Ġesù: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
m robot Removing: om:Yesus Kristos
Linja 23: Linja 23:
{{Link FA|es}}
{{Link FA|es}}
{{Link FA|hr}}
{{Link FA|hr}}

[[mwl:Jasus]]


[[af:Jesus van Nasaret]]
[[af:Jesus van Nasaret]]
Linja 124: Linja 122:
[[mn:Есүс Христ]]
[[mn:Есүс Христ]]
[[ms:Yesus Kristus]]
[[ms:Yesus Kristus]]
[[mwl:Jasus]]
[[na:Jesu Kristo]]
[[na:Jesu Kristo]]
[[nah:Yeshua Christós]]
[[nah:Yeshua Christós]]
Linja 134: Linja 133:
[[ny:Yesu Kristu]]
[[ny:Yesu Kristu]]
[[oc:Jèsus]]
[[oc:Jèsus]]
[[om:Yesus Kristos]]
[[os:Йесо Чырысти]]
[[os:Йесо Чырысти]]
[[pa:ਈਸਾ ਮਸੀਹ]]
[[pa:ਈਸਾ ਮਸੀਹ]]

Reviżjoni ta' 12:24, 8 Settembru 2009

Mużajk li juri lil Ġesù

Ġesù, jew Ġesù ta' Nazzaret, magħruf ukoll bħala Ġesù Kristu, huwa l-figura ċentrali tal-Kristjaneżmu, kemm bħala l-Messija kif ukoll l-inkarnazzjoni ta' Alla. Huwa kien predikatur Lhudi, attiv fl-aħħar tliet snin ta' ħajtu[1] fil-provinċja Rumana tal-Lhudija .

Skont it-tradizzjoni Nisranija, il-sorsi testwali ewlenin li għandhom x'jaqsmu ma' Ġesù huma l-erba' evanġelji kanoniċi (Mattew, Mark, Luqa u Ġwanni). Għal dak li jikkonċerna ir-riċerka storika ta' ħajtu s-sorsi ewlenin jinsabu fit-Testment il-Ġdid, partikolarment fl-ittri ta' San Pawl u fl-Evanġelji sinottiċi[2]. Il-Vangelu ta' San Ġwann huwa ta' għajnuna żgħira, bħalma huma wkoll il-varji Evanġelji apokrafi. Is-sorsi mhux insara - l-istoriku Lhudi, Ġużeppi, it-Talmud tal-Babilonja, l-istoriċi Rumani Taċitu u Svetonju, u oħrajn - jikkonfermaw l-eżistenza u t-tislib ta' Ġesù taħt il-ħaqq ta' Ponzju Pilatu. L-istudjużi ma jaqblux dwar l-affidabilità tas-sorsi eżiżtenti, u lanqas dwar dak li jista' jkun magħruf fuq il-figura storika ta' Kristu. L-ebda diskussjoni ma wasslet għal kunsens. Għadd ta' studjużii jipruvaw jibnu [il-figura storika] ta' Ġesù f' unitajiet individwali u kriterji varji ta' awtentiċità. Dawn il-kriterji mhumiex partikolarment affidabli. Jidher aktar żgur li jiġu ibażati il-konklużjonijiet prinċipali fuq l-skemi u fuq it-temi l-aktar rikorrenti fis-sorsi varji.

L-Evanġelji jirrakkontaw it-twelid ta' Ġesù minn Marija verġni, il-predikazzjoni li tisħaq fuq l-aħbar tas-Saltna tas-smewwiet u dwar l-imħabba tal-proxxmu, u irrealizzata minn diskorsi u parabboli imsieħba ma mirakli; fl-aħħar tal-Evanġelji insibu mbagħad il-ġrajja tal-passjoni, Kruċifissjoni, qawmien mill-imwiet u axxensjoni fis-sema. L-evanġelji u kibiet oħrajn tat-testment il-Ġdid jidentifikaw lil Ġesù bħala il-Messija u bin Alla. L-ittri Pawlini jeżaltaw il-valur tal-ħelsin ta' mewtu u l-qawmien tiegħu mill-mewt. It-tradizzjoni nisranija ta' wara iddakjaratu t-tieni persuna tat-Trinità Mqaddsa, flimkien mal-Missier u ma' Ruħ il-qodos, u tassew Alla u tassew bniedem.

Mill-Vangeli jidher li l-predikazzjoni u l-ħidma ta' Ġesù għamlu suċċwss minimu fis-soċjeta Lhudija ta' dak iż-żmien, u l-akter li kien mismugħ min-nies ta' status baxx. Il perjodu qsajjar tal-predikazzjoni ntemm bil-mewt fuq is-salib, mitluba, skont l-Evanġelji, mill-awtoritajiet Lhudin tas-Sinedriju iżda mogħtija mill-awtorità ta' Ruma (li kienet iżomm għall=ilsiera tali xorti), fuq deċiżjoni aħħarija tal-prefett Ruman Ponzju Pilatu. Wara mewtu, id-dixxipli tiegħu issostenew li Ġesù rxoxta mill-imwiet e xerdu il-messaġġ ta-tagħlim tiegħu, b'hekk il-figura ta' Kristu sabet inflwenza maġġuri fil-Kultura oċċidentali

Skont il-ħsieb Lhudi, Ġesù kien predikatur, iżda mhux il-Midluk t'Alla; ma kienx Iben Alla, ma għamilx mirakli, wara l-kruċifissjoni, la qam mill-imwiet u lanqas tela' s-sema. Skont il-Misilmin, Ġesù kien profeta maġġuri li ġie qabel Mawmettu; twieled verġinament, wettaq mirakli (għax Alla hekk ried), ma mietx iżda tela' s-Sema, imma mhux meqjus bħala Alla li, skont is-sura CXII, "la qatt nissel u qatt ma ġie mnissel ". Anke ħafa degli altri mill-movimenti reliġjużi oħra ta' żminijietna elaboraw interpretazjoni proprja fuq Ġesù<ref>

Referenzi

  1. ^ Wisq probabli bejn is-sena 28 u 30 w.K. (ara in mertu Data tal-mewt ta' Ġesù).
  2. ^ Il-fonti l-aktar importanti biex [nibnu il-figura storika ta'] Ġesù huma preżenti fit-Testment il-Ġdid - [l-ittri ta'] Pawlu, [l-Evanġelji] sinottiċi u l-fonti tagħhom, inkluż is-sors Q, ġabra ipotetika ta' diskorsi użata minn Mattew u Luqa.

Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA