Montenegro: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
Linja 112: Linja 112:
{{Referenzi}}
{{Referenzi}}
* [https://www.consilium.europa.eu/mt/policies/enlargement/montenegro/ Montenegro], Kunsill tal-Unjoni Ewropea
* [https://www.consilium.europa.eu/mt/policies/enlargement/montenegro/ Montenegro], Kunsill tal-Unjoni Ewropea

{{Ewropa}}


[[Kategorija:Montenegro]]
[[Kategorija:Montenegro]]

Reviżjoni ta' 20:39, 24 April 2020

Montenegro
Црна Гора
Crna Gora
Црна Гора Crna Gora – Bandiera Црна Гора Crna Gora – Emblema
Innu nazzjonali: Oj, svijetla majska zoro
Oh, Bidunett Sabiħ ta' Mejju

Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Podgorika
42°47′N 7°25′E / 42.783°N 7.417°E / 42.783; 7.417

Lingwi uffiċjali Montenegrin
Gvern
 -  President Filip Vujanović
 -  Prim Ministru Milo Đukanović
 -  Kelliem tal-Parlament Ranko Krivokapić
 -  Prinċep1 Nikola II Petrović-Njegoš
Avvenimenti
 -  Duklja kienet vassal tal-Imperu Biżantin fis- Seklu 6 
 -  Duklja saret semi-indipendenti Seklu 9 
 -  Rikonoxximent tar-Renju ta' Zeta 1077 
 -  Dukat Indipendenti tal-Montenegro stabbilita 1356 
 -  Dukat Indipendenti tal-Montenegro stabbilita mill-ġdid 1441 
 -  Prinċipalità fondata 1 ta' Jannar 1852 
 -  Rikonoxximent mill-Imperu Ottoman
1878 
 -  Renju pproklamat 28 ta' Awwissu 1910 
 -  Indipendenza mis-
Serbja u Montenegro

3 ta' Ġunju 2006 
Erja
 -  Total 13,812 km2 (161)
5,019 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 1.5
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2011 625,266 
 -  Densità 498/km2 (121)
115.6/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $4.694 biljun[1] 
 -  Per capita $11,800[1] 
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $4.280 biljun[1] 
 -  Per capita $6,881[1] 
IŻU (2013) Increase 0.791[2] (għoli ħafna) (52)
Valuta Ewro () (EUR)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku +382
TLD tal-internet .me
1 Titolu onorarju.

Montenegro (en-us-Montenegro.ogg ˌmɒntɨˈneɪɡroʊ ; Montenegrin: Crna Gora Црна Гора CrnaGora.ogg tsr̩̂ːnaː ɡɔ̌ra , tfisser "Muntanja Sewda") huwa pajjiż fl-Ewropa tax-Xlokk. Il-pajjiż għandu l-Baħar Adrijatiku fil-lbiċ u huwa mdawwar mill-Kroazja fil-punent, il-Bosnia u Ħerżegovina fil-majjistral, is-Serbja fil-grigal, il-Kosovo lejn il-lvant u l-Albanija fix-xlokk. Il-belt kapitali u l-akbar belt hija Podgorika, filwaqt li Cetinje hija maħtura bħala Prijestonica, tfisser l-eks Belt Kapitali Rjali.

Status tan-negozjati UE

2010 - pajjiż kandidat għall-UE

L-applikazzjoni tal-Montenegro għal sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fil-15 ta' Diċembru 2008.

Fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta' April 2009, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Kunsill l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Montenegro. Fit-12 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni tat opinjoni pożittiva u rrakkomandat il-ftuħ ta' negozjati tal-adeżjoni.

Fil-laqgħa tiegħu tas-16 u s-17 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill Ewropew qabel li jagħti lill-Montenegro l-istatus ta' pajjiż kandidat.

Ġunju 2012 - bidu tan-negozjati

Fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill Ewropew approva d-deċiżjoni tal-Kunsill biex jinfetħu negozjati tal-adeżjoni.

L-aħħar Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni UE-Montenegro, li sar fil-25 ta' Ġunju 2018 eżamina l-istat tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Montenegro, inkluż il-progress tal-Montenegro fit-tħejjijiet tiegħu għas-sħubija fl-UE.

Laqgħat tal-Konferenza tal-Adeżjoni

L-ewwel laqgħa tal-Konferenza mal-Montenegro dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fetħet in-negozjati tal-adeżjoni fid-29 ta' Ġunju 2012. Minn dakinhar, saru ħdax-il laqgħa tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fi Brussell.

It-12-il laqgħa tal-Konferenza mal-Montenegro dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali saret fl-10 ta' Diċembru 2018. Il-konferenza fetħet in-negozjati dwar il-Kapitolu 27 - L-Ambjent u t-tibdil fil-klima.

Wara din il-Konferenza, minn total ta' 35 kapitolu ta' negozjar, 32 kapitolu issa nfetħu għan-negozjati, li minn dawn diġà ngħalqu proviżorjament tliet kapitoli. Ser jiġu ppjanati aktar Konferenzi dwar l-Adeżjoni, kif meħtieġ, sabiex il-proċess jitmexxa 'l quddiem fl-ewwel nofs tal-2019.

Fit-18 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru l-Montenegro. Fl-20 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet.

Referenzi

  1. ^ a b ċ d International Monetary Fund (ed.). "Montenegro". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  2. ^ United Nations, ed. (2011). "Human Development Report 2011" (PDF). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)