Sataniżmu: Differenza bejn il-verżjonijiet
m roboto aldono de: si:Satanism |
m robot Adding: es:Satanismo |
||
Linja 71: | Linja 71: | ||
[[de:Satanismus]] |
[[de:Satanismus]] |
||
[[en:Satanism]] |
[[en:Satanism]] |
||
[[es:Satanismo]] |
|||
[[et:Satanism]] |
[[et:Satanism]] |
||
[[fa:شیطانپرستی]] |
[[fa:شیطانپرستی]] |
Reviżjoni ta' 11:30, 1 Diċembru 2009
Is-Sataniżmu jista’ jirreferi għal numru ta’ twemminijiet, jiddependi fuq min juża it-terminu u f’liema kuntest. Użu komuni tal-kelma ġeneralment jirreferi għall-adorazzjoni ta’ Satana kif inhu mifhum fil-kuntest Nisrani, jew il-prattika tal-maġija ritwalistika. [1]
Ġeneralment, il-kelma Sataniżmu hija użata minn studjużi biex jiddeskrivu għadd ta twemminijiet u prattiċi spiritwali; l-aktar tnejn sinjifikanti huma Sataniżmu LaVeyan (jew Sataniżmu Reliġjuż) u Sataniżmu Teistiku. [2] Kull Satanist jemmen li il-forma ta’ Sataniżmu li minha hu jagħmel parti hi il-veru tip ta’ Sataniżmu, u jsejjaħ lilu nnifsu Satanist, mingħajr l-użu tal-suffiss kif preżentat fuq dan l-artiklu.
Sataniżmu LaVeyan
Fis-Sataniżmu LaVeyan, is-Satanist ma jadurax lil Satana fis-sens teistiku, imma jieħu rwol ta’ l-avversarju tat-twemminijiet spritwali. It-terminu Satanist LaVeyan, jew Satanist simboliku jew reliġjuż, huwa wżat minn Satanisti oħra biex jirreferu għal min isegwi il-kitbiet tal-fundatur tal-Knisja ta’ Satana, Anton Szandor LaVey, u is-suċċessuri tiegħu, bħal Peter H. Gilmore. [3][4]
It-twemmin, jew aħjar il-prattiċi, konnessi ma’ din is-sistema m’humiex relatati ma’ l-ebda reliġjon jew fidi oħra, u jinkludu elementi minn filosofija edonista, oġġettivista, Nietzscheana, u ateiżmu. Il-membri jħossu li huma liberi li jissodisfaw il-bżonnijiet materjali responsabbilment, jesprimu mħabba u rispett lill-ħbieb u qraba, u jattakkaw l-għedewwa.[5]
Is-Sataniżmu LaVeyan huwa bbazat madwar it-tagħlim u kitbiet ta’ Anton Szandor LaVey, il-fundatur tal-Knisja ta’ Satana. Wara il-mewt ta’ LaVey, it-tifla tiegħu Karla LaVey akkużat 'il-Knisja ta’ Satana li saret wisq kummerċjali u li mxiet wisq il-bogħod mit-tagħlim originali ta’ missierha. B’hekk, iffundat organizzazjoni oħra, bl-isem ta’ L-Ewwel Knisja Satanika, li allegatament hija aktar vicin għat-tagħlim oriġinali ta’ Anton LaVey.[6]
Matul iz-żmien, kien hemm għadd ta’ organizzazjonijiet oħra iffundati li jistgħu jitqiesu bħala riformisti tal-Knistja ta’ Satana, b’livelli varji ta’ suċċess. Dawn jistgħu jeskludu sezzjonijiet tat-tagħlim ta’ LaVey, jew jinkludu tagħlim u filosofiji ta’ persuni oħra (bħal Aleister Crowley) f’dik ta’ LaVey. Il-Knisja ta’ Satana tirriġetta dawn il-gruppi. [7]
Sataniżmu Teistiku
Is-Sataniżmu Teistiku, msejjaħ anke sataniżmu spiritwali, jinkludi għadd ta’ gruppi. Xi gruppi jikkunsidraw lilhom infushom bħala Satanisti ta’ veru, filwaqt li gruppi oħra iqisu ir-realta’ bħala suġġettiva u jqisu kwistjonijiet bħal “veru u falz” bħala il-ġenn ta’ fanatici. L-element li jaghqqad il-gruppi kollha taht din it-tikketta hu il-fatt li huma jemmnu f’xi forma ta’ entita’ esterna hekk imnsejha Satana, Luċifru, jew ismijiet ta' xjaten oħra relatati.
Sataniżmu Anti-Kristjan
Waħda mill-verżjonijiet tas-Sataniżmu Teistiku hi dik hekk imsejħa Sataniżmu Anti-Kristjan; dan it-terminu huwa ġeneralment użat minn gruppi ta’ Satanisti Teistici oħra biex jiddistingwu lilhom infushom minn dawn, u aċċettat f’livelli differenti minn gruppi li huma mogħtija din it-tikketta. Gruppi msejħa Satanisti Anti-Kristjani jingħad li jipprattikaw dak li il-Kristjani jgħidu li is-Satanisti jagħmlu, u jqimu dak li il-Kristjani jikkunsidraw bħala l-għadu ta’ Kristu u Alla. Huma jibbazaw il-kunċett ta’ Satana fuq id-deskrizzjoni tiegħu fil-bibbja u kredu Kristjan. Gruppi oħra ta’ Satanisti Teistici ma jaċċettawx il-veżjoni Kristjana ta’ Satana u ix-xjaten, u jibbażaw il-kunċett tiegħu fuq esperjenzi spiritwali u talb.[8]
Luċiferjaniżmu
Luċiferjaniżmu huwa żvilupp riċenti ta’ Sataniżmu li jinkludi elementi minn dak LaVeyan fi twemmin teistiku. L-opinjoni tagħhom ta’ Satana tista’ tinkorpora xi kunċetti minn reliġjonijiet kontemporanji tal-punent, bħal per eżempju l-adorazzjoni tiegħu bħala missier. Jistgħu wkoll jagħtu interpretazzjoniet differenti tal-Bibbja biex jiġġustifikaw il-viżjoni tagħhom.
Sataniżmu f'Malta
Għalkemm m’hemm l-ebda grupp jew setta li ħarget stqarrija pubblika fuq l-eżistenza tagħha, huwa mifhum li is-Sataniżmu huwa prattikat fil-gżejjer Maltin. Bl-għan li tinħoloq kuxjenza, u tigi provduta assistenza għall-Kattoliċi Maltin li jiffaċċjaw problemi relatati mas-Sataniżmu, il-Knisja ħolqot il-Kummisjoni Djoċesana dwar l-Okkult u s-Sataniżmu. [9] Is-suġġett tas-Sataniżmu gie diskuss estensivament fi programmi televisivi bħal Bondi+ u Xarabank, u jingħata importanza fuq forom ta’ media oħra.[10]
Ara wkoll
- Aleister Crowley
- Anton LaVey
- Arthur Desmond
- Bibbja Satanika
- Festi Sataniċi
- Knisja ta' Satana
- Kummisjoni Djoċesana dwar l-Okkult u s-Sataniżmu
- Luċiferjaniżmu
- Ordni tad-Disgħa Anġli
- Peter H. Gilmore
- Thelema
Referenzi
Bibljografija
- Jules Michelet. ISBN 978-0806500591. It-test "Michelet, Jules" mhux se jintuża (għajnuna); Parametru mhux magħruf
|author=
injorat (forsi ridt tuża|awtur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|year=
injorat (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) Considered the first modern work to discuss Satanism. - Richard Cavendish (occult writer). ISBN 978-0399500350. It-test "Cavendish, Richard" mhux se jintuża (għajnuna); Parametru mhux magħruf
|author=
injorat (forsi ridt tuża|awtur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|year=
injorat (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) Summary of the history of Witchcraft, Satanism, and Devil Worship in the last part of the book. - Zacharias, Gerhard. Parametru mhux magħruf
|author=
injorat (forsi ridt tuża|awtur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|year=
injorat (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) Translated from the 1964 German edition by Christine Trollope - Medway, Gareth. ISBN 978-0814756454. Parametru mhux magħruf
|author=
injorat (forsi ridt tuża|awtur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|year=
injorat (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna)