Zoran Tošić: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m robot Adding: nn:Zoran Tošić
Linja 90: Linja 90:
[[mr:झोरान तोशिच]]
[[mr:झोरान तोशिच]]
[[nl:Zoran Tošić]]
[[nl:Zoran Tošić]]
[[nn:Zoran Tošić]]
[[no:Zoran Tošić]]
[[no:Zoran Tošić]]
[[pl:Zoran Tošić]]
[[pl:Zoran Tošić]]

Reviżjoni ta' 22:43, 7 Ottubru 2010

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Zoran Tošić (Zrenjanin, 28 ta' April 1987) hu plejer tal-futbol Serb li attwalment jilgħab mat-tim ta' CSKA Moscow.

Karriera

Imwieled fi Zrenjanin, il-Jugożlavja, Tošić beda l-karriera tiegħu fil-kamp tal-futbol ma' Proleter Zrenjanin, qabel ma' ngħaqad ma' Budućnost Banatski Dvor f'nofs l-istaġun 2005–06. Dawn iż-żewġ timijiet ingħaqdu flimkien biex iffurmaw lil FK Banat Zrenjanin, li bħalissa jinsabu jilgħabu fil-kampjonat Serb. F'25 dehra ma' Banat, Tošić skorja darbtejn u għen lit-tim biex jevita r-relegazzjoni.

Il-prestazzjonijiet ta' Tošić kemm fuq bażi domestika ma' Banat u anki dik internazzjonali mas-Serbja wassluh biex jiġbed diversi klabbs Ewropej fuqu. Nhar is-6 ta' Awwissu 2007, Tošić iffirma kuntratt professjonali ta' erba' snin ma' FK Partizan.

Nhar it-22 ta' Novembru 2008, il-gazzetta Ingliża Daily Mail ħabbret li kien hemm diġà negozjati bejn FK Partizan u t-tim Ingliż ta' Manchester United biex Tošić jingħaqad maċ-ċampjins Ewropej fis-suq tat-trasferimenti ta' Jannar 2009.[1] Dan il-qbil kien suġġett għal applikazzjoni b'suċċess għall-permess tax-xogħol hekk kif il-plejer ma kienx lagħab il-75% tal-partiti tat-tim nazzjonali f'dik l-aħħar sena. Minkejja xniegħat li n-negozjati kienu waqfu wara nuqqas ta' qbil fuq it-termini presonali ta' Tošić, it-trasferiment ġie finalizzat nhar it-2 ta' Jannar 2009, b'kemm Tošić u sieħbu f'Partizan Adem Ljajić jingħaqdu ma' United. Tošić se jilgħab bil-flokk numru 14.[2] Tošić iddebutta ma' Manchester United nhar l-24 ta' Jannar 2009, meta daħal bħala sostitut għal Cristiano Ronaldo kontra Tottenham Hotspur, partita valida għar-raba' rawnd tal-FA Cup 2008–09. Fil-partita segwenti, iddebutta għall-ewwel darba fil-kampjonat Ingliż meta daħal bħala sostitut għal Dimitar Berbatov fir-rebħa ta' 5–0 li United għamlu fuq West Bromwich Albion.

Internazzjonali

Wara l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena 2007 f'isem is-Serbja, hu ngħata l-ewwel sejħa mat-tim tal-kbar fejn iddebutta fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra l-Finlandja u l-Portugall. L-ewwel gowls internazzjonali tiegħu waslu fit-12 ta' Awwissu 2009 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Afrika t'Isfel meta skorja żewġ gowls fir-rebħa ta' 3–1.

Referenzi

  1. ^ "United in £8m swoop for Serbian midfielder Tosic" (bl-Ingliż). 22-11-2008. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ MaltaRightNow.com, ed. (02-01-2009). "Man Utd jakkwistaw lil Tosic u Ljajic". Parametru mhux magħruf |aċess= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni