Jannar: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.6.5) (robot Adding: rue:Януар
m r2.7.1) (robot Modifying: ne:जनवरी
Linja 156: Linja 156:
[[nds:Januar]]
[[nds:Januar]]
[[nds-nl:Jannewaori]]
[[nds-nl:Jannewaori]]
[[ne:जेनवरी]]
[[ne:जनवरी]]
[[nl:Januari]]
[[nl:Januari]]
[[nn:Januar]]
[[nn:Januar]]

Reviżjoni ta' 22:38, 28 Marzu 2011

Jannar · Frar · Marzu · April · Mejju · Ġunju · Lulju · Awwissu · Settembru · Ottubru · Novembru · Diċembru
Jannar
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
31 1 2 3 4 5 6
7 8 9 10 11 12 13
14 15 16 17 18 19 20
21 22 23 24 25 26 27
28 29 30 31 1 2 3

Jannar huwa l-ewwel xahar tas-sena skond il-kalendarju Gregorjan. Dan ix-xhar għandu 31 jum, u hu wieħed minn seba' xhur ta' 31 jum fil-kalendarju Gregorjan.

Jannar jibda (astroloġikament) bix-xemx fil-Kaprikornu u jispiċċa fl-Akwarju.

L-isem Jannar hu minn alla Ruman Ġanu (Ianuarius), l-alla tal-bibien; l-isem kellu l-bidu tiegħu fil-mitoloġija Rumana, fejn il-kelma Latina għal bieb (ianua) tiġi - Jannar hu l-bieb għas-sena.

Tradizzjonalment, il-kalendarju Ruman kien jikkonsisti minn 10 xhur, b'total ta' 304 ġurnata, fejn ix-xitwa kienet meqjusa bħala xahar mingħajr ġranet. Madwar 713 QK, ir-Re Numa Pompilius żied ix-xhur ta' Jannar u Frar biex jagħmel in-numru ta' ġranet tas-sena daqs tas-sena solari (355 ġurnata). L-ewwel ġurnata tax-xahar hi magħrufa bħala l-Istrina. Fil-bidu tal-153 QK ħa post Marzu bħala l-ewwel xahar. Marzu qabel kien l-ewwel xahar fil-kalendarju antik Ruman.

Diversi dati tal-festi Nsara kienu wżati għall-Ewwel tas-Sena fl-Ewropa, fosthom il-25 ta' Marzu (festa ta' l-Annunzjata) u l-25 ta' Diċembru (il-Milied). Madanakollu, l-kalendarji medjovali kienu mfassla fuq il-mudell Ruman ta' tnax-il kolonna minn Jannar sa Diċembru. Fis-seklu 16, pajjiżi Ewropej bdew uffiċċjalment jagħmlu l-1 ta' Jannar il-bidu ta' sena ġdida.

Jannar, illustrazzjoni minn Très riches heures du duc de Berry

Ismijiet storiċi għal Jannar jinkludu l-isem oriġinali Ruman, Ianuarius, il-kelma tas-Sassonja Wulf-monath ("xahar tal-lupu"), u t-terminu wżat minn Karlu Manju Wintarmanoth ("xitwa/xahar kiesaħ"). Bil-Fillandiż, ix-xahar hu msejjaħ tammikuu, li tfisser ix-xahar tal-balluta, imma t-tifsira oriġinali kienet ix-xahar tal-qalb tax-xitwa, billi "tammi" kienet tfisser qalb. Dan ix-xahar hu msejjaħ bil-lingwa Ċeka leden, li tfisser ix-xahar tas-silġ.

L-ewwel Tnejn ta' Jannar hu magħruf bħala Handsel Monday fl-Iskozja u fit-tramuntana ta' l-Ingilterra. Fl-Ingilterra, is-sena ta' l-agrikoltura bdiet b'Plough Sunday fil-Ħadd wara l-Epifanija.

L-età maġġuri fil-Ġappun hi t-tieni Tnejn ta' Jannar, għal dawk li jkunu jagħlqu l-20 sena fis-sena l-ġdida tal-kalendarju. Din hi vaganza nazzjonali. Il-ġurnata kienet iċċelebrata mill-1948, imma tmexxiet għall-15 ta' Jannar mis-sena 1999, fejn kienet tmexxiet mill-gvern Ġappuniż f'attenat biex ikabbar l-ekonomija.

Fir-rota tas-sena Pagana, Jannar jispiċċa fil-perjodu ta' l-Imbolc fl-emisferu tat-tramuntana u Lughnasadh fl-emisferu ta' nofsinhar.

Avvenimenti f'Jannar