Guido de Marco: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m robot Adding: hu:Guido de Marco
m robot Adding: no:Guido de Marco
Linja 73: Linja 73:
[[ko:귀도 데 마르코]]
[[ko:귀도 데 마르코]]
[[la:Guido de Marco]]
[[la:Guido de Marco]]
[[no:Guido de Marco]]
[[oc:Guido de Marco]]
[[oc:Guido de Marco]]
[[pl:Guido de Marco]]
[[pl:Guido de Marco]]

Reviżjoni ta' 18:03, 17 Awwissu 2010

Guido de Marco

 Malti ta' veru, li jħobb lill-Maltin u jħobb lil pajjiżu. 

—Il-President George Abela fit-tħabbira tal-mewt ta' Guido de Marco

Guido de Marco (Valletta, 22 ta' Lulju 1931Tas-Sliema, 12 ta' Awwissu, 2010) kien politikant Malti li serva bħala l-President ta' Malta bejn l-1999 u l-2004.

Bijografija

Tfulija

Guido De Marco twieled il-Belt Valletta nhar it-22 ta' Lulju, 1931, l-uniku iben ta' Emanuele u Giovanna née Raniolo.[1] Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Sekondarja ta' San Ġużepp, fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi u aktar tard fl-Università ta' Malta. Mill-Università ggradwa fil-Baċellerat tal-Arti fl-1952, fil-Filosofija, l-Ekonomija u t-Taljan, u fl-1955 bħala Duttur tal-Liġi. Għal xi żmien serva bħala avukat tal-gvern.

Politika

Hu daħal fix-xena politika fl-1962 meta wara li rriżenja mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali f'isem il-Partit Nazzjonalista (PN), fi żmien ta' tensjoni ta' qabel l-Indipendenza.[2] Fl-ewwel distrett hu kiseb 2.83% tal-kwota tad-distrett mal-ewwel għadd (4.59% f'isem il-partit li kien qiegħed jikkontesta) u fit-tmien distrett ġab 17.9% tal-kwota (31.88% f'isem il-PN).[3] Bejn l-1964 u l-1966 serva bħala l-Avukat tal-Kuruna tal-Gvern Malti. Fl-1966 ikkontesta t-tieni elezzjoni tiegħu, fejn kiseb 12.82% tal-voti mill-ewwel distrett u 64.39% tal-voti mit-tmien distrett.[3] B'hekk, ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Malti f'April tal-1966, fejn baqa' jiġi elett sal-1998. Fl-1967, il-Kamra tad-Deputati ta' Malta eleġġiet lil de Marco bħala wieħed mir-rappreżentanti tagħha fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, fejn baqa' jżomm din il-pożizzjoni għal għoxrin sena. Fl-1972 inħatar Segretarju Ġenerali tal-PN. Fl-1977 ikkontesta l-elezzjoni għal kap tal-partit tiegħu flimkien ma' Eddie Fenech Adami, fejn dan tal-aħħar rebaħ din l-elezzjoni interna bi Guido de Marco jieħu l-post ta' Deputat Mexxej. F'din il-kariga serva sal-1999, fejn minn Mejju tal-1999 beda jservi ta' Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Intern u l-Ġustizzja. Fiż-żmien li kien iħaddan dan ir-rwol, il-Professur de Marco introduċa numru ta' abbozzi fil-Parlament li kienu jinkorporaw ġo fihom konvenzjonijiet importanti, bħall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Bħala Ministru tal-Intern hu wassal għal riformi u l-imodernizzar tal-Korp tal-Pulizija u waqqaf l-Akkademja tal-Pulizija.[4]

F'Mejju tal-1990 inħatar Ministru tal-Affarijiet Barranin u fost l-ewwel impenji tiegħu kien hemm li ressaq l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fil-Kommunità Ewropea fi Brussell nhar is-16 ta' Lulju, 1990. Hu kompla jippromwovi u jsegwi l-prinċipju li d-djalogu Ewro-Mediterranju kien element bażiku sabiex jinħolqu strutturi li jikkonsolidaw is-sigurtà u l-kooperazzjoni reġjonali. Ħidmietu wasslet biex Malta issieħbet f'numru ta' organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Ġnus Magħquda, l-OSCE, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Commonwealth tan-Nazzjonijiet. Kien il-Professur de Marco wkoll li bħala Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin reġa' rreattiva l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, nhar il-11 ta' Settembru, 1998, wara l-iffriżar ta' din l-istess applikazzjoni mill-Partit Laburista. Tul il-karriera parlamentari tiegħu huwa rrappreżenta lill-Parlament Malti għal kważi 20 sena fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, fejn serva f'ħafna kumitati.

President tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda

Nhar it-18 ta' Settembru, 1990, il-Professur de Marco ġie elett President tal-ħamsa u erbgħin sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda – l-ogħla kariga li persuna Maltija qatt ħadet fil-kamp internazzjonali.[5] Hu ħa bosta inizjattivi b'risq il-paċi u biex il-Ġnus Magħquda tkun organizzata aħjar. Il-ħatra tiegħu f'din il-kariga wasslet ukoll fi żmien ta' tensjoni wara l-invażjoni tal-Iraq fil-Kuwajt. Bħala l-President, huwa żar numru ta' kampijiet ta' refuġjati fit-territorji okkupati u fil-Ġordan, l-Etjopja u l-Albanija. F'Mejju tal-1991, żar ir-Repubblika Demokratika tal-Korea u r-Repubblika tal-Korea għal laqgħa li wasslet għall-ammissjoni tagħhom fin-Nazzjonijiet Uniti.

Fi tmiem il-presidenza tiegħu fl-1991, bejn l-1996 u l-1998 serva bħala shadow minister. Fl-1998, reġa' ġie appuntat bħala Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, fejn żamm din il-kariga san-nominazzjoni tiegħu bħala President ta' Malta. Bejn Jannar tal-2005 u Diċembru tal-2008 kien ċermen tal-Fondazzjoni tal-Commonwealth.

President ta' Malta

Fl-1999, Guido Demarco sar is-sitt President ta' Malta, fejn issuċċeda lil Ugo Mifsud Bonnici. Il-presidenza tiegħu damet sal-4 ta' April, 2004.

Mewt

Nhar is-6 ta' Awwissu 2010, waqt intervent regulari f'qalbu, żviluppaw ċerti kumplikazzjonijiet. Il-kundizzjoni tiegħu kienet definita bħala waħda "kritika imma stabbli" mill-kap tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.[6] Erbat ijiem wara inħareġ mill-isptar, minkejja li t-tim mediku kompla xorta jsegwi l-istat ta' qalbu.[7] Madanakollu, jumejn biss wara li kien irritorna lura d-dar, nhar it-12 ta' Awwissu, 2010, Guido de Marco ittieħed b'urġenza l-isptar wara li ħassu ħażin fir-residenza tiegħu ġewwa Tas-Sliema, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien miet fl-età ta' ta' 79 sena. Stqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni ħarġet li hu miet fil-ħin tal-4.18 ta' wara nofsinhar,[8] fejn aktar tard ħareġ li kien miet waqt l-irqad u kienu għalxejn it-tentattivi li saru sabiex isalvawlu ħajtu. Il-funeral tiegħu sar fis-16 ta' Awwissu, 2010, ġewwa l-Kon-Katidral ta' San Ġwann preseduta mill-Arċisqof ta' Malta Pawlu Cremona.[9] Il-gvern nazzjonali ħabbar tliet ijiem ta' luttu nazzjonali.[10] Nhar is-Sibt 14 ta' Awwissu, 2010, mill-Isptar Materi Dei telaq korteo bit-tebut ta' Guido de Marco fejn għadda minn quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, qabel ma mbagħad wasal fil-Palazz tal-President fejn ġie espost il-katavru mikxuf għall-qima tal-pubbliku.[11]

Reazzjonijiet

Immedjati kienu l-messaġġi ta' kondoljanzi li nħarġu mill-President tar-Repubblika, mill-Partit Nazzjonalista, mill-Partit Laburista, u entitatjiet u korpi diplomatiċi oħra.[12] Il-kondoljanzi waslu wkoll min-naħa tal-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek li stqarr "Guido de Marco kien iħaddan l-aqwa kwalitajiet bħala politiku modern: hu kien patrijott tassew li ħabb lil pajjiżu u lil niesu u kien bniedem ta' moħħu miftuħ u statista Ewropew kommess, li kien rispettat bil-kbir madwar l-Ewropa kollha".[13] Reazzjonijiet oħra kienu jinkludu dak tal-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici li ddeskrivieh bħala "persuna determinat li qatt ma qata' qalbu minn xejn u dejjem ottimist", tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Viċi-Prim Ministru Tonio Borg li ddeskrivieh bħala "patrijott li pajjiżu dejjem sabu meta kien hemm bżonn u meta kien meħtieġ rikonċiljazzjoni", u tal-eks-Prim Ministru Alfred Sant li stqarr kif it-telfa ta' Guido de Marco kienet telfa ta' "protagonista tal-istorja moderna tal-pajjiż".[14] F'messaġġ lill-President George Abela, il-president tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Durão Barroso tkellem dwar kif "Il-Kummissjoni u jien nibqgħu niftakruh għall-kburija li kellu li kien Malti u l-isforzi kbar li għamel sabiex iressaq lil Malta qrib l-Unjoni Ewropea".[15]

Ħajja personali

Hu żżewweġ lil Violet (née Saliba), fejn kellhom tifel, Mario, u żewġt ibniet, Gianella u Fiorella, ilkoll membri tal-professjoni ġudizzjarja.

Awtobijografija

Fl-2008, Demarco ippubblika l-awtobijografija tiegħu bl-isem ta' The Politics Of Persuasion. Sena wara ħarġet it-traduzzjoni tal-ktieb bil-Malti ta' Charles Abela Mizzi bl-isem Il-Politika tal-Persważjoni.[16]

Referenzi

  1. ^ Libro d'Oro di Melita – Professor Guido de Marco and family
  2. ^ Times Of Malta, ed. (13-08-2010). "Guido, a warm and charismatic soul" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ a b Dokument xls tar-riżultati tal-elezzjoni ġenerali tal-1962, maltadata.com
  4. ^ Malta Right Now, ed. (12-08-2010). "Il-profil ta' l-eks President ta' Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ un.org (ed.). "UN General Assembly - President of the 62nd Session - Guido de Marco (Malta)" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  6. ^ L-Orizzont (ed.). "Guido de Marco f'qagħda kritika". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  7. ^ Il-Ġens Illum, ed. (10-08-2010). "Il-Professur Guido de Marco joħroġ mill-isptar". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ MaltaRightNow, ed. (12-08-2010). "Titħabbar il-mewt ta' Guido de Marco". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ MaltaRightNow, ed. (13-03-2008). "Il-funeral tal-President Emeritus Guido de Marco nhar it-Tnejn". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  10. ^ Maltastar.com, ed. (13-08-2010). "Malta mourns the sudden death of Guido de Marco" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  11. ^ MaltaRightNow, ed. (14-08-2010). "Tislima emozzjonanti għal Guido de Marco mill-PN". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  12. ^ Times Of Malta, ed. (12-08-2010). "President, political parties pay tribute to Guido de Marco" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  13. ^ Times Of Malta, ed. (13-08-2010). "Guido de Marco was a committed European statesman - EP President" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  14. ^ Malta Independent, ed. (13-08-2010). "Guido de Marco passes away: A tribute to a great politician" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  15. ^ Malta Independent, ed. (14-08-2010). "Tributes to Prof. de Marco flow in" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  16. ^ DI-VE, ed. (11-11-2009). "The Maltese version of Guido de Marco's autobiography at the Malta Book Fair" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

Predeċessur
Ugo Mifsud Bonnici
President ta' Malta
1999–2004

Suċċessur
Eddie Fenech Adami