Dun Mikiel Xerri: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Annulata r-reviżjoni 103653 ta' 88.203.2.118 (Diskussjoni)
No edit summary
Linja 1: Linja 1:
'''Dun Mikiel Xerri''' ([[Ħaż-Żebbuġ]], 29 Settembru 1737 - 17 Jannar 1799) kien patrijott [[Malta|Malti]]. Xerri studja f'diversi universitajiet fl-Ewropa. Għex taħt il- [[Kavalieri ta' Malta]] fl-aħħar tal-ħakma tagħhom f'Malta u taħt il-Franċiżi meta nvadew il-Gżejjer Maltin. Kien imdaħħal f'rewwixta kontra l-ħakma [[Franza|Franċiża]] taħt [[Napuljun Bonaparte]] li għaliha, ma nies oħrajn, ġie iffuċillat fis-17 ta' Jannar 1799 fl-età ta' 61 sena.
{{wikifikazzjoni}}
F'Ġunju ta' l-1798, il-Franċiżi taħt Napuljun rebħu lil Malta. Fix-xhur ta' wara, il-Franċiżi żarmaw in-nobbiltà Maltija u żammet iebes mal-Knisja, fejn bdew ukoll jeħdolha ħafna teżori tagħha.Wara li Malta kienet ilha biss tlett xhur taht il-Franċiżi, il-Maltin ma kienux iktar lesti li jittoleraw iktar it-tiranija Franċiża u bdew jiġġieldu kontra din l-okkupazzjoni. L-armata Franċiża kellha tirtira ġewwa l-fortifikazzjonijiet, waqt li l-Maltin talbu l-għajnuna ta' Sqallija u ta' l-Ingilterra.


==Sfond storiku u l-eżekuzzjoni==
Wieħed mill-figuri ewlenin ta' dan il-qawmien kien Dun Mikiel Xerri., imwieled fl-10 ta' Frar, 1740, kien filosofu u matematiku u persważ li rivoluzzjoni kienet l-unika mod biex jakkwistaw lura id-drittijiet tagħhom.


F'Ġunju tal-1798, il-forzi Franċiżi taħt [[Napuljun Bonaparte]] invadew il-gżejjer li sa dak iż-żmien kienu taħt il-ħakma tal-[[Kavalieri ta' Malta]], li kienet qegħda ssir dejjem iżjed ħarxa, Għall-ewwel, in-nies aċċettaw il-bidla għax ittamaw li kien hemm il-possibbiltà ta' gvern aħjar. Però, wara ftit xhur, il-forzi Franċiżi neħħew id-drittijiet kollha tan-Nobbiltà Maltija u daru kontra l-Knisja. Irrabjati bis-serq sfaċċat mill-knejjes u bil-kriżi finanzjara li bħala qatt ma kienu raw qabel, fit-2 ta' Settembru, 1798 qamu kontra l-gwarniġjun Franċiż fl-[[Mdina|iMdina]]. Malajr il-gżejjer sabu ruħhom fi stat ta' rewwixta sħiħa, u l-Maltin waqqfu Assemblea Nazzjonali. Il-forzi Franċiżi irtiraw lejn il-bliet imdawrin bis-swar madwar il-Port il-Kbir, waqt li l-Maltin talbu l-għajnuna mir-[[Renju taż-Żewġ Sqallijiet]] u l-[[Gran Brittanja]].
Għall-Maltin xejn ma kien iktar prezzjuż mil-libertà. Mijiet ta' nies mietu bil-guħ u bil-mard, ankè ħafna suldati Franċiżi.


Il-Maltin pjannaw attakki kontra l-qawwiet Franċiżi fil-Belt Valletta u fil-Kottonera, imma l-Franċiżi saru jafu b'dan il-komplott. Fost id-49 persuna maqbuda jikkomplottaw kontra l-Franċiżi kien hemm Dun Mikiel Xerri.
Matul l-imblokk tal-bliet, mijiet ta' nies mietu bil-ġuħ u l-faqar. Xi wħud fil-fortizzi għalhekk iddeċidew li jirriskjaw ħajjithom biex jirriżolvu s-sitwazzjoni, u dawn kienu mmexxija minn Xerri. Il-Maltin fasslu attakk fuq il-forżi Franċiżi fil-belt [[Valletta]] u l-[[Cottonera]], imma l-forzi Franċiżi semgħu bil-komplott. Fost id-49 ruħ li nqabdu fl-investigazzjoni ta' wara, kien hemm Dun Mikiel Xerri.
Fl-għodwa tas-17 ta' Jannar, 1799, l-Isqof Labini ghamel żjara lil Dun Mikiel Xerri u sħabu u berikhom. Il-priġunieri gew meħuda mill-Forti Sant'Iermu lejn Pjazza ħelsien, fejn plottun tas-suldati kienu qed jistennewhom. Fit-triq lejn il-pjazza Dun Mikiel baqa' jagħmel kurraġġ lil sħabu, u meta waslu fil-pjazza, u talab ftit minuti biex ikellimhom. Ingħad talb u lkoll talbu maħfra lis-Sinjur Alla. Dun Mikiel umbgħad resaq lejn l-uffiċċjal, ħareġ arloġġ tal-fidda mill-but, newwilulhu u qallu: "Jekk jogħġbok spara dritt go qalbi". Umbgħad għajat għajta kbira, flimkien ma' sħabu; "Il-Mulej ikollu ħniena minnha! Viva Malta!" Instemgħu t-tiri u Dun Mikiel u sħabu waqgħu mejtin fl-art. Kienu mietu għal pajjiżhom, mietu f'isem il-libertà. Għalmhu lill-Franċiċi x'jiġifieri l-Libertà.
Fil-għodu fis-17 ta' Jannar, 1799, l-arċiskof ta' Malta, Labini żar lil Xerri u lil sħabu. Il-priġunieri ttieħdu mill-[[Forti ta' Sant'Elmu]] għall-Pjazza tal-Palazz, fejn platun suldati kien qiegħed jistennihom. Fi triqthom lejn il-pjazza, Dun Mikiel lil sħabu għamillhom il-qalb, u meta waslu talab ftit minuti biex ikellimhom. Wara t-talb għall-maħfra ta' dnubiethom, Xerri ta arloġġ tal-fidda lill-uffiċjali responsabbli u talbu biex jisparalu f'qalbu. Imbagħad dar fuq il-folla fil-pjazza u mal-oħrajn għajjat "''ALLA Jkollu ħniena minna! Viva Malta!''" Wara li ġew fuċillati fil-pjazza ttieħdu għall-kappella ta' [[Santu Rokku]]. Il-parti kbira minnhom indifnu fil-ġenb tal-knisja ta' [[San Pupulju]] fil-[[Furjana]].

==Ħoloq esterni==
*[http://www.haz-zebbug.com/dunmikielxerri.htm Haz-Zebbug entry]
*[http://www.allmalta.com/folklore/p_041.html All Malta entry]

Reviżjoni ta' 15:37, 9 Jannar 2010

Dun Mikiel Xerri (Ħaż-Żebbuġ, 29 Settembru 1737 - 17 Jannar 1799) kien patrijott Malti. Xerri studja f'diversi universitajiet fl-Ewropa. Għex taħt il- Kavalieri ta' Malta fl-aħħar tal-ħakma tagħhom f'Malta u taħt il-Franċiżi meta nvadew il-Gżejjer Maltin. Kien imdaħħal f'rewwixta kontra l-ħakma Franċiża taħt Napuljun Bonaparte li għaliha, ma nies oħrajn, ġie iffuċillat fis-17 ta' Jannar 1799 fl-età ta' 61 sena.

Sfond storiku u l-eżekuzzjoni

F'Ġunju tal-1798, il-forzi Franċiżi taħt Napuljun Bonaparte invadew il-gżejjer li sa dak iż-żmien kienu taħt il-ħakma tal-Kavalieri ta' Malta, li kienet qegħda ssir dejjem iżjed ħarxa, Għall-ewwel, in-nies aċċettaw il-bidla għax ittamaw li kien hemm il-possibbiltà ta' gvern aħjar. Però, wara ftit xhur, il-forzi Franċiżi neħħew id-drittijiet kollha tan-Nobbiltà Maltija u daru kontra l-Knisja. Irrabjati bis-serq sfaċċat mill-knejjes u bil-kriżi finanzjara li bħala qatt ma kienu raw qabel, fit-2 ta' Settembru, 1798 qamu kontra l-gwarniġjun Franċiż fl-iMdina. Malajr il-gżejjer sabu ruħhom fi stat ta' rewwixta sħiħa, u l-Maltin waqqfu Assemblea Nazzjonali. Il-forzi Franċiżi irtiraw lejn il-bliet imdawrin bis-swar madwar il-Port il-Kbir, waqt li l-Maltin talbu l-għajnuna mir-Renju taż-Żewġ Sqallijiet u l-Gran Brittanja.

Matul l-imblokk tal-bliet, mijiet ta' nies mietu bil-ġuħ u l-faqar. Xi wħud fil-fortizzi għalhekk iddeċidew li jirriskjaw ħajjithom biex jirriżolvu s-sitwazzjoni, u dawn kienu mmexxija minn Xerri. Il-Maltin fasslu attakk fuq il-forżi Franċiżi fil-belt Valletta u l-Cottonera, imma l-forzi Franċiżi semgħu bil-komplott. Fost id-49 ruħ li nqabdu fl-investigazzjoni ta' wara, kien hemm Dun Mikiel Xerri.

Fil-għodu fis-17 ta' Jannar, 1799, l-arċiskof ta' Malta, Labini żar lil Xerri u lil sħabu. Il-priġunieri ttieħdu mill-Forti ta' Sant'Elmu għall-Pjazza tal-Palazz, fejn platun suldati kien qiegħed jistennihom. Fi triqthom lejn il-pjazza, Dun Mikiel lil sħabu għamillhom il-qalb, u meta waslu talab ftit minuti biex ikellimhom. Wara t-talb għall-maħfra ta' dnubiethom, Xerri ta arloġġ tal-fidda lill-uffiċjali responsabbli u talbu biex jisparalu f'qalbu. Imbagħad dar fuq il-folla fil-pjazza u mal-oħrajn għajjat "ALLA Jkollu ħniena minna! Viva Malta!" Wara li ġew fuċillati fil-pjazza ttieħdu għall-kappella ta' Santu Rokku. Il-parti kbira minnhom indifnu fil-ġenb tal-knisja ta' San Pupulju fil-Furjana.

Ħoloq esterni