Diskussjoni utent:Kennethgrima: Differenza bejn il-verżjonijiet

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 228: Linja 228:


[[user:Kennethgrima|Kenneth Grima]]
[[user:Kennethgrima|Kenneth Grima]]

== Traduzzjoni għall-Malti ==

Billi int intiż fis-suġġett bijoloġiku, tista' tgħidli kif jissejjaħ bil-Malti l-għasfur "[[w:Hoopoe|Hoopoe]]" għax utent minn fuq il-Wikipedija Ingliża għamel rikjesta għat-titlu bil-Malti ta' dan l-għasfur. Grazzi. [[User:Chrisportelli|Chrisportelli]] ([[User talk:Chrisportelli|d]]) 09:15, 3 Novembru 2008 (UTC)

Reviżjoni ta' 09:15, 3 Novembru 2008

Omnivoru

Omnivoru jew Onnivoru? "Leli Forte 09:16, 12 Settembru 2007 (UTC)"[wieġeb]

Omnivoru għax ġejja mil-kelma bil-latin "omne" li tfisser kollox jew kull ħaġa bħal kliem l' ieħor kollu bil-malti bħal omnipreżenti u omnipotenti. F' xi dokumenti bil-malti intużat ukoll eżempju [[1]].


Però bit-Taljan jużaw "onnivoro" imma mhux bilfors insegwu t-Taljan!
Nifraħlek għax-xogħol li qed tagħmel fuq il-Wikipedija!
"Leli Forte 11:15, 13 Settembru 2007 (UTC)"[wieġeb]

Tiswija ta' kliem

Hello Kenneth, l-ewwelnett, prosit ta' dawn l-artikli kollha li qed tikteb fuq l-ispeċi u l-klassifikazzjoni tal-annimali. Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni fuq 2 żbalji li tagħmel ta' spiss fil-kitba bil-Malti.

  • Uża " ta' " u mhux "tà" meta trid tfisser "of". Il-kelma waħedha "tà" fil-Malti ma teżistix.
  • Ħaġ'oħra, "mouse" bil-Malti huwa "ġurdien", mhux "ġurdiem" u l-plural hu "ġrieden", mhux "ġriedem". Użajthom ta' spiss dawn u hemm xi artikli imsemmija ħażin ħabba f'hekk.

Jekk jogħġbok oqgħod ftit attent għal dawn, mill-bqija ibqa' sejjer kif int.

Grazzi

Tony Sammut 07:58, 9 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]


Hemm żewġ artikli. Wieħed jismu Tupaia u l-ieħor Tupaja. Hemm differenza bejn iż-żewġ ismijiet? Għandhom jingħaqdu f'artiklu wieħed? Jew forsi hemm bżonn li jinbidel l-isem ta' xi artiklu minnhom biex jagħmel aktar sens (u jaqbel aktar mal-kontenut)?

Grazzi

Tony Sammut 08:11, 9 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]


Fl-artiklu Ġeneru, ktibt il-kelma Fenetika. Dak żball u ridt tgħid Ġenetika jew tfisser xi ħaġ'oħra?

Grazzi

Tony Sammut 06:52, 23 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Id-Differenza bejn Ġurdiem u Ġurdien

Il-kelma Ġurdiem ta' geddumu twil tfisser "Shrew" waqt li Ġurdien bħal ma nafu huwa "mouse" din it-tifsira sibta fuq diversi siti fuq l'internet.

"Tupaja" jista jkun wieħed min 20 speċi ta' annimal waqt li "Tupaia" huwa ġeneru li jiġbor fiħ 15-il annimal min dawn l'20, allura kelli nagħmel żewġt artikli differenti biex infisser dan.Għal min jistudja il bioloġija jew mammologija dawn iż-żewġt kelmiet għalkemm viċin jagħmlu differenza.

Caenolestidae

Hello Kenneth, fl-artiklu Caenolestidae hemm miktub fl-aħħar biċċa tal-ewwel paragrafu, u b' 6 speċi estanti. Dik l-estanti trid tkun xi kelma oħra? Xi trid tgħid biha?

Grazzi Tony Sammut 14:09, 12 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]

Kelma li trid tfisser li għadhom ħajjin li m'humiex fossili jew estinti.Naħseb li ahjar tinqaleb għal kelma ħajjin mal-ewwel.

Talpa Marsupjal jew Talpa Marsupjali?

hi Tony, Ġejt f'diffikulta x'irrid nuża jekk hux Talpa Marsupjal jew Talpa Marsupjali. Marsupjal singulari Marsupjali plurali, imma f'dan il każ x'ha nuża? Biex fil-każ jekk Talpa Marsupjal irrid nibdel it-titlu ta' l-artiklu għax qieghed Talpa Marsupjali.

grazzi.

Naħseb li kif qed tgħid int, trid tiġi 'marsupjal'. Tony Sammut

Iċċara ftit dan l-artiklu

Fit-tieni paragrafu tad-Deskrizjoni ta' Baqra tal-baħar issemmi li snien dawn l-annimali naqsu drastikament, is-sider qiegħed taħt l-idejn u li għandhom par wieħed biss. Ma fhimtx eżatt xi trid tgħid hemmhekk. Jekk tista' u ssib il-ħin, elabora ftit jew agħmlu jinftiehem aktar.

Grazzi Tony Sammut 06:56, 14 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]


Mhux problema, ħa niprova nirranġaħ issa stess, u grazzi ħafna tal-għajnuna.

kennethgrima

Kif tuża l-wikipedia

Hello Kenneth, ara ġejjin ftit noti żgħar fuq kif tikteb ċerta artikli fuq wikipedia, daqsxejn, tricks of the trade :)

  • L-artikli prova semmihom fis-singular jew ara liema kelma hi l-aktar komuni/użata u semmi l-artiklu għaliha. Eż:
Issemmix artiklu 'Klieb', imma 'Kelb'. Jekk waqt li qed tikteb f'artiklu, għandek il-kelma 'klieb' u trid tagħmel wiki-link, uża dal-format: [ [kelb|klieb] ]. Jekk inlaħħaq se nbiddillek xi links fl-artiklu Mammiferi taħt 'Klassifikazjoni' u nnota t-tibdil.
  • Uża l-istess ħaġa meta għandek per eżempju l-ispeċi u agħmel il-link hekk; l-[ [speċi|ispeċi] ]
  • Il-links għandhom faċilita' oħra li hi utli meta tikteb fil-plural. Jekk int tikteb; [ [iljun] ]i, l-aħħar i titqies bħala parti mil-link u allura tista' tevita li tikteb; [ [iljun|iljuni] ]. Din hi aktar bħal shortcut milli ħaġ'oħra.

Għalissa dawn li ġewni f'rasi. Mill-bqija, kompli għaddej kif int u grazzi tal-kontribut tiegħek. :) Tony Sammut 06:52, 15 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]


Għadni kif innutajt li biddilt link partikulari fl-artiklu Mammiferi. Kien hemm link għal "familja (bioloġija)" u qlibtu għal "familja" biss. Fil-wikipedia, meta l-istess kelma tirreferi għal 2 affarijiet ikun hemm paġna ta' diżambigwazzjoni, imma d-default għandu jmur għal dik it-tifsira l-aktar komuni. Fil-każ ta' familja, din għandha tkun dik li tiddeskrivi 'l omm, missier u t-tfal aktar milli dik tassonomika. (Fittex family fil-wikipedia bl-Ingliż ħa tara x'irrid infisser).

Għalissa ħalli kollox kif inhu tinkwetax, imma eventwalment, li se jkollna nagħmlu hu li naqilbu kull link minn "familja" għal "familja (bioloġija)" fl-artikli bħal tiegħek. Hemm mod pjuttost faċli biex issib dal-links kieku. Issa xi darba nagħmel kollox jien. Int jekk jogħġbok, fejn tiltaqa' magħha fl-artikli l-ġodda tiegħek ibda użaha bil-mod il-ġdid li qed ngħidlek. L-istess fil-każ ta' Renju, Fergħa, Klassi, Leġjun, Ordni, Serje, Grupp, Tribù (apparti li rridu nbiddlu l-isem tal-artiklu ħabba l-aċċent), Varjetà (iċċekkja din ukoll bl-Ingliż, peress li m'hemmx 'default meaning', jieħdok dritt għad-diżambigwazzjoni) u Forma

Tony Sammut 08:42, 24 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Dan l-artiklu mhux lest

Hi Tony,

Grazzi ta' dan is-suġġeriment għandu jiffrankali ħafna xogħol fuq ri-indirizzar u ħolqien ta' paġni. L'artiklu Mammiferi kien l-ewwel artiklu li kont għamilt ( apparti it-template:taxobox li kelli noħloq "jew ħa nigħdu nimmodifika min dik bl'ingliż" jien minħabba li fil-wikipedija bil-malti ma kienetx teżisti imma kienet parti essenzjali għalija), suppost l-artikli kollha l'oħra qedgħin fis-singular. Issa inmexxi dan l-artiklu minn Mammiferi għal Mammiferu mhux problema. Dan l-artiklu fadalu ftit biex jitlesta nipprova nikkonċentra fuqu dan il "weekend" għax inzerta wieħed twil w ikkumplikat imma importanti li jkun tajjeb għax huwa l-artiklu principali li minnhu jasslu għall-artikli kollha li għandi l-ħsieb nagħmel.

Kenneth Grima

Diffikluta fuq il-kelma Aardvark

Aardvark hija kelma olandiza addottata mill-ingliż għal isem ta' annimal afrikan "aarde" art u "vark" "ħanżir". Bil-malti tiġi ħanżir ta' l-art. Imma bħal ma' nafu aħna il-maltin bl-isem ta' ħanżir l-art diġa insejħu annimal ieħor hekk. Ħafna pajjiżi ta' l-Ewropa ta' fuq jużaw kliem viċin ta' aardvark għax għandhom ċertu xebbħ bejn il-lingwi. Bit-taljan jisejaħ "Oritteropo", bil-franciż "Orycteropè", bl-ispanjol "Oricteropo" u bil-portugiż "Oricterope" dawn l-ismijiet kollha ġejjin mill-isem xjentifiku tieghu "Orycteropus afer" eżzttament mill-ġeneru "Orycteropus" Jien x'ħa nuża? "Orikteropu" isem mill-ġeneru tiegħu imma maltizzat u nigħd li jsibuħ ukoll bħala "ħanżir ta' l-art" jew "Aardvark" għalkemm din il-kelma għal malti ma tantx tolqotni??? u jekk f'dak il-każ nużaw din il-kelma nnwaqawla waħda mill-"a"?

Jien personali tolqotni l-ewwel opzjoni dik ta' "Orikteropu" + li jsibuħ ukoll bħala "ħanżir ta' l-art".

x'ħa nagħmel?

Kenneth Grima


Naqbel miegħek li mmorru għal "Orikteropu" imma jekk tkompli tagħmel kif għamilt fl-artiklu Tubulidentata u ssemmihom it-tnejn, ma tkunx idea ħażina anqas. Għal li jista' jkun ma tafx l-Għarab x'isejħulu hux? Peress li annimal Afrikan hemm imnejn teżisti kelma għalih. L-għażla imbagħad għandha tkun bejn l-Għarbi u t-Taljan naħseb jien. - Tony Sammut 08:48, 20 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]

Jiena fittixt fuq li fittixt u kull ma sibt din il-kelma li ma nafx xi tfisser assolutament اسْم : خِنْزِيرُ الأَرْض (forsi int taf lil xi ħadd li jista jigħna biex jaqliba b'alfabet malti) u il-kelma "Abundoulaf" li tfisser "dak li jħaffer" li hu l'isem ta' l-aardvark bl'Arbi fiċ-Ċad (Chad) pajjiż taħt il-Libja. Infatti din il-kelma giet Latinizzata w użata għall-Aardvark fossilu li instab fiċ-Ċad is-sena l'oħra 2005 (Orycteropus abundulafus). F'dak il-każ jekk nuża naqliba bl'alfabet malti "Abundulaf" minflok "Abundoulaf" taqa il-vokali "o".

Filkaz l'artiklu pero insemieħ xorta waħda "Orikteropu" għax il-membri tal-familja Oryteropodidae xorta waħda jisejħu Orikteropi (plural) u Orikteropu (singular) u żgur ma nkunux sejjrin ħażin, imbagħad fl-artiklu insemmi li jisejaħ ukoll "Ħanzir ta' l-art" u "Abundulaf"

x'taħseb?


Dik il-kelma bl-Għarbi, bejn wieħed u ieħor milli sibt jien, tfisser 'ħanżir'. Iġiefieri naħseb jien, naqbdu u nagħmlu kif qed tgħid int. Insemmu l-artiklu 'Orikteropu', hekk jew b'hekk hemm ruxxmata ismijiet xjentifċi issa. U kif għidt int ukoll, fl-artiklu nħallu 'Ħanżir ta' l-art'. 'Abundulaf' pero' aħjar ninsewha. - Tony Sammut 12:18, 20 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]

Suġġeriment tard

Fid-dizzjunarju universali: aardvark = bunemel!

http://www.dicts.info/ud.php?k1=228&k2=53 Awguri! "Leli Forte 16:06, 15 Awissu 2007 (UTC)"

Grazzi tas-suġġeriment, Vera naqra tard :) imma dejjem siewi. Fittixt aktar dwar il-kelma bunemel fuq id-dizzjunarju ta' Joseph Aquilina u minflok sibt bunemmiel. Din il-kelma tirreferi għal wikkiel in-nemel li bl-ingliż hija l-ekkwivalenti ta' "anteater". Il-kelma maltija għal "aardvark" bil-malti skond dan id-dizzjunarju hija oritteropu li ġejja mit-taljan "oritteropo".

pero grazzi għas-suġġeriment tieghek skoprejt x'jissejaħ "anteater" bil-malti bunemmiel.

grazzi għal darb oħra

"User:Kennethgrima 14:24, 28 ta' Awissu 2007 (UTC)"

Il-kelma bl-Għarbi ( خِنْزِيرُ الأَرْض ) tinqara "Ħanżir al ard" u bażikament tfisser Ħanżir ta' l-art ukoll. Naqbel miegħek Kenneth

FENETIKA (PHENETICS)

Fil-bioloġija il-fenetika (maghrufa wkoll bħala tassonomija numerikali) huwa metodu ta' kif tista tiklassifika l-organiżmi ħajjin ibbażat fuq ix-xebħ morfoloġiku minflok fuq il-metodu ġenetiku. Hija dixxiplina antika jew il-llum qed jintuża il-metodu tal-filoġenetika.

Nispera li spjegajta ċara biżżejjed għax xi kultant meta niġi biex nispjega lil haddieħor neħħel ftit :)

grazzi ħafna tat-tiswijja

Kenneth


Fhimtek sew. :) Taf xiex, ha naqbad u nitfa' li ktibt f'artiklu. :)

Tony Sammut 07:53, 23 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Tajjeb ħafna jien il-quddiem kif ikolli ċans niprova nelaboraħ ok.

Mistoqsija forsi tigħni fuq il-kelma hyrax

Dan huwa annimal w il-kelma hyrax (bl-ingliż) gejja mil-kelma griega hurax ( li tfisser ġurdien-ġurdiem / mouse-shrew jew shrew-mouse) bit-taljan isejħulhom "Iraci" ovjament waqqawla l'Ħ ta' "hurax" għax il ħoss tal-ittra "Ħ" huma ma għandhomx u l'X bidluwa f'c pratikament akkomodawa ghal ilsien taljan.

x'ħa naghmel kif ħa niktiba bil-malti? Ħiraċ? ghax " ħajraks" minn dik bl-ingliz ma tantx iddoqli.

Kenneth

x'taħseb?


Qabel tivvinta jew issaqsi lili qatt pruvajt issib lil xi hadd li jifhem fis-suġġett? Niddubita kemm se ssib ta, għax kulħadd bl-Ingliż jitgħallimhom dawn imma forsi jekk nagħmlu ftit riċerka hemm imnejn insibu xi ħaġa, jew tal-inqas insaqsu lil xi nies responsabbli fil-Lingwa biex jgħidulna x'jagħmlu huma f'każijiet bħal dawn, qabel naqbdu u nfattruha. Jekk nibqgħu bla risposta imbagħad naraw. Int safrattant, aqbad tkellem fuq il-lampuki u l-fniek, dawk issib min jgħidlek fuqhom! ;)

Ħallina miċ-ċajt, prosit tal-150 artiklu jew aktar li ħloqt waħdek! X'kien imma qed tikteb fuq annimali tant rari u mhux komuni? Ara tistax tikteb fuq annimali li jinstabu Malta u fl-Ewropa. Min se juża din l-enċiklopedija, aktar se jfittex fuq 'lampuka' milli fuq 'tupaja'! Ara f'ġieħ il-bambin ma teħodnix ħażin, xogħolok hawn siewi u apprezzat u xi darba, dawn l-artikli kollha jridu jkun hawn xorta waħda! :D

Tony Sammut 13:33, 23 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Jiena bil-mod il-mod nixtieq nikteb dwar il-mammiferi kollha kemm fniek, qtattes , klieb etc... u bil-pass li ghadejj ma nahsibx li ha niehu xi zmien twil. Jien fuq dawn ma ghandix bzonn minn jighdli x ghandi nighd ghax infurmat sew. ktibt fuq dawn l'annimali ghax huma go gruppi zaghar u b'hekk sa dan it-tant kont qieghed nitaghllem nesperimenta fil-wikipedija, il-problema tieghi li bil-malti hafna annimali m'hemmx ismijiet ghalijhom imma???.Jien qbadt nikteb dawn l-artikli ghax xbajt meta infittex xi haga insibha b'kull lingwa minbarra bil-malti u ktibt fuq sugett li nifhem halli il-prodott ikun ta kwalita.Jekk nikteb fuq il-lampuki kull ma nista nighdlek x'toma ghandhom;)

kenneth


Naqbel miegħek hawn, ikteb fuq xiex taf l-aktar u din li 'tesperimenta' kienet idea tajba ħafna. Ibqa' sejjer hekk. Tony Sammut 08:42, 24 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Biex nara jekk bħala titlu hux miktub tajjeb?

"Senġi ta' erbat iswaba" bħala titlu miktub b'malti tajjeb għax għandi dubju?

Grazzi dejjem ta l'għajnuna

Kenneth


Mela, dak it-titlu tajjeb. Li nixtieq niġbidlek l-attenzjoni imma hi fuq dawn it-titli; "Senġi ta' l-Afrika tà fuq‎" u "Senġi ta' tbajja ċari w skuri‎".

"tà" waħedha ma teżistix fil-Malti. Dak mhux apostrofu imma aċċent allura se ssibu biss fi kliem bħal "verità".
l-użu tal-"w" flok "u" evitah. Meta qed tikteb xi ħaġa formali uża dejjem l-"u". Il-"w" tintuża l-aktar minn poeti jew kittieba minħabba l-'liċenzja poetika' u bħal meta jridu jiktbu xi biċċa djalogu bejn tnejn li jużaw xi djalett eżempju. Jistgħu jagħmluha imma dak ma jkunx Malti tajjeb iżda, djalett.

Tony Sammut 13:59, 26 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Grazzi ta' l'għajnuna dik il-problema ta' "ta'" u "tà" fil-bidu kont nagħmilha ħafna għandek raġun iżda dawk kienu artikli tal-bidu u l-llum ħadt xi partijiet minnhom biex nibni fuqhom l-artikli li għamilt il-llum u għaxaqta għax kien għad hemm "tà" :( Dik ta' "u" u "w" ma kontx naf, jien kont naħseb li minħabba il-vokali biex ma jkunux hdejn xulxin. Nipprova indaħala f'rasi u ma' nibqax nagħmilha. Skużani ta' dan il-malti disastruz li għandi imma qabel ma bdejt nikteb dawn l-artikli kont ilni ma nikteb bih mil-5th form.

Grazzi ħafna.

Kenneth


Aw, jien mhux xi professur ta! Dik tas-swaba wkoll ħawwditni lili. Biss nagħmel l-għalmu tiegħi biex nipprova nibqa' nikteb bil-Malti fejn nista' u niċċekkja kull meta jkolli xi dubju ma' persuni li vera jifhmu. Dik tat-"ta'" u t-"tà" innutajtek li rranġajtha infatti għax ma kontx għadni qed insibha. :) Semmejtha l-aktar għax inzertat dehret f'titlu t'artiklu fejn hemm għandna noqgħodu ftit aktar attenti x'niktbu. Ħaġ'oħra li nnutajt f'dan l-aħħar paragrafu hi "l'għajnuna". L-artiklu dejjem "l-" u "l'" ma teżisti mkien fil-Malti. Meta jintuża l-apostrofu ġeneralment għax hemm xi ittra 'nieqsa', eżempju "f'daru = fi daru", "b'siequ = bi siequ", "'l ommok = lil ommok".

Tony Sammut 07:04, 27 Ottubru 2006 (UTC) ;)[wieġeb]

Good Evening Kennethgrima,

Could you please write a stub http://mt.wikipedia.org/wiki/Auckland_Grammar_School - just a few sentences based on http://en.wikipedia.org/wiki/Auckland_Grammar_School? Only 2-5 sentences enough. Please. --Per Angusta 08:40, 1 Frar 2008 (UTC)[wieġeb]

Il-kliem bijoloġiku li qed tuża

Hello Kenneth. Prosit tax-xogħol siewi li qed tagħmel. Naf illi hija diffiċli illi taqleb kliem bijoloġiċi mill-Ingliż għall-Malti, pero' prova kun eżatt f'dak li tikteb. Ċerti kliem qed tivvintahhom int mingħajr ma tiddiskutihom ma' Utenti oħra. Kliem bħal enkefaliżżazzjoni u nomenklatura huma kliem li ma jinstabux fuq id-dizzjunarju. Meta tittraduċi ċerti kliem mill-malti għall-ingliż mhemmx għalfejn ikun tradott direttament. Prova uża kliem alternattivi. Ċerti artikli bijoloġiċi li ktibt ma jinftehmux minn-utenti li ma jifmhux fil-bijoloġija minħabba dan il-kliem bombastiku li fihom. Il-wikipedija għandha tkun enċiklopedija universali illi kulħadd jista' jifhem. Jekk jogħoġbok prova ikteb artikli iktar spjegati u estensivi. Jien ma rridx noħloq problemi jew niġġieled ta'. Anzi hawnhekk qegħdin ngħinu lil xulxin. Qed ngħidlek dan, biex b'hekk intejbu il-wikipedija Maltija.Grazzi.

Danielborg 14:56, 1 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Mhux biex nindaħal, imma l-kelma nomenklatura hi kelma Maltija aċċettata u tinsab fid-dizzjunarju.. Prosit tax-xogħol ;) Chrisportelli 17:33, 1 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Il-kelma Nomenklatura tinsab fid-dizzjunarju ta' Joseph Aqulina. Il-kelma Enkefaliżżazzjoni jekk tigħdli f' liema artiklu qrajta tkun qed tigħni ħafna. Kif taf ktibt ħafna artikli u diffiċli biex niftakar. Kif tigħdli, lest li mmur nirranġa l-artiklu immedjatament. Nixtieq infakrek ukoll li din il-wikipedija mhijiex wikipedija tal-Malti sempliċi hija wikipedija tal-Malti. Hemm bżonn li aħna l-Maltin nibdew naċċettaw dan il-kliem kif ilhom jagħmlu popli oħrajn. L-artikli xjentifiċi fil-wikipedija Ingliża, Taljana u dik Olandiża (it-3 wikipediji li nikkonsulta magħhom jien, għax dawn huma it-3 ilsna li jien nifhem) kollha għandhom fihom dan il-kliem, kif qed issejjaħlu int bombastiku. Jien jekk naqra artiklu fuq l-ekonomija hemm kliem li ma nifhimx mal-ewwel għax mhux il-qasam tiegħi, pero ma nmurx nigħd lil min kitibhom biex ma juzax dawn il-kliem għax mhux il-lok. Kliem li ma nifhimx immur infittex xi jfisser.

grazzi

Hello Kenneth, Nixtieq niskuża ruħi dwar il-kumment ta' qabel. Nomenklatura hija kelma valida. Naf li il-bijoloġija fiha ħafna termini illi huma diffiċli biex jinqalbu bil-malti. Mill-lum il-quddiem nipprova niddiskuti iktar. Naħseb kulħadd jrid li l-wikipedija timxi l-quddiem. Jien bħalissa qed naħdem fuq in-nannakoli komuni li jinsabu Malta.

Nixtieq insaqsik x'kelma nista' nuża għall-exoskeleton...... egżoskeletru, ekżoskeletru, eksoskeletru jew xi kelma oħra?

Nirringrazzjak tax-xogħol kollu li għamilt! Danielborg 15:26, 3 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Exoskeleton bil-Malti hija Esoskeletru u tinsab fid-dizzjunarju ta' Joseph Aquilina. Tista tikteb fil- () ma ġenb il-kelma "sistema skeletrika esterna, skeletru estern jew fuq barra, kisja jew qoxra iebsa minn barra fuq ġisem ta' annimal"

nispera li kont ta' għajnuna.

Kenneth Grima

Traduzzjoni għall-Malti

Billi int intiż fis-suġġett bijoloġiku, tista' tgħidli kif jissejjaħ bil-Malti l-għasfur "Hoopoe" għax utent minn fuq il-Wikipedija Ingliża għamel rikjesta għat-titlu bil-Malti ta' dan l-għasfur. Grazzi. Chrisportelli (d) 09:15, 3 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]