Martín Cáceres: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m robot Modifying: fr:Martín Cáceres
Linja 118: Linja 118:
[[it:Martín Cáceres]]
[[it:Martín Cáceres]]
[[ja:マルティン・カセレス]]
[[ja:マルティン・カセレス]]
[[mr:मार्टिन कासेरेस]]
[[mr:मार्टीन ककेरेस]]
[[nl:Martín Cáceres]]
[[nl:Martín Cáceres]]
[[nn:Martín Cáceres]]
[[nn:Martín Cáceres]]

Reviżjoni ta' 01:45, 12 Jannar 2011

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 José Martín Cáceres (Montevideo, 7 ta' April 1987) huwa plejer tal-futbol Urugwajan li jilgħab mal-klabb ta' Barcelona fil-pożizzjoni ta' difensur ċentrali.

Karriera

Cáceres beda l-karriera ġewwa l-Urugwaj ma' Defensor Sporting, u f'età żagħżugħa sar plejer regulari mal-ewwel tim. F'total ta' 26 apparenza hu sab ix-xibka 4 darbiet. Fi Frar tal-2007, Cáceres iffirma kuntratt ta' ħames snin mat-tim ta' Villarreal CF ta' Spanja mit-tim ta' Defensor għal ċifra ta' miljun ewro.

Fl-istaġun 2007–08 ġie msellef lit-tim ta' Recreativo, fejn lagħab rwol importanti mat-tim Andalusjan. Fid-9 ta' Jannar, 2008, Cáceres skorja gowl vitali kontra Villareal, l-istess tim li kellu d-drittijiet tiegħu, fit-Tazza Spanjola, liema partita Recreativo ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 1–0.

Cáceres ingħaqad ma' Barcelona fis-sajf tal-2008, għas-somma ta' €16.5 miljun. Klawżola ta' €50 miljun ġiet inkluża fil-qbil li sar, b'kuntratt li jibqa' sejjer sal-istaġun 2012.[1] Matul l-ewwel staġun tiegħu mal-klabb Katalan, Cáceres sab ftit opportunitajiet mal-ewwel tim. Madanakollu, f'dan l-ewwel staġun tiegħu hu rnexxielu jirbaħ tliet trofej: it-Tazza tar-Re, il-UEFA Champions League u l-La Liga, biex kompla t-Tripletta għal Barcelona.

Nhar it-30 ta' Lulju, 2009, kien ġie rappurtat li Cáceres kien kompla t-testijiet mediċi bil-ħsieb li jingħaqad ma' Juventus. Nhar is-6 ta' Awwissu, Barcelona ikkonfermaw li huma kienu selfuh għal staġun sħiħ bl-għażla li l-klabb Taljan jixtrieh għal €11-miljun fi tmiem l-istaġun. Fit-12 ta' Settembru 2009, Cáceres skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-Juventus fid-debutt tiegħu fis-Serie A kontra SS Lazio.

Statistika

Klabb Staġun Kampjonat Tazza Ewropa Total
App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
Defensor 2006–07 26 4 0 0 0 0 26 4
Villarreal 2006–07 0 0 0 0 0 0 0 0
Recreativo (self) 2006–07 34 2 34 2
FC Barcelona 2008–09 13 0 7 0 3 0 23 0
Total tal-karriera 73 6 7 0 3 0 83 6

Korretti sat-30 ta' Mejju 2009[2]

Referenzi

  1. ^ FCBarcelona.cat (ed.). "Agreement for Cáceres with Villarreal" (bl-Ingliż).
  2. ^ Soccernet (ed.). "Statistika tal-plejer" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)

Ħoloq esterni