-istess Patrijarka ġabar f'komunità lill-aħwa ta' fuq il-Karmelu. Ir-rabta tal-Karmelitani mal-Verġni Marija bdiet sewwa sew bid-dedikazzjoni tal-kappella li l-aħwa karmelitani kellhom fuq il-Karmel, liema kappella ddedikawha lill-Verġni Omm Alla, għax fiha raw id-dixxiplu perfett tal-Mulej li jista' jgħinhom fil-mixja tagħhom lejn il-Mulej Ġesù. Huwa minn hawn li l-Karmelitani jissejjħu 'l-Aħwa ta' l-Imqaddsa Verġni Marija ta' l-Għolja tal-Karmel'. Titli lill-Verġni Marija għal qalb il-karmelitani huma 'Verġni l-Aktar Safja', 'Omm il-Karmelitani' u 'Patruna tal-Karmelu'.

Ħoloq esterni

http://www.karmelitanimalta.org/