Ġino Muscat Azzopardi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
+infobox
Linja 1: Linja 1:
{{Infobox bijografija}}
Ġino Muscat Azzopardi, (Belt Valletta, 19 ta’ Ottubru, 1899 - Tas-Sliema, 7 ta’ Marzu 1982).

'''Ġino Muscat Azzopardi''', (Belt Valletta, 19 ta’ Ottubru, 1899 - Tas-Sliema, 7 ta’ Marzu 1982).

Bin Ġużè u Antonia mwielda Fenech, Ġino studja fil-Kulleġġ Stella Maris u l-Liceo. Minn età żgħira, wera ġibda kbira għall-kitba bil-Malti. Din l-imħabba għall-“ħlewwa tal-Lsien għażiż”, “dak in-nar li kibes qabel fija”, jesprimiha missieru Ġuże fis-sunett “Lil Ġinu tiegħi”(1918).

Reviżjoni ta' 10:07, 8 Lulju 2021

Ġino Muscat Azzopardi
Ħajja
Twelid Valletta, 19 Ottubru 1899
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt Tas-Sliema, 7 Marzu 1982
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Familja
Missier Ġużè Muscat Azzopardi
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
poeta
traduttur

Ġino Muscat Azzopardi, (Belt Valletta, 19 ta’ Ottubru, 1899 - Tas-Sliema, 7 ta’ Marzu 1982).

Bin Ġużè u Antonia mwielda Fenech, Ġino studja fil-Kulleġġ Stella Maris u l-Liceo. Minn età żgħira, wera ġibda kbira għall-kitba bil-Malti. Din l-imħabba għall-“ħlewwa tal-Lsien għażiż”, “dak in-nar li kibes qabel fija”, jesprimiha missieru Ġuże fis-sunett “Lil Ġinu tiegħi”(1918).

Palk

Fl-1920 ħa post ħuh Ivo fl-Assemblea Nazzjonali bħala rappreżentant tal-kumpanija drammatika ‘Les Amateurs’. Fil-fatt l-ikbar passjoni tiegħu kien il-palk u tista’ tgħid li qatta’ ħajtu jikteb u jippubblika xogħlijiet soċjali f’att wieħed, ipprova jagħti xejra moderna lill-palk Malti. Huwa kien sar midħla tal-palk meta kien ingħaqad mal-kumpanija ‘Malta Risolta’.

Fl-1944 sar direttur tal-kumpanija teatrali ‘Indipendenza’. Fl-istess sena nħatar ko-direttur ta’ kumpanija teatrali oħra bl-isem ta’ ‘Ribalta’ fejn irriżenja fl-1956 meta sar l-ewwel chairman tal-Kumitat tar-Restawr tat-Teatru Manoel.

Awtur

Iżda x-xogħol li bih sar magħruf mal-pubbliku Malti kien ir-rumanz Anġli tan-Niket (1938) li kien ressaq għall-konkors tal-1935.

Barra li kiteb ukoll bosta novelli, radio plays u poeżiji, qaleb għall-Malti xi xogħlijiet barranin fosthom ir-rumanz ta’ Georges Semenon Maigret u Ġ-Dukessa (1968) u dak ta’ Alexandre Dumas ż-żgħir Marguerite Gautier (1977).

Fl-1956, flimkien ma’ ħuh Ivo, ħareġ ġabra ta’ sunetti ta’ missieru u fl-1946 waqqaf il-Premju ‘Ġuże Muscat Azzopardi’ b’tifkira ta’ missieru, l-ewwel president tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti. Hu stess kien ko-fundatur ta’ l-Għaqda u iktar tard ġie maħtur president onorarju tagħha kif ukoll ta’ l-Għaqda Letterarja Maltija.

Fl-1975, flimkien ma’ martu Anna, ħareġ il-ktieb Kif Ngħiduha li fih jiġbor l-idjomi kollha Maltin.

Politika

Bħal missieru, Ġino Muscat Azzopardi kien attiv ħafna fix-xena politika. Fl-għoxrinijiet ingħaqad mal-Partit Laburista u ħareġ għall-elezzjoni tal-1927.

Fis-sena 1945 huwa ppreżenta lill-Partit Laburista fl-Assemblea Leġislattiva.

Kien direttur tal-gazzetti Labour Opinion (1924-26), Il-Kotra (1926-27) u Dr. Xekkek (1925-34), gazzetta satirika u Ix-Xewka.

Kien attiv ukoll fil-qasam kulturali bħala Chairman tal-Kumitat tat-Teatru Manoel (1948 u 1976) u tal-Panel tad-Drama tar-Rediffusion u tal-Board taċ-Ċensuri tal-Films (1955-58), u eżaminatur f’konkorsi letterarji. Ingħata wkoll karigi onorarji f’diversi kumitati fosthom ta’ l-akkademja tal-Malti. Huwa kien direttur ukoll ta’ kumpanija kummerċjali u membru tal-MPFA, il-kamra tal-Kummerċ, is-Soċjetà għall-Għomja u ta’ l-Awtorità tax-Xandir (1964-67).

Ġino Muscat Azzopardi miet fid-dar tiegħu tas-Sliema fis-7 ta’ Marzu 1982. Ħuh kien Ivo Muscat Azzopardi li miet f’San Ġiljan fit-13 ta’ Diċembru, 1965.