Klaas-Jan Huntelaar: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m robot Modifying: tr:Klaas-Jan Huntelaar
Linja 282: Linja 282:
[[es:Klaas-Jan Huntelaar]]
[[es:Klaas-Jan Huntelaar]]
[[et:Klaas-Jan Huntelaar]]
[[et:Klaas-Jan Huntelaar]]
[[fa:کلاس یان هونتلار]]
[[fi:Klaas-Jan Huntelaar]]
[[fi:Klaas-Jan Huntelaar]]
[[fr:Klaas-Jan Huntelaar]]
[[fr:Klaas-Jan Huntelaar]]

Reviżjoni ta' 15:34, 28 Awwissu 2010

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Klaas-Jan Huntelaar (Voor-Drempt, 12 ta' Awwissu 1983) hu plejer tal-futbol professjonali Olandiż li jilgħab bħala attakkant mal-klabb Taljan ta' Milan u mat-tim nazzjonali Olandiż.

Huntelaar iħaddan teknika tajba u atletiċità,[1] u kapaċi jiskorja kull tip ta' gowls kemm b'rasu u abki b'saqajh. L-istil tiegħu ġie ikkomparat ma' dak ta' Marco van Basten[2] u Fernando Morientes.[3]

Il-kowċ veteran tat-tim nazzjonali tal-Olanda, Louis van Gaal, stqarr fuq il-plejer "ġewwa l-kaxxa l-kbira, hu hu l-aqwa plejer fid-dinja".[4] Imlaqqam bħala 'The Hunter',[4] Huntelaar lagħab għal PSV, De Graafschap, AGOVV, Heerenveen u Ajax, qabel ma f'Jannar tal-2009 ittrasferixxa lejn Real Madrid.[5]

Karriera

Bidu tal-karriera

Huntelaar twieled f'Drempt, raħal fir-reġjun ta' Achterhoek ġewwa l-Olanda, imma mexa lejn Hummelo meta kellu biss sitt ġimgħat. Fl-età ta' ħames snin, Huntelaar flimkien maż-żewġ aħwa, ingħaqdu mat-tim lokali ta' v.v. H. en K. fejn lagħab magħhom għas-sitt snin ta' wara.

Il-prestazzjonijiet tiegħu laqqtu l-għajn tal-klabb ta' De Graafschap li fis-6 ta' April 1994 ipperswadewh biex jiffirma l-ewwel kuntratt tiegħu, meta kellu biss ħdax-il sena. Matul l-ewwel sentejn tiegħu ma' De Graafschap, Huntelaar lagħab f'diversi pożizzjonijiet fosthom fuq il-ġwejnħa x-xellugija, bħala midfilder offensiv, difensur xellugi u anki gowler; kien biss fit-tielet sena tiegħu li kabbar il-kredenzjali tiegħu bħala attakkant.

Fl-istaġun 1997–98, Huntelaar, li kellu erbatax-il sena, kien l-attakkant prinċipali tat-tim Ċ ata' De Graafschap fejn f'20 logħba skorja 33 gowl. L-istaġun segwenti rah jiġi promoss mat-tim B1, u fl-istaġun 1999–2000 sar l-aqwa skorer tal-kampjonat B1 b'31 gowl. L-abbilitajiet tiegħu attiraw l-attenzjoni ta' PSV Eindhoven, li sussegwentament kisbu l-firma tiegħu f'Ġunju tas-sena 2000.

Karriera mal-klabbs

PSV

Fl-ewwel staġun tiegħu ma' PSV, Huntelaar mill-ewwel stabilixxa lilu nnifsu bħala skorer prolifiku mat-tim ġovanili A1 taħt il-kowċ Willy van der Kuijlen, fejn sab ix-xibka 26 darba minn 23 logħba, fejn spiċċa wkoll l-aqwa skorer ta' dik is-sezzjoni. Fit-tieni staġun tiegħu ma' PSV, Huntelaar tniżżel mal-ewwel tim immexxi minn Guus Hiddink. Id-debutt tiegħu wasal fit-23 ta' Novembru 2002 fir-rebħa barra minn darhom ta' 3-0 fuq RBC Roosendaal, fejn daħal bħala sostitut għal Mateja Kežman fis-76 minuta.[6] Madanakollu, dan l-istaġun kellu jkun wieħed qares għalih minħabba li din kellha tkun l-unika dehra tiegħu.

De Graafschap

Lejn il-bidu tal-2003 kien jidher ċar li l-opportunitajiet mal-ewwel tim ta' Huntelaar kienu se jonqsu,[7][8] u b'hekk ġie msellef lill-klabb preċedenti tiegħu, De Graafschap, fejn hemmhekk kien hemm zijuh li kellu l-irwol ta' direttur finanzjarju.[9] Id-debutt mat-tim tal-kbar ta' De Graafschap wasal fit-8 ta' Frar 2003, bħala sostitut għal Han van de Haar kontra Roosendaal.[10] L-unika dehra mal-ewwel ħdax waslet fis-16 ta' Frar 2003 hekk kif De Graafschap sfaw megħluba 5–1 mill-klabb futuri tiegħu, SC Heerenveen.[11] L-aħħar apparenza tiegħu waslet fit-telfa tat-tim ta' nhar id-29 ta' Meju 2003, kontra Zwolle bl-iskor ta' 2–1, li kkonfermat ir-relegazzjoni mill-Eredivisie.[12] Fil-perjodu ta' self għamel disa' dehriet fil-kampjonat, imma ma skorja l-ebda gowl, b'De Graafschap jiddeċiedu li ma jestendux il-perjodu ta' self.[13]

AGOVV

Fil-bidu tal-istaġun 2003–04, Huntelaar intbagħat għal darb'oħra taħt self mat-tim promoss fl-Eerste Divisie ta' AGOVV immexxi minn Jurrie Koolhof.[14] L-istaġun ta' Huntelaar kien wieħed fenomenali, fejn barra li skorja fid-debutt tiegħu mal-klabb kontra TOP Oss, u tripletta fit-tieni partita tiegħu kontra Heracles Almelo, hu spiċċa wkoll bħala l-aqwa skorer ta' dik id-diviżjoni b'26 gowl minn 35 logħba. Fi tmiem l-istaġun ġie magħżul bħala l-Plejer tal-Istaġun tal-Eerste Divisie.

Heerenveen

Fi tmiem il-perjodu ta' self ma' AGOVV, Huntelaar irrifjuta li jiffirma kuntratt ġdid ma' PSV,[15] u minflok ingħaqad ma' Heerenveen għal somma ta' 100,000. Huntelaar beda l-istaġun 2004–05 billi skorja fid-debutt tiegħu ma' Heerenveen fl-Eredivisie kontra AZ, u sal-waqfa tax-xitwa kien diġà wasal sa 10 gowls fi 17-il logħba. L-istaġun intemm b'Huntelaar jiskorja 17-il gowl f'31 logħba, fejn għen lil Heerenveen jikkwalifikaw għat-Tazza UEFA. L-istaġun segwenti tal-2005–06, kompla bl-istess ritmu bħal ta' qablu, u sax-xitwa kien skorja 17-il gowl fi 15-il logħba, u dan wassal biex diversi klabbs kemm mill-Olanda u anke dawk minn barra l-ixtut bdew josservaw lil dan il-plejer. Finalment, Huntelaar iffirma ma' Ajax, il-klabb li kien jappoġġja meta kien għadu żgħir. Heerenveen irċivew €9 miljun flimkien ma' inċentivi futuri għall-plejer, bi 15 fil-mija (€1.35 miljun) tmur għal PSV,[16] b'riżultat tar-regola ta' kompensazzjoni imposta mill-FIFA.[17]

Ajax

Klaas-Jan Huntelaar ma' Ajax.

Huntelaar iddebutta ma' Ajax wara l-waqfa xitwija, u skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-klabb kontra l-klabb preċedenti tiegħu, Heerenveen, fit-Tazza Olandiża.[18] Matul ix-xahar ta' Frar, Huntelaar sab ix-xibka disa' darbiet f'seba' partiti għal Ajax, fosthom kontra t-tim Taljan ta' Inter fid-debutt fil-kompetizzjoni taċ-Champions League.[19] Huntelaar temm l-istaġun bħala l-aqwa skorer għal Ajax b'sittax-il gowl f'sittax-il partita, minkejja li kien għadu kemm ingħaqad magħhom f'Jannar, u spiċċa wkoll bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 33 gowl staġjonali.[20] F'47 dehra hu skorja total ta' 44 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha.

Fis-semifinali tat-Tazza Olandiża, Huntelaar skorja rovexxata biex kiseb il-pari fil-ħin miżjud tal-partita kontra Roda, biex il-partita marret għall-ħin supplementari. Ajax rebħu l-konfront 4–1, b'Huntelaar iżid it-tieni gowl personali fil-109 minuta.[21] Fil-finali, kontra PSV, Huntelaar skorja darbtejn biex għen lil Ajax jirbħu din it-tazza 2–1.[22] Huntelaar ingħata l-unur tat-Talent tas-Sena u l-Plejer tas-Sena ta' Ajax għall-2005–06.[23]

Huntelaar jiċċelebra r-rebħa ta' Ajax fit-Tazza Olandiża.

Huntelaar ġie msemmi bħala l-viċi-kaptan ta' Ajax għall-istaġun 2006–07.[24] Huntelaar skorja żewġ gowls fil-partita ta' kwalifika għall-UEFA Champions League kontra FC Copenhagen, fejn għen lit-tim jirbaħ l-ewwel leg barra minn daru bl-iskor ta' 2–1. Madanakollu, Ajax tilfu ġewwa darhom it-tieni leg bl-iskor ta' 2–0, u kellhom jikkuntentaw b'post fit-Tazza UEFA. Matul din il-kompetizzjoni, Huntelaar skorja seba' darbiet f'seba' partiti, fosthom fir-rebħa fit-tieni leg tar-rawnd tal-aħħar 32 kontra Werder Bremen, rebħa li ftit swiet minħabba li Ajax inqalgħu barra mill-kompetizzjoni. Fil-kampjonat kellhom jikkuntentaw bit-tien post, waqt li fit-Tazza Olandiża, Huntelaar skorja erba' gowls f'sitt partiti, fosthom il-gowl tal-pari fil-finali kontra AZ li spiċċat 1–1 wara l-ħin miżjud u dak supplementari. Ajax irnexxielhom iżommu t-tazza f'idejhom meta rebħu 7–8 wara l-għoti tal-penalties, b'Huntelaar jiskorja wieħed minnhom.[25]

Fl-2007–08 Ajax ġew eliminati miċ-Champions League fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, b'Huntelaar jitlef penalty fl-ewwel leg kontra Slavia Praha.[26] Lanqas fit-Tazza UEFA ma gawdew minn fortuna hekk kif Dinamo Zagreb ħarġu rebbieħa fil-konfront dirett grazzi għall-gowls barra minn darhom, biż-żewġ gowls ta' Huntelaar ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw il-progress f'din il-kompetizzjoni.[27] Fl-ewwel partita tal-istaġun tal-Eredivisie, Huntelaar skorja erba' gowls biex għen lit-tim jirbaħ lit-tim promoss ta' De Graafschap bl-iskor kbir ta' 8–1.[28] Wara l-irtirar ta' Jaap Stam f'Ottubru tal-2007, Huntelaar ingħata l-faxxa ta' kaptan, sakemm jirritorna l-midfilder esperjenzat Edgard Davids.[29] Fis-6 ta' April 2008, Huntelaar skorja l-100 gowl tiegħu fil-kampjonat bi tripletta fir-rebħa ta' 4–1 ta' Ajax fuq De Graafschap. Fil-25 sena ta' qabel, kienu biss Dennis Bergkamp u Dirk Kuyt li laħqu dan it-tragward qabel għeluq il-25 sena.[30] Huntelaar għalaq l-istaġun bi 33 gowl f'34 apparenza, l-aqwa skorer tal-Eredivise, u l-ewwel plejer ta' Ajax li qatt skorja 30 gowl fi staġun wieħed minn mindu Marco van Basten għamel dan fl-1986–87.[31][32]

Bil-wasla ta' Marco van Basten bħala kowċ ġdid ta' Ajax fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Huntelaar ġie msemmi bħala l-kaptan permanenti.[33] Huntelaar skorja 9 gowls fi 15-il logħba f'kull kompetizzjoni qabel ma ġibed il-ligamenti ta' irkopptu nhar id-9 ta' Novembru 2008 waqt partita valida għall-kampjonat kontra Sparta Rotterdam.[34] Ma kellux jilgħab għal aktar minn tmien ġimgħat wara, fejn din kellha tkun l-aħħar partita ma' Ajax.[35]

Real Madrid

Fil-bidu ta' Diċembru 2008, Real Madrid laħqu qbil ma' Ajax għall-firma ta' Huntelaar fil-bidu tas-sena l-ġdida. Huntelaar ingħaqad ma' Real Madrid f'Jannar tal-2009 għal €20 miljun, somma li tista' titla' sa €27 miljun. Id-debutt tiegħu mal-klabb Madrilen wasal fl-4 ta' Jannar 2007 fil-partita kontra Villarreal.[36] Hu lagħab 56 minuta tal-partita u għamel erba' dehriet konsekuttivi minn fuq il-bank tas-sostituti, qabel ma fetaħ il-kont tiegħu mat-tim nhar il-15 ta' Frar 2009 fir-rebħa ta' 4–0 kontra Sporting Gijon.[37] Real Madrid kienu lesti li jżidu mal-iskwadra tagħhom għaċ-Champions League 2008–09 liż-żewġ akkwisti l-ġodda, Huntelaar u Lassana Diarra, imma ż-żewġ plejers kienu diġà lagħbu fl-istess staġun fit-Tazza UEFA għal Ajax u Portsmouth rispettivament. Ir-regoli tal-UEFA jimplikaw li wieħed biss mit-tnejn jista' jiġi rreġistrat[38][39] sal-1 ta' Frar 2009, u l-midfilder difensiv Diarra ġie magħżul biex jilgħab fil-kompetizzjoni.[40] Huntelaar temm in-nofs staġun tiegħu ma' Real Madrid bi 8 gowls f'20 dehra.[41]

AC Milan

Nhar is-6 ta' Awwissu, AC Milan waslu fi qbil ma' Real Madrid fuq it-trasferiment tal-plejer għal €15-il miljun,[42][43] suġġett għall-eżamijiet mediċi fis-7 ta' Awwissu 2009. Hu iffirma kuntratt ta' erba' snin mat-tim Minalist.[44] Nhar id-29 ta' Awwissu, Huntelaar idebutta fil-kampjonat mal-Milan bħala sostitut fit-telfa ta' 4–0 kontra r-rivali ta' Inter. Fid-29 ta' Novembru, hu skorja l-ewwel gowls personali fis-Serie A b'permezz ta' doppjetta fil-partita kontra Catania, b'żewġ gowls li waslu fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima wara li kien daħal bħala sostitut fl-84 minuta. Il-Milan rebħu din il-logħba grazzi għal dawn il-gowls tiegħu.[45]

Internazzjonali

Dirk Kuyt ma' Huntelaar waqt taħriġ mat-tim Olandiż qabel il-bidu tal-Euro 2008.

Wara l-prestazzjonijiet tiegħu mat-tim nazzjonali Olandiż ta' taħt il-21 sena, Huntelaar intgħażel minn Marco van Basten għall-partita ta' ħbiberija kontra r-Repubblika tal-Irlanda tas-16 ta' Awwissu 2006. Huntelaar, fid-debutt tiegħu, skorja żewġ gowls u pprova żewġ assist fir-rebħa ta' 4–0 tal-Olanda,[46] biex b'hekk sar l-ewwel plejer li skorja fid-debutt internazzjonali tiegħu minn mindu Dick Nanninga irrepeta dan il-pass fl-1978.[47]

Wara li għal numru ta' partiti ma kienx magħżul fost l-iskwadra, hu reġa' ngħata sejħa f'Ottubru tal-2007 għall-partita ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra r-Rumanija u l-Islovenja.[48] Minħabba s-sospensjoni ta' Ruud van Nistelrooy, Huntelaar kien mal-ewwel ħdax u skorja l-ewwel gowl internazzjonali kompetittiv fir-rebħa kontra l-Islovenja bl-iskor ta' 2–0.[49] Huntelaar kien inkluż fl-iskwadra Olandiża għall-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej 2008, fejn matul dawn il-kampjonati skorja darba fl-unika apparenza tiegħu fl-aħħar partita ta' Grupp Ċ kontra r-Rumanija, b'riżultat finali ta' 2–0.[50]

Bl-irtirar mix-xena internazzjonali ta' Ruud van Nistelrooy, Huntelaar sar l-ewwel għażla fuq l-attakk għall-kowċ il-ġdid Bert van Marwijk għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. Huntelaar, s'issa irnexxielu jiskorja 14-il gowl minn 25 dehra mat-tim nazzjonali.

Statistika

Klabb

Prestazzjoni mal-labb Kampjonat Tazza Playoffs Kontinentali Total
Staġun Klabb Kampjonat App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
2002–03 PSV Eredivisie 1 0 1 0
De Graafschap 9 0 9 0
2003–04 AGOVV Eerste Divisie 35 26 3 1 38 27
2004–05 Heerenveen Eredivisie 31 16 1 0 7 3 39 19
2005–06 15 17 1 1 6 2 22 20
Ajax 16 16 3 5 4 2 2 1 25 24
2006–07 32 21 6 4 4 2 9 9 51 36
2007–08 34 33 3 1 4 0 4 2 45 36
200809 10 6 1 1 4 2 15 9
Real Madrid La Liga 20 8 20 8
2009–10 Milan Serie A 8 2 0 0 1 0 8 2
Total tal-karriera 211 145 17 13 12 4 32 19 273 181

Korretti sal-1 ta' Diċembru 2009.

Internazzjonali

Tim nazzjonali Sena Ħbiberija Kompetittivi Total
App Gowls App Gowls App Gowls
Olanda 2006 2 2 2 0 4 2
2007 3 0 2 1 5 1
2008 5 5 4 2 9 7
2009 3 2 4 2 7 4
Total tal-karriera 13 9 12 5 25 14

Korretti sal-5 ta' Settembru 2009.

Unuri

Klabb

Netherlands Ajax

Internazzjonali

Individwali

  • L-Aqwa Skorer tal-Eerste Divisie: 2003–04
  • Plejer tas-Sena tal-Eerste Divisie: 2003–04
  • Talent tas-Sena tal-Eredivisie: 2005–06
  • L-Aqwa Skorer tal-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena: 2006
  • L-Aqwa Skorer tal-Eredivisie: 2005–06, 2007–08

Referenzi

  1. ^ FIFA.com, ed. (23-01-2007). "The Hunter's pursuit of excellence". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ UEFA.com, ed. (04-04-2008). "Huntelaar follows Van Basten". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ UEFA.com, ed. (13-01-2006). "Huntelaar class shines through" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ a b The Independent, ed. (28-03-2009). "Huntelaar, the new Dutch goal machine" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Realmadrid.com, ed. (02-12-2008). "Real Madrid C.F and AFC Ajax reach agreement for transfer of player" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ PSV Eindhoven, ed. (23-11-2002). "RBC Roosendaal - PSV (23-11-2002)" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  7. ^ Sky Sports, ed. (28-04-2003). "PSV looking to loan out kids" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ UEFA.com, ed. (13-01-2006). "Huntelaar class shines through" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ Soccernews.nl, ed. (15-03-2008). "De Graafschap herdenkt Cor Huntelaar groots" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  10. ^ De Graafschap, ed. (28-02-2003). "08-02-2003 - RBC Roosendaal - De Graafschap (1-0)" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  11. ^ De Graafschap, ed. (16-02-2003). "16-02-2003 - De Graafschap - SC Heerenveen (1-5)" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  12. ^ De Graafschap, ed. (29-05-2003). "29-05-2003 - FC Zwolle - De Graafschap (2-1)" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  13. ^ "De Graafschap ziet af van langer huren van Huntelaar" (bl-Olandiż). Sport1. 21-06-2003. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  14. ^ "Klaas-Jan Huntelaar profiel" (bl-Ingliż). NOS Studio Sport. 10-09-2007. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  15. ^ FIFA.com, ed. (01-10-2007). "Classy Huntelaar thinking big" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  16. ^ Ajax USA, ed. (29-12-2005). "Transfer completed: Huntelaar to join Ajax for 4.5 years" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  17. ^ FIFA.com, ed. (01-07-2005). "FIFA Regulations for the Status and Transfer of Players" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  18. ^ Ajax Online, ed. (02-02-2006). "Ajax naar halve finale Gatorade Cup door zege op Heerenveen" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  19. ^ UEFA.com, ed. (22-02-2006). "Inter recovery pegs back Ajax" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  20. ^ KNVB, ed. (17-14-2006). "Huntelaar evenaart topscorer Cruijff" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  21. ^ Ajax Online, ed. (22-03-2006). "Ajax naar bekerfinale na zinderend duel tegen Roda" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  22. ^ Ajax Online, ed. (07-05-2006). "Huntelaar bezorgt Ajax met twee doelpunten de beker" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  23. ^ Sportweek, ed. (03-05-2006). "Huntelaar gekozen tot beste talent" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  24. ^ Ajax Online, ed. (11-07-2006). "Stam nieuwe aanvoerder Ajax, Perez vice-captain" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  25. ^ Ajax USA, ed. (06-05-2007). "Ajax claim KNVB Cup after 120 minutes and 16 penalties" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  26. ^ UEFA.com, ed. (15-08-2007). "Slavia make Ajax pay the penalty" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  27. ^ UEFA.com, ed. (04-10-2007). "Ajax follow French pair out of Europe" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  28. ^ UEFA.com, ed. (20-08-2007). "Timely boost for four-goal Huntelaar" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  29. ^ AT5, ed. (31-10-2007). "Huntelaar aanvoerder in bekerduel" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  30. ^ FIFA.com, ed. (09-04-2008). "Strikers toast milestone moments" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  31. ^ espnstar.com, ed. (03-12-2008). "Klass Jan Huntelaar factfile" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  32. ^ Ajax.nl, ed. (31-05-2008). "Topscorers (2)" (bl-Olandiż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  33. ^ Ajax.nl, ed. (16-07-2008). "Huntelaar to captain Ajax" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  34. ^ Ajax.nl, ed. (10-11-2008). "Huntelaar tears ankle ligament" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  35. ^ Goal.com, ed. (10-11-2008). "Huntelaar Blow For Ajax" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  36. ^ SI.com, ed. (22-03-2009). "Klaas Jan Huntelaar Game Logs" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  37. ^ ESPN Soccernet, ed. (15-02-2009). "Sporting Gijon 0–4 Real Madrid" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  38. ^ UEFA.com, ed. (08-01-2009). "UEFA decision on Real Madrid" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  39. ^ UEFA.com, ed. (13-01-2009). "UEFA Appeals Body decision on Real Madrid" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  40. ^ Realmadrid.com, ed. (02-02-2009). "Definitive Champions League list" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  41. ^ Sporting Life, ed. (23-03-2009). "Huntelaar is the real deal" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  42. ^ "Huntelaar transferred to AC Milan" (bl-Ingliż). 06-08-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  43. ^ "A.C. MILAN: KLAAS-JAN HUNTELAAR, AGREEMENT WITH REAL MADRID". 06-08-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  44. ^ "A.C. MILAN COMUNICATO UFFICIALE" (bit-Taljan). 07-08-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  45. ^ "Catania 0 - 2 AC Milan" (bl-Ingliż). 30-11-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  46. ^ BBC Sport, ed. (16-08-2006). "Republic of Ireland 0-4 Holland" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  47. ^ Ajax.nl, ed. (16-08-2006). "Huntelaar scoort tweemaal bij debuut" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  48. ^ Sky Sports, ed. (05-10-2007). "Huntelaar and Robben recalled" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  49. ^ UEFA.com, ed. (17-10-2007). "Netherlands near finals goal with win". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  50. ^ "France 0-2 Italy & Netherlands 2-0 Romania" (bl-Ingliż). 2008-06-17. Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' AC Milan

Mudell:Link FA