Wikimedia Commons: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 109: Linja 109:
[[mi:Wikimedia Commons]]
[[mi:Wikimedia Commons]]
[[mk:Заедничка Ризница]]
[[mk:Заедничка Ризница]]
[[ml:വിക്കിമീഡിയ കോമൺസ്]]
[[mn:Викимедиа Коммонс]]
[[mn:Викимедиа Коммонс]]
[[ms:Wikimedia Commons]]
[[ms:Wikimedia Commons]]

Reviżjoni ta' 08:14, 3 Novembru 2010

Wikimedia Commons
Logo ta' Wikimedia Commons
Screenshot ta' Wikimedia Commons
URL commons.wikimedia.org
Kummerċjali? Le
Tip ta' sit Repożitorju multimedjali
Reġistrazzjoni Opzjonali (bżonnjuż jekk wieħed irid itella' fajls)
Proprjetarju Fondazzjoni Wikimedia
Maħluqa minn Komunità Wikimedia
Pubblikata 7 ta' Settembru, 2004
Pożizzjoni fuq Alexa 176[1]
Stat attwali Attiva

Il-Wikimedia Commons (jew sempliċiment Commons) hija repożitorju ta' kontenut ħieles ta' stampi, awdjo u riżorsi multimedja oħra. Huwa hu proġett tal-Fondazzjoni Wikimedia, liema fajls imtella' fuq din is-sistema jistgħu jiġu wżati fuq il-proġetti kollha tal-Wikimedia[2] f'kull lingwa, fosthom il-Wikipedija, il-Wikitbiet u l-Wikibarijiet, jew jitniżżlu għall-użu mhux fuq l-internet, hekk kif il-kontenut jew hu fid-dominju pubbliku jew rilaxxat taħt il-liċenzji ħielsa bħal-Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa GNU.[3] Sa Marzu tal-2009, ir-repożitorju għandu iktar minn 4.1 miljun fajl multimedjali.

Storja

Il-proġett kien ġie propost minn Erik Möller f'Marzu tal-2004[4] u beda l-funzjon tiegħu fis-7 ta' Settembru, 2004.[5][6] Il-motiv prinċipali wara l-iffurmar ta' repożitorju ċentrali kienet ix-xewqa li jitnaqqsu d-duplikati tal-isforzi fi ħdan il-proġetti u l-lingwi tal-Wikimedia, hekk kif l-istess fajl kellu jiġi mtella' separatament ħafna drabi fuq wikis differenti qabel ma l-Commons ġie maħluq. Kien f'Ottubru tal-2004 li d-dettal tekniku li fajl fuq Commons jista' jiġi wżat fuq kwalunkwe proġett tal-Wikimedia, ġie implimentat, li wassal għal aktar użu ta' Commons bħala repożitorju. Il-logo tal-proġett sar minn Reid Beels, li għall-bidu kien bagħtu f'konkors tal-logo għall-Wikibarijiet. Dan il-logo daħal fil-kompetizzjoni għal-logo ta' Commons, li eventwalment rebħaha, u kien adottat uffiċjalment f'Novembru 2004.[7]

F'April tal-2005, Directmedia Publishing, kumpanija minn Berlin li wkoll tippublika edizzjoni tal-Wikipedija bil-Ġermaniż fuq DVDs, għamlet għotja ta' 10,000 riproduzzoni ta' pitturi pubbliċi lill-Wikimedia Commons, li ġew mtella' flimkien bil-metadati fuq l-arti u l-kreaturi tagħha.[8]

Mużajk tal-logo ta' Commons

Fl-24 ta' Mejju, 2005, il-Wikimedia Commons laħaq il-100,000 fajl multimedjali (esklużi l-eluf ta' stampi tat-temp u tas-swieq għall-Wikibarijiet). Fit-30 ta' Novembru, 2006, il-proġett laħaq il-miljun fajl li ttella' fuq is-sistema. Biex jiġi mfakkar dan l-avvinement hekk prestiġjuż, l-edituri tas-sit għamlu logo ta' "mużajk" tal-Fondazzjoni Wikimedia.[9]

Hekk kif iż-żmien kompla jgħaddi, ġew miżjuda funzjonijiet oħra li tejjbu l-interfaċċa tal-Wikimedia Commons mal-proġetti l-oħra tal-Wikimedia. Daniel Kinzler kiteb xi applikazzjonijiet li l-użu tagħhom kellu jkun li jinstabu kategoriji approprjati għall-fajls li jiġu mtella' ("CommonSense"), li jiġi ddeterminat l-użu tal-fajls fuq il-proġetti tal-Wikimedia l-oħra ("CheckUsage"), jiġu lokalizzati stampi li m'għandhom ebda informazzjoni fuq il-copyright ("UntaggedImages"), u għal informazzjoni fuq azzjonijiet amministrattivi bħal tħassir fuq il-wikis ("CommonsTicker"). Il-websajt għandha wkoll mutur ta' tfittxija aktar iffukat fuq it-tfittxija tal-istampi, bl-isem ta' MayFlower.

Diversi għodda biex wieħed ikun jista' jtella' fajls b'aktar faċilità ġew ikkreati, bħal "Commonist", li dan iservi biex jissimplifika l-proċess ta' tlugħ ta' numru kbir ta' fajls. Ħafna proġetti tal-Wikimedia għadhom iħallu li jiġu mtellgħin fajls fuq il-wiki biss u li ma jistgħux jiġu wżati fuq proġetti jew lingwi oħra, imma din l-għażla tintuża' primarjament għal materjal li huwa permess mill-proġett lokali, imma li ma jiġi permess skont il-politika tal-copyright ta' Commons, bħall-kontenut għal użu ġust. Wikimedia Commons stess ma tħallix li jiġu mtella' fajls taħt liċenzji li ma jħallux użu ġust, li jinkludu liċenżji li jillimitaw użu kummerċjali ta' materjali jew ma jħallux xogħlijiet derivattivi. Liċenzji li huma aċċettati jinkludu l-GNU Free Documentation License, il-Creative Commons Attribution u liċenzji ShareAlike,[10] u d-dominju pubbliku.

Il-lingwa awtomatika ta' Commons hi l-Ingliż, però l-utenti reġistrati jistgħu jippersonalizza l-interfaċċa tagħhom biex jużaw traduzzjoni disponibbli għall-interfaċċa tal-utent. Diversi paġni ta' kontenut, partikularment il-paġni tal-politika u l-portali, ġew ukoll tradotti f'diversi lingwi. Fajls fuq il-Wikimedia Commons huma kategorizzati taħt is-sistema ta' kategorija tal-MediaWiki.

Kwalità

Stampa tas-Sena tal-Wikimedia Commons, 2007

Dan is-sit għandu tliet mekkaniżmi biex jagħraf il-kwalità tax-xogħol. Waħda hi magħrufa bħala "Stampi fil-vetrina", fejn xi xogħlijiet jiġu nominati u l-membri tal-komunità jivvutaw biex jiddeċiedu jekk jaċċetawx jew le n-nominazzjoni. Dan il-proċess beda f'Novembru tal-2004. Proċess ieħor hu "Stampi ta' kwalità" li beda f'Ġunju 2006, u għandu proċess eħfef ikkumparat ma' dak ta' "Stampi fil-vetrina". "Stampi ta' kwalità" jaċċetta biss nominazzjonijiet minn tat-tielet partiti bħan-NASA. Proġett ieħor tal-assesjar tal-istampi, magħruf bħala "Stampi ta' valur", beda fl-1 ta' Ġunju, 2008 bl-għan li jirrikonoxxi "l-aktar illustrazzjonijiet valurarizzati tat-tip tagħhom", f'kuntrast maż-żewġ proċessi l-oħra li jassessjaw l-istampi prinċiparjament fuq il-kwalità teknika.

F'Jannar 2007, is-sit inawgura l-kompetizzjoni ta' "L-Istampa tas-Sena", għas-sena 2006. Kull stampa li dehret fil-vetrina matul l-2006 kienet eleġibbli għal votazzjoni mill-utenti tal-Wikimedia, liema votazzjoni kienet maqsum f'żewġ rawnds. L-istampa rebbieħa kienet stampa ta' Awrora qalb ambjent tas-silġ, li ġiet meħuda minn membru tal-Forzi Armati tal-Istati Uniti.

Referenzi

  1. ^ wikimedia.org - Dettalji tat-traffiku minn Alexa (Diċembru 2008)
  2. ^ Wikimedia Commons (ed.). "Embedding Commons' media in Wikimedia projects" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  3. ^ Twist, Jo (20-11-2005). BBC News (ed.). "Open media to connect communities" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ Möller, Erik (19-03-2004). "[Wikipedia-l] Proposal: commons.wikimedia.org" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ "Main Page" (bl-Ingliż). 07-09-2004. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ Golem.de, ed. (25-08-2005). "Wikimedia Commons: Über 100.000 freie Bilder, Töne und Filme" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  7. ^ Wikimedia Commons (ed.). "Commons:Logo/Vote" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  8. ^ Wikimedia Commons (ed.). "10,000 paintings from Directmedia" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  9. ^ "One millionth file uploaded to Wikimedia Commons, the free media repository" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  10. ^ Ara liċenzji ta' Creative Commons, liema "NonCommercial" u "NoDerivs" ma jistgħux jintużaw fuq Wikimedia Commons.

Ħoloq esterni