Plutone (mitoloġija): Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
No edit summary
m L-artiklu Plutone(mitoloġija) tmexxa għall-paġna Plutone (mitoloġija)
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 19:56, 15 Settembru 2005

Żewġ Proserpina, Plutone fil-mitoloġija Rumana hu l-alla tal-mejtin u jikkorrispondi għall-alla Grieg Ade. Flimkien ma' Ġove u Nettunu, Plutone għen biex missierhom, Saturnu, jitneħħa mill-poter. Huma u jaqsmu d-dinja bejniethom, Ġove għażel is-smewwiet bħala r-renju tiegħu, l-għażla ta' Nettunu waqgħet fuq is-saltna tal-baħar, waqt li Plutone laħaq ir-renjant tad-dinja ta' taħt.

Oriġinarjament kien meqjus bħala alla aħrax u bla ħniena, li ma jagħtix widen lit-talb u ma jikkalkolax is-sagrifiċċji. Il-karatteristiċi twajba u inqas feroċi tiegħu tperrċu fil-kulti u fit-twemmin popolari fejn deher bħala għajn ta' prosperità u providenza għaliex kien irodd ħwejjeġ merfugħin taħt l-art bħall-minerali u l-prodotti tar-raba'.