Emerson Ferreira da Rosa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
m L-artiklu Émerson Ferreira da Rosa tmexxa għall-paġna Emerson Ferreira da Rosa: L-isem hu suppost mingħajr aċċent, però jintuża wkoll l-isem bl-aċċent.
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 15:03, 13 April 2008

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol Emerson Ferreira da Rosa (twieled l-4 ta' April 1976), magħruf aħjar bħala Emerson, huwa plejer tal-futbol Brażil li jilgħab mat-tim Taljan tas-Serie A, AC Milan. Il-laqam tiegħu huwa "Il-Puma" (bl-Ingliż: The Puma) minħabba l-movimenti tajbin u felini li għandu fin-nofs tal-grawnd.

Karriera

Wara li lagħab ma' Bayer Leverkusen, Émerson ingħaqad ma' AS Roma fejn rebaħ il-kampjonat u kif ukoll is-Super Cup Taljana fl-2001. Wara żewġ staġuni ma' Juventus mal-kowċ Fabio Capello, huwa ttrasferixxa ma' Real Madrid flimkien ukoll ma' Capello. Madankollu, minħabba r-relazzjoni mhux daqshekk tajba ma' Capello u kif ukoll prestazzjoni li ma kinitx qed tissodisfa lil ħadd, hu xtaq li jerġa' jirritorna ma' Juventus.[1] Però, sa Mejju, il-prestazzjoni tiegħu kibret u flimkien mar-riżultati tajbin li kien qed jikseb it-tim, fit-12 ta' Mejju 2007 huwa ddikjara l-intenzjoni li jibqa' ma' Real. Imma, f'konverżazzjoni fuq programm tar-radju "El Larguero", il-president ta' Real Madrid, Ramon Calderon, qal li Émerson jista' jħalli lil Real Madrid dak is-sajf flimkien ma' l-attakant Taljan Antonio Cassano minħabba problemi tekniċi.[2]

Fil-21 ta' Awissu 2007, AC Milan uffiċċjalizzaw l-akkwist tal-midfielder Brażiljan.[3] Huwa għamel id-debutt tiegħu fis-Super Cup Ewropeja meta' Milan rebħu lil Sevilla 3-1 fil-31 ta' Awissu.

Internazzjonali

Emerson kien rimpjazzament għal Romário fit-Tazza tad-Dinja 1998. Hu kien se jkun il-kaptan tat-tim Brażiljan fit-Tazza tad-Dinja 2002, però Emerson sofra minn uġigħ fi spallejh biex ħalla l-post tal-kap tat-tim għal Cafu; it-tim Sud-Amerikan irnexxielu jirbaħ l-edizzjoni ta' l-2002.

Referenzi

Ħoloq Oħra

Mudell:Tim ta' AC Milan