Isabel Allende: Differenza bejn il-verżjonijiet
m robot Adding: ca:Isabel Allende |
m robot Adding: la:Isabella Allende |
||
Linja 33: | Linja 33: | ||
[[it:Isabel Allende]] |
[[it:Isabel Allende]] |
||
[[ja:イサベル・アジェンデ]] |
[[ja:イサベル・アジェンデ]] |
||
[[la:Isabella Allende]] |
|||
[[lv:Izabella Aljende]] |
[[lv:Izabella Aljende]] |
||
[[nds:Isabel Allende]] |
[[nds:Isabel Allende]] |
Reviżjoni ta' 22:34, 21 Novembru 2008
Dan l-artiklu huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Isabel Allende Llona, (mwielda nhar it-2 t'Awwissu 1942, ġewwa Lima, fil-Perù) hija kittieba miċ-Ċilì. Hija tikteb fit-tradizzjoni tar-'realiżmu maġiku' u kemm-il darba ġiet kkunsidrata bħala waħda mill-ewwel nisa kittieba mill-Amerka t'Isfel li kellhom suċċess. Il-fama tagħha ġabitha l-aktar bis-sehem li tat fil-qasam tal-letteratura ta' l-Amerka t'Isfel. Bin-novelli tagħha ''The House of the Spirits''(1982) u ''City of the Beasts''(2002) kisbet fama mondjali. Kitbet rakkonti msejsa xi minn daqqiet fuq l-esperjenzi personali tagħha, ħafna drabi wkoll fuq l-esperjenzi tan-nisà, u rnexxielha tinseġ il-ħrafa mar-realtà. Għallmet il-letteratura f'bosta universitajiet amerikani. Attwalment toqgħod ġewwa l-belt ta' California flimkien mar-raġel tagħha, Willie Gordon. Kien irnexxielha tikseb iċ-ċittadinanza Amerikana fl-2003.
Bijografija
Għalkemm imwielda l-Perù, Isabel Allende ġiet imrobbija ġewwa ċ-Ċilì. Wara l-qtil ta' zijuha, il-President Salvador Allende, kellha taħrab minn hemm. Ħadmet ġewwa l-Venezwela mill-1975 sa' l-1984 u mbagħad marret toqgħod l-Istati Uniti. Ħadmet bħala preżentatriċi televiżiva u ġurnalista. Kitbet drammi u stejjer għat-tfal. L-ewwel ktieb għall-adulti li kitbet kien The House of the Spirits'(Id-Dar ta' l-Ispirti), ġie maqlub għal 27 lingwa.
Xogħlijiet
Kitbet tmien novelli, fosthom Zorro, Portrait in Sepia, Daughter of Fortune, u Aphrodite. Fil-ktieb My invented country tagħti rendikont tal-parti ta' ħajjitha li qattgħet fiċ-Ċilì.