FIFA: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m roboto aldono de: mk:ФИФА
m roboto aldono de: so:FIFA
Linja 145: Linja 145:
[[sk:Medzinárodná futbalová federácia]]
[[sk:Medzinárodná futbalová federácia]]
[[sl:FIFA]]
[[sl:FIFA]]
[[so:FIFA]]
[[sq:FIFA]]
[[sq:FIFA]]
[[sr:ФИФА]]
[[sr:ФИФА]]

Reviżjoni ta' 06:16, 28 Novembru 2009

Fédération Internationale de
Football Association
Stampa:Fifa Logo.jpg
Mottu For the Game. For the World.
Tip Organizzazzjoni sportiva
Kwartieri ġenerali Żvizzera Żurigu, Svizzera
Sħubija 208 assoċjazzjoni nazzjonali
Lingwi uffiċjali Ingliż, Ġermaniż, Franċiż, Spanjol, Taljan
President Sepp Blatter
Sit elettroniku www.fifa.com

Il-Fédération Internationale de Football Association (bil-Franċiż għal Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċazzjoni tal-Futbol), magħrufa aħjar bħala l-FIFA (pronunzjata /fifə/ jew /fifæ/), hi federazzjoni internazzjonali li tieħu ħsieb il-futbol. Il-kwartieri ġenerali jinsabu f'Żurigu, l-iSvizzera u l-president kurrenti hu Joseph Blatter. Il-FIFA hi responsabbli għall-organizazzjoni u t-tmexxija tal-kompetizzjonijiet importanti tal-futbol, fost l-aktar magħrufa hi t-Tazza tad-Dinja, li ilha ssir mill-1930.

Il-FIFA għandha 208 assoċazzjoni membru, li hi sittax iktar min-Nazzjonijiet Uniti.

Storja

Il-bżonn ta' organizzazzjoni unika li tħares il-logħba dinjija dehret l-aktar fil-bidu tas-seklu 20 bil-kobor tal-popolarità ta' partiti internazzjonali. FIFA ġiet fundata f'Pariġi fil-21 ta' Mejju 1904 — l-isem u l-akronimu Franċiż għadhom jeżistu sal-lum il-ġurnata, anke barra minn pajjiżi li ma jitkellmux il-Franċiż. L-ewwel president kien Robert Guérin.

Il-FIFA ippresidiet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tagħha fl-1906, imma din ma tantx intlaqet b'approvazzjoni jew suċċess. Din, flimkien ma' fatturi ekonomiċi, wasslet għas-sostituzzjoni ta' Guérin ma' Daniel Burley Woolfall mill-Ingilterra, li kienet diġà assoċjazzjoni membru. It-turnew segwenti li ġie ospitat kien dak tal-futbol fl-Olimpjadi tas-sajf 1908 f'Londra, fejn kien aktar ta' suċċess, minkejja l-preżenza ta' plejers professjonisti, kuntrarju għall-prinċipji tal-FIFA.

Is-sħubija tal-FIFA kibret 'il barra mill-Ewropa bl-applikazzjoni tal-Afrika t'Isfel fl-1909, l-Arġentina u ċ-Ċili fl-1912, u l-Kanada u l-iStati Uniti fl-1913.

Madanakollu, il-FIFA batiet matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, b'diversi plejers jintbagħtu għall-gwerra u l-possibilità ta' vjaġġar għal partiti internazzjonali kien limitat. Wara l-gwerra, wara l-mewt ta' Woolfall, l-organizzazzjoni ġiet immexxija mill-Olandiż Carl Hirschmann. Grazzi għalih ġiet salvata mix-xoljiment, però għall-prezz tal-irtirar tal-Home Nations (tar-Renju Unit), li stqarrew li ma kienux imħajjrin li jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet internazzjonali mal-għedewwa riċenti tal-Gwerra Dinjija. Il-Home Nations reġgħu għamlu sħubija.

Regoli tal-logħba

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Regoli tal-logħba tal-futbol.

Ir-regoli tal-logħba li jmexxu l-logħba tal-futbol, mhumiex biss fir-responsabilità tal-FIFA; huma huma responsabilità ta' organizazzjoni li ġġib l-isem ta' IFAB (International Football Association Board). Il-FIFA għandha 50% rappreżentazzjoni f'dan il-bord (erba' rappreżentanti); l-erba' l-oħra huma provduti mill-assoċjazzjonijiet tal-futbol fl-Ingilterra, l-iSkozja, il-Galles u l-Irlanda ta' Fuq (preżentament ir-Renju Unit), bħala rikonoxximent tal-kontribuzzjoni unika tal-kreazzjoni u l-istorja tal-logħba. Xi bidliet isiru meta sitt delegati minn total ta' tmienja jaqblu fuq il-bidla.

Struttura

Il-mappa tad-dinja bis-sitt konfederazzjonijiet

Il-FIFA hija assoċjazzjoni li stabilixxiet ruħha taħt il-Liġijiet tal-iSvizzera. Il-kwartieri ġenerali jinsabu f'Żurigu.

Il-Kungress tal-FIFA hu magħmul minn rappreżentant minn kull federazzjoni affiljata. Il-Kungress jassembla sessjonijiet ordinarji darba fis-sena waqt li s-sessjonijiet straordinarji jsiru meta jkun hemm il-bżonn; qabel dawn it-tipi ta' sessjonijiet kienu jsiru darba fis-sena sa mill-1998. Il-Kungress biss jista' jagħti l-bidliet tiegħu lill-FIFA.

Dan il-kungress jeleġġi l-President tal-FIFA, is-segretarju ġenerali u l-membri l-oħra tal-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA. Il-President u s-segretarju ġenerali huma nkarigati mill-amministrazzjoni ta' kuljum. L-istruttura tal-FIFA tinkludi aktar kumitati u sottokumitati.

Minbarra dawn l-istituzzjonijiet, il-FIFA ħolqot konfederazzjonijiet li jieħdu ħsieb il-logħba tal-futbol f'kontinenti u reġjunijiet differenti. Il-federazzjonijiet nazzjonali, u mhux il-konfederazzjonijiet kontinentali, huma membri tal-FIFA. Il-federazzjonijiet nazzjonali jridu jitolbu biex jiġu affiljati kemm mal-FIFA kif ukoll mal-konfederazzjoni fejn il-pajjiż tagħhom hu residenti (ġeografikament) biex b'hekk ikunu jistgħu jikkwalifikaw għad-dħul tal-kompetizzjonijiet tal-FIFA. Din hija l-lista tal-konfederazzjonijiet:

     AFC (Asian Football Confederation), fl-Asja u fl-Awstralja
     CAF (Confédération Africaine de Football), fl-Afrika
     CONCACAF (Confederation of North, Central American and Caribbean Association Football), fl-Amerika ta' Fuq u fl-Amerika Ċentrali
     CONMEBOL (Confederación Sudamericana de Fútbol), fl-Amerika t'Isfel
     OFC (Oceania Football Confederation), fl-Oċeanja
     UEFA (Union Européene de Football Association), fl-Ewropa

Xi nazzjonijiet kellhom l-għażla li jagħżlu f'liema konfederazzjoni jikkompetu minħabba l-pożizzjoni tagħhom. Bħala riżultat, numru ta' pajjiżi transkontinentali li jinkludu r-Russja, l-Armenja, it-Turkija, l-Ażerbajġan u l-Ġeorġja għażlu li jkunu parti mill-UEFA, minkejja li parti sostanzjali minn pajjiżhom tinsab fl-Asja. L-Iżrael, alavolja jinsab fl-Asja, ingħaqad mal-UEFA fl-1994, wara snin li t-timijiet tal-futbol kienu jiġu bbojkotjati minn diversi federazzjonijiet tal-Lvant Nofsani. Il-Każakistan mexa mill-AFC għall-UEFA fl-2002. L-Awstralja kienet l-aħħar nazzjon li mxiet minn konferderazzjoni għal oħra; miż-Żona Oċeanika għal dik Ażjatika f'Jannar 2006.

Il-Gujana u s-Surinam minn dejjem kienu parti mill-konfederazzjoni tal-CONCACAF, minkejja li huma pajjiżi fl-Sud-Amerikani.

L-ebda tim miż-Żona Oċeanika m'għandu post garantit fit-Tazza tad-Dinja. F'fażijiet riċenti tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, ir-rebbieħ minn din is-sezzjoni kellu jilgħab logħob kontra tim mill-CONMEBOL, ostaklu li l-Awstralja ftit li xejn irnexxielha taqbżu. Għal sforz biex ittejjeb it-timijiet domestiċi u nazzjonali, l-Awstralja imxiet għall-Federazzjoni Ażjatika fl-2006. Dan jippermetti lill-Awstralja li tilgħab f'kampjonati Ażjatiċi ta' standard ikbar bħat-Tazza Ażjatika u l-AFC Champions League.

L-Awstralja rnexxielha tirbaħ il-partita deċisiva għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 kontra l-Urugwaj wara l-għoti tal-penalties, meta ftit xhur qabel kienet kisbet id-dritt li titrasferixxi għal konfederazzjoni oħra. Għall-bidu, ir-rebbieħ tal-kwalifikazzjoni tal-OFC kien se jkollu post waqt l-grupp finali taż-Żona Ażjatika, fi kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, imma din l-idea ma seħħitx minħabba li kien propost li minflok issir logħba bejn ir-rebbieħ tal-OFC u tim mill-AFC, għal post fit-Tazza tad-Dinja.

Bħala total, il-FIFA tirrikonoxxi 208 federazzjoni nazzjonali u t-timijiet nazzjonali tal-irġiel assoċjati, kif ukoll 129 tim tim nazzjonali tan-nisa. Il-FIFA għandha aktar stati membri min-Nazzjonijiet Uniti, hekk kif il-FIFA tirrikonoxxi diversi nazzjonijiet li m'għandhomx indipendenza bħala nazzjonijiet distinti, fosthom l-erba' pajjiżi li jiffurmaw il-Home Nations. Il-klassifika mondjali tal-FIFA toħroġ kull xahar u telenka t-timijiet nazzjonali skont il-prestazzjoni tagħhom fil-kompetizzjonijiet internazzjonali, fażijiet ta' kwalifikazzjoni u logħob ta' ħbiberija. Hemm ukoll il-klassifika mondjali femminili tal-FIFA li tiġi aġġornata erba' darbiet fis-sena.

Presidenti tal-FIFA

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' presidenti tal-FIFA.

Rikonoxximenti u unuri tal-FIFA

Il-FIFA, kull sena, tagħti l-unur tal-Plejer tas-Sena lill-aktar plejer prestiġjuż tas-sena, bħala parti minn ċeremonja annwali fejn fiha jingħataw ukoll l-unuri għat-timijiet u anki għal xi ħidma speċjali fix-xena tal-futbol internazzjonali.

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f'għeluq il-mitt sena fl-2004, il-FIFA organizzat "Il-Parita taċ-Ċentinarju" bejn Franza u l-Brażil, l-aktar timijiet b'suċċess f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin. F'din l-okkażjoni, Pelé, għamel lista ta' fost l-aqwa plejers ta' kull żmien. Din il-lista, il-FIFA 100, tinkludi 50 plejers li kienu għadhom attivi meta ġiet ippubblikata l-lista (waħda minnhom kienet mara), u 75 plejer irtirat (fejn inkluda lilu nnifsu u mara, imma ma inkludiex plejers li m'għadhomx ħajjin). Il-lista oriġinarjament kienet ippjanata għal 100 plejer però Pelé ħassha tqila biex jagħżel mija biss u allura semma 125 plejer.

Ħoloq esterni