Lawrence Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet
m Modifiki annullati ta' 77.71.155.28 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Leli Forte |
|||
Linja 25: | Linja 25: | ||
== Qabel il-Politika == |
== Qabel il-Politika == |
||
Bin Luigi u Ineż, Lawrence Gonzi huwa ukoll in-neputi tal-Arċisqof [[Mikiel Gonzi]] u huwa miżżewweġ lil Catherine magħrufa bħala Kate, u għandhom tliet ulied: David, Mikela u Paul. |
|||
Gonzi qatta' ħafna mit-tfulija tiegħu fl-Azzjoni Kattolika. Huwa kien student fis-[[Is-Seminarju tal-Arċisqof|Seminarju tal-Arċisqof]], ir-[[Rabat (Malta)|Rabat]]. Minkejja li zijuh, l-Arċisqof Gonzi, ħeġġu biex isir saċerdot, Lawrence Gonzi għażel li jkompli l-istudji tiegħu, billi jidħol għall-kors tal-Liġi fl-[[Università ta' Malta]], fejn eventwalment laħaq [[avukat]] fl-1975. Waqt il-kors Gonzi beda jinteressa ruħu fil-[[politika]]. Huwa beda jipprattika l-professjoni tiegħu f'kumpanija privata, u ftit wara ħadem ta' avukat għal Mizzi Organisation, fejn serva ta' [[Ċermen]] tal-grupp mill-1987 sal-1997. |
|||
Ftit wara il-gradwazzjoni tiegħu Gonzi beda jieħu sehem fis-settur volontarju, partikularment fis-settur relatat mad-[[diżabilità]] u l-[[mard mentali]]. Huwa kien ukoll President tal-"Moviment Azzjoni Kattolika ta' Malta" bejn l-1976 u l-1986. |
|||
==Politika== |
|||
Lawrence Gonzi ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet ġenerali fl-[[1987]] bla suċċess mal-Partit Nazzjonalista. Intgħażel ''Speaker'' tal-[[Kamra tad-Deputati]] fl-[[1988]] u wkoll fl-[[1992]]. Gonzi ikkontesta b'suċċess l-elezzjonijiet tal-[[1996]]. Bħala membru parlamentari fl-oppożizzjoni, serva bħala ''Shadow Minister'' għas-[[Sigurtà Soċjali]]. Matul iż-żmien hu serva bħala Segretarju Parlamentari għall-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, ''Whip'' tal-Partit Nazzjonalista, u Segretarju Ġenerali tal-Partit. |
|||
Fl-[[elezzjoni|elezzjonijiet]] tal-[[1998]] u l-[[2003]] reġa' ġie elett bħala [[membru parlamentari]] u serva bħala Ministru tas-Sigurtà Soċjali u wara li fl-1999 [[Guido de Marco]] laħaq [[President ta' Malta|President tar-Repubblika]], Gonzi ikkontesta b'suċċess il-kariga ta' Viċi-Kap tal-partit. Ftit wara inħatar Viċi-Prim Ministru ta' Malta u ''Leader of the House'' tal-[[Kamra tad-Deputati]]. |
|||
=== Priministru 2004-2013 === |
|||
Wara r-riżenja tal-eks-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista [[Eddie Fenech Adami]], Gonzi rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f'elezzjoni li saret fi [[Frar]] [[2004]]. Hu laħaq Prim Ministru f'[[Marzu]] tal-istess sena. |
|||
Mill-2004 huwa żamm il-Ministeru tal-Finanzi f'idejh. Bħala Ministru tal-Finanzi huwa rnexxielu jġib lil Malta fil-pożizzjoni biex tikkwalifika għall-[[kriterji ta' Maastricht]] sabiex tidħol fiż-[[Żona Ewro]] u tadotta l-munita ewlenija Ewropea, l-[[ewro]]. |
|||
Gonzi kellu jiffaċċja l-ewwel elezzjoni bħala Kap tal-Partit u Prim Ministru ta' Malta fl-2008. Waqt il-kampanja elettorali Gonzi ta importanza kbira lill-ambjent fejn jara l-ambjent l-akbar sfida li Malta għandha tiffaċja. Fit-[[8 ta' Marzu]] [[2008]], il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'distakk minimu ta' kważi 1,500 vot fuq il-[[Malta Labour Party|Partit Laburista]] immexxi minn [[Alfred Sant]], li wara din it-tielet telfa konsekuttiva, irriżenzja minn kap tal-partit. Jumejn wara din ir-rebħa Gonzi ġie konfermat mill-ġdid bħala Prim Ministru. Kif kien stqarr qabel l-elezzjoni, Gonzi ma baqax fil-kariga ta' Ministru tal-Finanzi. Fil-fatt huwa żamm l-[[MEPA|Awtorità tal-Ippjanar]] u s-settur tat-[[turiżmu]] taħt l-uffiċċju tiegħu direttament. |
|||
=== Kap tal-Oppożizzjoni === |
|||
Nhar l-10 ta' Marzu filgħodu tħabbar li l-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 55% jew 35,000 vot. Gonzi mill-ewwel ikkonċeda t-telfa u feraħ lill-Priministru l-ġdid [[Joseph Muscat]]. Huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Kap tal-Partit u kien se jibqa' fil-kariga sakemm il-Partit jagħżel Kap ġdid, kif fil-fatt għamel fit-8 ta' Mejju 2013. Fis-17 ta' Lulju 2013 irriżenja ukoll is-siġġu tiegħu ta' Deputat tal-Kamra u rtira mill-ħajja politika. |
|||
==Ħoloq esterni== |
|||
{{commons|Category:Lawrence Gonzi}} |
|||
*[http://www.lawrencegonzi.info/ Sit uffiċjali] |
|||
*[http://lawrencegonzi.blogspot.com/ Blogg uffiċjali] |
|||
*[http://www.pn.org.mt/ Sit uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista] |
|||
{{kaxxa tal-bidu}} |
|||
{{kaxxa ta' suċċessjoni |qabel=[[Eddie Fenech Adami]] |titlu=[[Prim Ministru ta' Malta]] |snin=2004–2013 |wara=[[Joseph Muscat]]}} |
|||
{{kaxxa ta' suċċessjoni |qabel=[[Jimmy Farrugia]] |titlu=[[Speaker tal-Parlament]] |snin=1988–1996 |wara=[[Miriam Spiteri Debono]]}} |
|||
{{kaxxa ta' suċċessjoni |qabel=[[Eddie Fenech Adami]] |titlu=[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Kap tal-Partit Nazzjonalista]] |snin=2004–2013 |wara=[[Simon Busuttil]]}} |
|||
{{kaxxa ta' suċċessjoni |qabel=[[Guido de Marco]] |titlu=[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista]] |snin=1999–2004 |wara=[[Tonio Borg]]}} |
|||
{{kaxxa ta' suċċessjoni |qabel=[[Austin Gatt]] |titlu=[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista]] |snin=1998–1999 |wara=[[Joe Saliba]]}} |
|||
{{kaxxa tat-tmiem}} |
|||
{{Prim Ministri ta' Malta}} |
|||
{{DEFAULTSORT:Gonzi,Lawrence}} |
{{DEFAULTSORT:Gonzi,Lawrence}} |
Reviżjoni ta' 08:02, 29 Ġunju 2015
Stampa:Pm profile.JPG | |
Kariga: | eks-Prim Ministru |
Perjodu fil-Kariga: | 2004-2013 |
PM Predeċessur: | Eddie Fenech Adami |
Data tat-Twelid: | 1 ta' Lulju, 1953 |
Post tat-Twelid: | Valletta |
Partit Politiku: | Partit Nazzjonalista |
Lawrence Gonzi (Pietà, 1 ta' Lulju 1953) huwa avukat u kien Priministru ta' Malta u Kap tal-Partit Nazzjonalista mill-2004 sal-2013. Kien ukoll Speaker tal-Kamra tad-Deputati għal żewg leġislaturi bejn 1988 u 1996.
Qabel il-Politika
Bin Luigi u Ineż, Lawrence Gonzi huwa ukoll in-neputi tal-Arċisqof Mikiel Gonzi u huwa miżżewweġ lil Catherine magħrufa bħala Kate, u għandhom tliet ulied: David, Mikela u Paul.
Gonzi qatta' ħafna mit-tfulija tiegħu fl-Azzjoni Kattolika. Huwa kien student fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Minkejja li zijuh, l-Arċisqof Gonzi, ħeġġu biex isir saċerdot, Lawrence Gonzi għażel li jkompli l-istudji tiegħu, billi jidħol għall-kors tal-Liġi fl-Università ta' Malta, fejn eventwalment laħaq avukat fl-1975. Waqt il-kors Gonzi beda jinteressa ruħu fil-politika. Huwa beda jipprattika l-professjoni tiegħu f'kumpanija privata, u ftit wara ħadem ta' avukat għal Mizzi Organisation, fejn serva ta' Ċermen tal-grupp mill-1987 sal-1997.
Ftit wara il-gradwazzjoni tiegħu Gonzi beda jieħu sehem fis-settur volontarju, partikularment fis-settur relatat mad-diżabilità u l-mard mentali. Huwa kien ukoll President tal-"Moviment Azzjoni Kattolika ta' Malta" bejn l-1976 u l-1986.
Politika
Lawrence Gonzi ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet ġenerali fl-1987 bla suċċess mal-Partit Nazzjonalista. Intgħażel Speaker tal-Kamra tad-Deputati fl-1988 u wkoll fl-1992. Gonzi ikkontesta b'suċċess l-elezzjonijiet tal-1996. Bħala membru parlamentari fl-oppożizzjoni, serva bħala Shadow Minister għas-Sigurtà Soċjali. Matul iż-żmien hu serva bħala Segretarju Parlamentari għall-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Whip tal-Partit Nazzjonalista, u Segretarju Ġenerali tal-Partit.
Fl-elezzjonijiet tal-1998 u l-2003 reġa' ġie elett bħala membru parlamentari u serva bħala Ministru tas-Sigurtà Soċjali u wara li fl-1999 Guido de Marco laħaq President tar-Repubblika, Gonzi ikkontesta b'suċċess il-kariga ta' Viċi-Kap tal-partit. Ftit wara inħatar Viċi-Prim Ministru ta' Malta u Leader of the House tal-Kamra tad-Deputati.
Priministru 2004-2013
Wara r-riżenja tal-eks-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami, Gonzi rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f'elezzjoni li saret fi Frar 2004. Hu laħaq Prim Ministru f'Marzu tal-istess sena.
Mill-2004 huwa żamm il-Ministeru tal-Finanzi f'idejh. Bħala Ministru tal-Finanzi huwa rnexxielu jġib lil Malta fil-pożizzjoni biex tikkwalifika għall-kriterji ta' Maastricht sabiex tidħol fiż-Żona Ewro u tadotta l-munita ewlenija Ewropea, l-ewro.
Gonzi kellu jiffaċċja l-ewwel elezzjoni bħala Kap tal-Partit u Prim Ministru ta' Malta fl-2008. Waqt il-kampanja elettorali Gonzi ta importanza kbira lill-ambjent fejn jara l-ambjent l-akbar sfida li Malta għandha tiffaċja. Fit-8 ta' Marzu 2008, il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'distakk minimu ta' kważi 1,500 vot fuq il-Partit Laburista immexxi minn Alfred Sant, li wara din it-tielet telfa konsekuttiva, irriżenzja minn kap tal-partit. Jumejn wara din ir-rebħa Gonzi ġie konfermat mill-ġdid bħala Prim Ministru. Kif kien stqarr qabel l-elezzjoni, Gonzi ma baqax fil-kariga ta' Ministru tal-Finanzi. Fil-fatt huwa żamm l-Awtorità tal-Ippjanar u s-settur tat-turiżmu taħt l-uffiċċju tiegħu direttament.
Kap tal-Oppożizzjoni
Nhar l-10 ta' Marzu filgħodu tħabbar li l-Partit Laburista għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 b'maġġoranza ta' 55% jew 35,000 vot. Gonzi mill-ewwel ikkonċeda t-telfa u feraħ lill-Priministru l-ġdid Joseph Muscat. Huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Kap tal-Partit u kien se jibqa' fil-kariga sakemm il-Partit jagħżel Kap ġdid, kif fil-fatt għamel fit-8 ta' Mejju 2013. Fis-17 ta' Lulju 2013 irriżenja ukoll is-siġġu tiegħu ta' Deputat tal-Kamra u rtira mill-ħajja politika.
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Lawrence Gonzi |
Predeċessur Eddie Fenech Adami |
Prim Ministru ta' Malta 2004–2013 |
Suċċessur |
Predeċessur Jimmy Farrugia |
Speaker tal-Parlament 1988–1996 |
Suċċessur |
Predeċessur Eddie Fenech Adami |
Kap tal-Partit Nazzjonalista 2004–2013 |
Suċċessur |
Predeċessur Guido de Marco |
Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista 1999–2004 |
Suċċessur |
Predeċessur Austin Gatt |
Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista 1998–1999 |
Suċċessur |