Ċittadella: Differenza bejn il-verżjonijiet
translazzjoni tal-introduzzjoni tal-artiklu en:Cittadella (Gozo) |
No edit summary |
||
Linja 1: | Linja 1: | ||
{{Infobox city| caption=Iċ-Ċittadella}} |
|||
Iċ-'''Ċittadella''', magħrufa wkoll bħala l-'''Kastell''', hija fortizza fiċ-ċentru tar-[[Rabat (Għawdex)|Rabat]], [[Għawdex]]. L-inħawi ilhom abitati minn Żmien il-Bronż, u s-sit li llum hu okkupat miċ-Ċittadella huwa maħsub li kien l-akropoli tal-belt Punika-Rumana ta' ''Gaulos'' jew ''Glauconis Civitas''. |
Iċ-'''Ċittadella''', magħrufa wkoll bħala l-'''Kastell''', hija fortizza fiċ-ċentru tar-[[Rabat (Għawdex)|Rabat]], [[Għawdex]]. L-inħawi ilhom abitati minn Żmien il-Bronż, u s-sit li llum hu okkupat miċ-Ċittadella huwa maħsub li kien l-akropoli tal-belt Punika-Rumana ta' ''Gaulos'' jew ''Glauconis Civitas''. |
Reviżjoni ta' 22:33, 9 April 2019
Ċittadella | |
---|---|
Malta | |
Iċ-Ċittadella | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Malta |
Reġjuni ta’ Malta | Għawdex |
Kunsilli lokali ta' Malta | Rabat |
Ġeografija | |
Koordinati | 36°02′47″N 14°14′22″E / 36.0464°N 14.2394°EKoordinati: 36°02′47″N 14°14′22″E / 36.0464°N 14.2394°E |
Demografija | |
Informazzjoni oħra | |
Fondazzjoni | 1500 |
Iċ-Ċittadella, magħrufa wkoll bħala l-Kastell, hija fortizza fiċ-ċentru tar-Rabat, Għawdex. L-inħawi ilhom abitati minn Żmien il-Bronż, u s-sit li llum hu okkupat miċ-Ċittadella huwa maħsub li kien l-akropoli tal-belt Punika-Rumana ta' Gaulos jew Glauconis Civitas.
Fil-medjuevu, l-akropoli ġie kkonvertit f'kastell li serva ta' kenn għall-Għawdxin meta kien ikun hemm xi attakk. Madwar is-seklu 15, bdiet tiżviluppa belt barra s-swar tal-kastell, u din iż-żona llum tifforma l-qalba storika tar-Rabat. Is-swar taċ-Ċittadella saru antikwati sas-seklu 16, u fl-1551 it-Torok invadew l'Għawdex, għamlu ħerba miċ-Ċittadella u ħadu ħafna mill-poplazzjoni t'Għawdex bħala skjavi.
Bejn l-1599 u l-1622 is-swar tan-nofsinhar taċ-Ċittadella reġgħu nbnew mill-ġdid u l-fortizza ġiet immodernizzata. Is-swar fuq in-naħa tat-tramuntana tħallew intatti, u llum għad għandhom forma medjevali. Il-fortifikazzjonijiet il-ġodda ġew ikkritikati ftit snin wara li tlestew, u fis-sekli 17 u 18 saru pjanijiet biex titwaqqa' ċ-Ċitadella kollha, iżda dawn qatt ma twettqgħu.
Iċ-Ċittadella rat azzjoni fl-invażjoni Franċiża f'Ġunju tal-1798, u fir-rewwixta ta' Settembru u Ottubru 1798. Fiż-żewġ każijiet il-fortizza ċediet mingħajr ħafna ġlied. Il-fortizza baqgħet tintuża għal raġunijiet militari mill-Ingliżi sal-1 t'April 1868.
Iċ-Ċittadella fiha diversi knejjes u bini storiku, fosthom il-Knisja Katidrali ta' Għawdex, li nbeniet bejn l-1697 u l-1711 fuq sit ta' knisja eqdem. Iċ-Ċittadella ilha inkluża fil-lista tentattiva ta' Siti ta' wirt dinji tal-UNESCO mill-1998.