Aristotli: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m roboto aldono de: tt:Аристотель
Linja 87: Linja 87:
[[kab:Aristot]]
[[kab:Aristot]]
[[kk:Аристотель]]
[[kk:Аристотель]]
[[kn:ಅರಿಸ್ಟಾಟಲ್‌]]
[[ko:아리스토텔레스]]
[[ko:아리스토텔레스]]
[[ku:Arîstoteles]]
[[ku:Arîstoteles]]

Reviżjoni ta' 00:45, 12 Diċembru 2009

Aristotle, irħam kopja ta' bronż minn Lysippos. Mużew ta' Louvre.

Aristotle (Grieg Αριστοτέλης Aristotelēs) (twieled 384 qK f'Stagira, fil-Maċedonja, Greċja; miet 7 ta' Marzu, 322 qK f'Chalicis, Euboea, Greċja) kien filosfu Grieg.

Ħafna nies huma ta' l-opinjoni li flimkien ma' Platun, Aristotle huwa wieħed mill-iktar filosfi importanti fejn jidħol il-ħsieb tad-dinja tal-Punent. Jingħad li Aristotle kiteb madwar 150 ktieb.

Introduzzjoni

Missier Aristotle, Nicomachus, kien it-tabib tar-re Amyntas tal-Maċedonja. Minn tmintax sa seba' u tletin sena, Aristotle għex Ateni, fejn kien ukoll wieħed mill-istudenti ta' Plato.

Il-filosfi l-kbar tal-Greċja antika kienu Aristotle, Platun, u Sokrate. Plato kien l-għalliem ta' Aristotle, u minn naħa tiegħu, Socrate għallem lil Plato. Dawn it-tliet ħassieba rnexxielhom isawwru l-filosofija tal-Punent kif nafuha llum, mill-filosofija Griega. Aristotle għallem lil Alessandru l-Kbir, li aktar 'il quddiem rebaħ il-Lvant Nofsani kollu.

L-ideat ta' Platun kienu primarjament li t-tagħrif li nieħdu mis-sensi huwa konfuż u mhux pur. L-għerf ġenwin jista' jittieħed biss mir-ruħ, wara li din titgħallem taħseb u jirnexxielha tiċħad id-dinja. Ir-ruħ biss jista' jkollha tagħrif dwar il-"Forom", jew aħjar, kif inhuma verament l-affarjiet. Id-dinja m'hija xejn aktar ħlief kopja ta' dawn il-"Forom" u għalhekk mhix perfetta.

Fuq dan l-aspett, Aristotle kien jaħsibha differenti. Huwa kien tal-fehma li l-għerf li nġibu mis-sensi huwa iktar importanti. Dawn il-ħsibijiet eventwalment saru l-bażi tal-metodu xjentifiku wara mijiet ta' snin. Parti kbira mill-kitbiet ta' Aristotle li għandna f'idejna illum il-ġurnata huma noti tad-diskorsi tiegħu. Xi xogħlijiet importanti tiegħu jinkludu Fiżika, Metafiżika, Etika, Politika, De Anima (Dwar ir-Ruħ), u Poetika.

Storja u influwenza tax-xogħol ta' Aristotle

Ftit li xejn nafu dwar x'sar mix-xogħolijiet ta' Aristotle wara li miet sa l-ewwel seklu qK. Hemm xi leġġendi li jgħidu li l-kollezzjoni sħiħa tal-kitbiet tiegħu tħalliet f'idejn Theophrastus, li kien is-suċċessur tiegħu. Jingħad li dan ta' l-aħħar ħeba x-xogħlijiet ta' Aristotle biex ma jħallix li dawn jinsterqu, jinsterqu jew inkella jiġu distrutti. Dawn kienu reġgħu nstabu fis-sena 70 qK.

Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA