Wikipedija:L-ebda attakk personali: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 44: Linja 44:
[[als:Wikipedia:Keine persönlichen Angriffe]]
[[als:Wikipedia:Keine persönlichen Angriffe]]
[[ar:ويكيبيديا:لا للهجوم الشخصي]]
[[ar:ويكيبيديا:لا للهجوم الشخصي]]
[[az:Vikipediya:Təhqir, təhdid və aqressiyaya yol verilməməlidir]]
[[bg:Уикипедия:Никакви лични нападки]]
[[bg:Уикипедия:Никакви лични нападки]]
[[br:Wikipedia:Tagadennoù personel]]
[[br:Wikipedia:Tagadennoù personel]]

Reviżjoni ta' 10:12, 25 Mejju 2010

Mudell:Lista tal-politika tal-imġieba Tagħmilx attakki personali mkien fuq il-Wikipedija. Ikkumenta fuq il-kontenut, mhux fuq il-kontributur. Attakki personali mhux se jgħinu biex tagħmel il-punt tiegħek; dawn iweġġgħu lill-komunità tal-Wikipedija u jiskurraġġixxu lill-utenti biex ma jkomplux jeditjaw biex jikkreaw enċiklopedija tajba.

X'inhu kkunsidrat bħala attakk personali?

Id-dibattitu hu parti essenzjali tal-kultura tal-Wikipedija. Kontributuri differenti xi kultant ma jaqblux mal-kontenut f'xi artiklu. Xi kontributuri huma membri ta' komunitajiet li jixtiequ li jkollhom il-fehma tagħhom inkluża fl-artiklu. L-għaqda ta' dawn il-fehmiet joħolqu artikli aħjar, u artikli aktar NPOV għal kulħadd. Kull min jeditja artiklu hu parti mill-istess komunità kbira — aħna lkoll Wikipedjani.

L-edituri għandhom ikunu ċivili u jagħmel użu tajjeb ta' etikett tal-wiki meta jesprimu diżapprovazzjoni. Bħala mod ta' pulitezza, il-kummenti m'għandhomx ikunu ndirizzati personalment imma għandhom ikunu diretti għall-kontenut u l-azzjonijiet aktar milli għan-nies. Madanakollu, meta ma jkunx hemm qbil fuq il-kontenut, meta tirreferi għal edituri preċedenti mhux dejjem hu attakk personali. Kitba li tgħid "L-istqarrija tiegħek dwar X hi ħażina minħabba l-informazzjoni f'Y", jew "Il-paragrafu li żidt f'dan l-artiklu jidher li hu riċerka oriġinali", ma jitqiesx bħala attakk personali. Tista' wkoll tgħid "Il-paragrafu li żdied f'dan l-artiklu jidher li hu riċerka oriġinali" u hekk tevita t-tieni persuna.

Ir-risposta adattata għal stqarrijiet bħal dawn hi li tindirizza l-kwistjonijiet tal-kontenut aktar milli takkuża lill-persuna li mar kontra din il-politika. Takkuża lil xi ħadd mingħajr ġustifikazzjoni li qiegħed jagħmel attakki personali hi wkoll forma ta' attakk personali.

Attakki personali

M'hemmx regola li tgħid kif jikkonsisti attakk personali, imma tipi ta' kummenti m'huma qatt aċċettati:

  • Kummenti razzisti, sesswali, ħomofobisti, minħabba l-età, reliġjużi, politiċi, etniċi, jew twemmin li jmur kontra nies oħra (bħal kontra nies li huma b'diżabilità) diretti kontra kontributur ieħor. L-ebda qbil dwar x'tibni reliġjon, razza, preferenza sesswali, etniċità mhijiex skuża leġittima.
  • Tuża' l-affilljazzjonijiet ta' xi ħadd bħala mezzi biex tirrifjuta biex taċċetta l-fehmiet tiegħu.
  • Tindika għal attakki esterni, harassment, jew materjal ieħor, għal raġuni biex tattakka editur ieħor.
  • Theddid, inklużi:
    • Theddid ta' azzjoni legali
    • Theddid ta' vjolenza jew azzjoni li m'għandhomx x'jaqsmu mal-wiki (partikularment minaċċi ta' mewt)
    • Theddid ta' vandaliżmu ta' paġni ta' l-utenti jew paġni tad-diskussjoni.
    • Theddid jew azzjonijiet li deliberatament jesponu edituri oħra tal-Wikipedija għal persekuzzjonijiet politiċi, reliġjużi jew persekuzzjonijiet oħra mill-gvern, l-impjegat tagħhom jew xi ħaġa oħra. Vjolazzjonijiet ta' dan it-tip jista' jirriżulta f'sospensjoni (magħrufa aħjar bħala "block") għal perjodu ta' żmien estensiv, li tista' tiġi applikata minn kwalunkwe amministratur. L-amministraturi li japplikaw dawn is-sanzjonijiet iridu kunfidentalment jinformaw lill-membri tal-Kumitat Arbitrazzjonali ta' x'għamlu u għaliex.

Dawn l-eżempji mhumiex ristretti. Insulti jew tikkritika editur hu attakk personali f'kull mod li hu magħmul.

Il-projibizzjoni kontra attakki personali tapplika ugwalment għal kull Wikipedijan. Hu inaċċettabli daqskemm li tattakka utent bl-istorja ta' mġieba kretìna, jew anki wieħed li kien suġġett ta' azzjoni dixxiplinarja mill-Kumitat Arbitrazzjonali. Il-Wikipedija tinkoraġġixxi komunità pożittiva fuq l-internet: in-nies jagħmlu żbalji, imma huma nkorraġġati biex jitgħallmu minnhom u jbiddlu d-direzzjoni. Attakki personali huma kontra dan l-ispirtu u ta' ħsara għal ħidma biex tinbena enċiklopedija.

Risposti għal attakki personali

Għażliet inizzjali

Frekwentament, l-aqwa ħaġa biex tirrispondi għal attakk personali iżolat hu biex ma tirrispondix. Wikipedija u d-dibatti tagħha jistgħu jkunu stressanti għal xi edituri, li jistgħu okkażjonalment jirreaġixxu lura. Addizzjonalment, id-diskussjonijiet tal-Wikipedija huma miktubin kollha bil-kliem, u għalhekk ma tantx jistgħu jxandru l-vera emozzjonijiet; din tista' wkoll ġġib għal nuqqas ta' ftehim. Waqt li l-attakki personali mhumiex skużati minħabba għal dawn il-fatturi, l-edituri huma nkoraġġati biex jinjoraw posti li juru rrabjar jew ta' bla ebda manjieri meta hu possibli li tagħmel dan, u li tkompli tiffoka l-isforzi biex tiżviluppa l-enċiklopedija.

Jekk tħoss li hemm bżonn ta' risposta, int trid tħalli messaġġ pulit fuq il-paġni ta' diskussjoni ta' l-utent l-ieħor. Tirrispondix fuq il-paġni ta' diskussjoni ta' l-artiklu; din tgħin biex jikbru l-manjieri. Hu mportanti li tevita li ssir inqas argumentattiv. Minkejja li templates kienu wżati xi drabi għal dawn l-iskopijiet, messaġġ modifikabbli li jirrelata s-sitwazzjoni speċifika hu rċevut. Meta hu possibli, prova sib kompromess.

Attakki personali ma jinkludux lingwa ċivili użati biex jiddeskrivu azzjonijiet ta' xi editur, u meta huma magħmula mingħajr l-involviment tal-karattru personali, dawn m'għandhomx jkunu nterpretati bħala attakki personali, eżempju, "Din l-istqarrija hi attakk personali..." mhijiex attakk personali.

Attakki li huma partikularment offensivi (bħal theddid fiżiċi jew legali) m'għandhomx ikunu njorati. Sitwazzjoni straordinarji li jkollhom bżonn intervent immedjat huma rari, imma jistgħu jkunu rappuratati lill-amministraturi.