Tibdil

Jump to navigation Jump to search
m
Modifiki annullati ta' 78.133.45.111 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 109.78.190.103
[[Stampa:Charles Darwin 01.jpg|right|225px|thumb|Charles Darwin]]
hi
'''Charles Robert Darwin''' ([[Shrewsbury]], [[12 ta' Frar]] [[1809]] – [[Londra]], [[19 ta' April]] [[1882]]) kien [[storja naturali|naturalista]] [[Ingilterra|Ingliż]] li x-xogħol u t-teoriji tiegħu dwar l-evoluzzjoni tal-[[Speċi|ispeċi]] ħajjin irrivoluzzjonaw profondament il-[[bijoloġija]]. Wara li kiseb il-fama fost ix-xjenzjati għal ħidma tiegħu fil-lok u r-riċerki tiegħu fl-[[ġeoloġija]], ippropona l-ipoteżi li l-ispeċi ħajjin kollha evolvew matul iż-żmien minn antenat komuni jew għadd ta' antenati komuni permezz tal-proċess tas-selezzjoni naturali. It-[[Evoluzzjoni|teorija tal-evoluzzjoni]] ġiet aċċettata mill-komunità xjentifika u l-pubbliku ġenerali matul ħajtu, filwaqt li t-teorija tiegħu tas-[[selezzjoni naturali]] kellha tistenna sas-[[snin 1930|snin tletin]] biex tkun ġeneralment meqjusa bħala l-ispjegazzjoni essenzjali tal-proċess tal-evoluzzjoni. Sas-[[seklu 21]], kienet il-bażi tat-teorija moderna tal-evoluzzjoni. Taħt forma emendata, l-iskoperta xjentifika ta' Darwin baqgħet sa issa s-sies tal-bijoloġija billi tispjega b'mod loġiku u unifikat id-diversità tal-ħajja.<ref>Dobzhansky 1973 </ref>
 
Darwin beda jistudja t-teoloġija fl-[[Università ta' Cambridge]].<ref>Leff, David (2000), [http://www.aboutdarwin.com/darwin/WhoWas.html About Charles Darwin]. Kapitli "How did his love of natural science develop?", "What did Darwin accomplish while at medical school?" u "How was his thirst for science nurtured at Cambridge University? ".</ref> Il-vjaġġ tiegħu ta' ħames snin fuq il-''[[HMS Beagle|Beagle]]'' l-ewwel stabbilih bħala ġeologu li l-osservazzjonijiet u t-teoriji tiegħu saħħu t-teoriji attwalisti<ref name=attwal>L-'''attwaliżmu''', hu wieħed mill-prinċipji bażiċi tal-ġeoloġija moderna. Jipproponi l-proċessi li saru fil-passat imbiegħed għandhom effett illum. Dan il-prinċipju huwa oppost għall '''katastrofiżmu''' li skontu l-karatteristiċi tal-wiċċ arti dehru minnufih fl-imgħoddi minn proċessi radikalment differenti minn dawk li jeżistu llum.</ref> ta' [[Charles Lyell]] u wara bil-pubblikazzjoni tar-rakkont tal-vjaġġ tiegħu għamlu famuż bħala awtur popolari. Affaxxinat bid-distribuzzjoni ġeografika tal-fawna selvaġġa u tal-[[fossilu|fossili]] li kien ġabar matul il-vjaġġ tiegħu, beda jistudja t-trasformazzjoni tal-ispeċi u fl-1838 ikkonċepixxa t-teorija tiegħu tas-selezzjoni naturali. Billi kien jaf li oħrajn kienu ġew attakkati bħala eretiċi għal ideat simili, kien jafda ħsibijietu biss lill-ħbiebu tal-qalb u kompla jiżviluppa r-riċerka biex ilesti ruħu għal kull oġġezzjoni li jistgħu jagħmlulu.<ref>Desmond & Moore 1991, p. 210, 263-274, 284-287. </ref> Fl-1858, [[Alfred Russel Wallace]] bagħatlu saġġ li fih iddeskriva teorija simili u dan wassalhom biex jippreżentaw it-teoriji tagħhom flimkien.<ref>Charles Darwin, Alfred Russel Wallace, 1858. On the Tendency of Species to form Varieties; and on the Perpetuation of Varieties and Species by Natural Means of Selection (Fuq it-tendenza tal-ispeċi li jiffurmaw varjetajiet: u fuq il-perpetwazzjoni tal-varjetajiet u l-ispeċi permezz tas-selezzjoni naturali) [arkivju]. Journal of the Proceedings of the Linnean Society of London. Zoology 3: 46-50.</ref>
 
Il-ktieb tiegħu tal-1859, ''[[Dwar l-Oriġni tal-Ispeċi]]'', għamel l-evoluzzjoni mill-antenati komuni, b'xi modifikazzjonijiet, l-ispjegazzjoni dominanti xjentifika tad-diversifikazzjoni fin-natura. Eżamina l-[[evoluzzjoni umana]] u l-[[għażla sesswali]] f'''Nisel il-bniedem u l-għażla marbuta mas-sess'', segwit minn ''L-Espressjoni tal-emozzjonijiet fil-bnedmin u l-annimali''. Ir-riċerka tiegħu fuq il-pjanti ġiet ippubblikata f'sensiela ta' kotba u fl-aħħar ktieb tiegħu,<ref name="action of worms"> 1881 London, John Murray, ''The formation of vegetable mould, through the action of worms, with observations on their habits'' (''Il-formazzjoni tal-moffa veġetali permezz tal-azzjoni tal-ħniex, b'osservazzjonijiet dwar l-għixien tagħhom) </ref> studja l-ħniex u l-azzjoni tagħhom fuq il-ħamrija.<ref name="dud">Freeman 1977, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=A1&viewtype=text&pageseq=1 p 164-165].</ref>
 
== Bijografija ==
=== Tfulija u żgħożija ===
[[Stampa: Charles Darwin 1816.jpg |thumb|left|200 px| Charles Darwin fl-età ta' seba' snin fil-1816, sena qabel mietet ommu]]
Charles Darwin twieled [[Shrewsbury]], fi [[Shropshire]], l-[[Ingilterra]], fid-dar tal-familja, magħrufa bħala "Mount House".<ref>[http://wikiwix.com/cache/?url=http://darwin.baruch.cuny.edu/biography/shrewsbury/mount/ Mount House, Shrewsbury, l-Ingilterra (Charles Darwin)], [http://wikiwix.com/cache/?url=http://darwin.baruch.cuny.edu/index.html Baruch College - Darwin u d-Darwiniżmu]. Ikkonsultata 15/12/2006. </ref> Kien il-ħames mis-sitt ulied tat-tabib u finanzier tat-tajjeb, [[Robert Darwin]] (1766-1848) u [[Susannah Darwin]] (imwielda Wedgwood) (1765-1817). Kien in-neputi ta' [[Erasmus Darwin]] (1731-1802) fuq in-naħa ta' missieru u ta' [[Josiah Wedgwood]] (1730-1795), fuq in-naħa ta' ommu. Iż-żewġ familji kienu jħaddnu r-reliġjon [[Unitarianiżmu (teoloġija)|Unitarjana]], għalkemm il-familja Wedgwood kienu adottaw l-[[Anglikaniżmu]]. Robert Darwin, minkejja li kien pjuttost [[ħassieb ħieles]], aċċetta li ibnu Charles jiġi mgħammed fil-Knisja Anglikana. Madankollu, it-tfal ma' ommhom kienu jattendu l-Kappella Unitarjana. Il-predikatur ta' din kien ukoll l-għalliem tal-iskola fejn beda jmur Charles fl-1817. F'Lulju ta' dik is-sena, Susannah Darwin mietet, meta Charles kellu biss tmien snin. F'Settembru tal-1818, daħal l-iskola Anglikana tal-inħawi, Shrewsbury School, bħala student intern.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 12/15. </ref>
 
Darwin qatta' s-sajf tal-1825 jgħin 'l missieru jieħu ħsieb il-fqar ta' Shropshire. Fil-ħarifa ta' dik is-sena, mar l-Università ta' [[Edinburgu]], l-[[Skozja|Iskozja]], biex jistudja l-[[mediċina]], iżda tant naffritu l-ħruxija tal-kirurġija li ttraskura l-istudji mediċi. John Edmonston, ilsir meħlus iswed, għallmu jibbalzma l-annimali u kien jirrakkontalu stejjer affaxxinanti dwar il-foresti tropikali tal-[[Amerika t'Isfel]]. Aktar tard, f'''Nisel il-bniedem u l-għażla marbuta mas-sess'', juża' din l-esperjenza biex jenfasizza li, minkejja d-differenzi superfiċjali fid-dehra, "il-Suwed u l-Ewropej" huma qrib ħafna ta' xulxin.<ref> Darwin fl-1871, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F937.1&viewtype=text&pageseq=245 p 232]. {{Iċċita|"Minkejja li r-razez eżistenti tal-bniedem ivarjaw f'ħafna aspetti, bħall-kulur, ix-xagħar, l-għamla tal-kranju, proporzjonijiet tal-ġisem, &c., jekk inqisu l-organizzazzjoni kollha insibu li jixbħu lil xulxin fil-qrib f'għadd kbir ħafna ta' punti. Ħafna minn dawn il-punti huma tant bla importanza jew ta' natura hekk singulari, li huwa improbabbli wisq li dawn inkisbu indipendentement minn speċi jew razez aboriġinali distinti."}}</ref>
 
Matul it-tieni sena, Charles Darwin issieħeb fis-Soċjetà Plinjana, grupp ta' studenti li kellhom interess kbir fl-[[storja naturali|istorja naturali]].<ref> Bowne 1995, p. 72. </ref> Sar student ta' [[Robert Edmond Grant]] (1793-1874), li kien jappoġġja t-teorija tal-evoluzzjoni ta' [[Jean-Baptiste Lamarck]] (1744-1829), kif kien jagħmel ukoll missieru, Erasmus Darwin. Fuq ix-xtut tal-[[estwarju]] tax-xmara Forth, Charles ħa sehem fir-riċerka ta' Grant fuq iċ-ċikli tal-ħajja tal-annimali tal-baħar. Din ir-riċerka kienet dwar l-omoloġija, it-teorija li l-annimali kollha għandhom organi simili li jvarjaw biss fil-komplessità tagħhom, u dan jindika li għandhom antenati komuni.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 33-40. </ref> F'Marzu tal-1827, Darwin għamel taħdita lil sħabu Plinjani dwar iskoperta li kien għamel: l-ispori suwed misjuba sikwit fil-qxur tal-[[gajdra|gajdar]] huma l-bajd tas-[[sangisug]].<ref> Browne 1995, p. 82. </ref> Kien jattendi wkoll il-kors ta' Robert Jameson (1774-1854), fejn tgħallem l-istratigrafija ġeoloġika, il-klassifikazzjoni tal-pjanti u studja l-kollezzjoni għanja tal-Mużew tal-Università, li dak iż-żmien kienet waħda mill-aqwa tal-Ewropa.<ref>Desmond & Moore 1991, p. 42-43. </ref>
 
Fl-1827, missier Charles ra li ibnu ma kienx qiegħed jagħmel progress fl-istudju tal-mediċina u bagħtu Christ's College, Cambridge, biex jagħmel il-[[Baċellerat tal-Arti]]. Il-ħsieb kien li Charles jieħu diploma fit-teoloġija u jidħol qassis Anglikan.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 47-48. </ref> Imma, Darwin kien jippreferi jqatta' ż-żmien jirkeb iż-żiemel u jmur għall-kaċċa milli jintefa' fuq l-istudji tiegħu.<ref>Darwin 1887, paġni [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=10 10], [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=14 14], [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=15 15] u [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=17 17].</ref> Ma' kuġinuh [[William Darwin Fox]] (1805-1880), beda jinteressa ruħu fil-kollezzjoni tal-ħniefes (Coleoptera).<ref>Darwin 1887: [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=18 18].</ref> Fox laqqgħu mar-reverendu [[John Stevens Henslow]] (1795-1861), professur tal-botanika u espert fl-insetti. Darwin beda jattendi l-kors tal-istorja naturali mogħti minn Henslow u sar l-istudent preferit tiegħu. Darwin kien magħruf mill-professuri l-oħra bħala "dak li jkun ma' Henslow".<ref> Desmond & Moore 1991, p. 80-81. </ref ><ref> Darwin 1887: [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=19 19] </ref> Meta l-eżamijiet qarbu, Darwin beda jikkonċentra fuq l-istudji tiegħu u ħa xi lezzjonijiet privati minn Henslow. Darwin kien partikolarment entużjasta fuq il-kitba ta' William Paley (1743-1805), li t-''Teoloġija Naturali'' tiegħu (1802), inkludiet argumenti għad-disinn divin fin-natura.<ref> Darwin 1887: [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=16 16] </ref>
 
{{Iċċita| "Biex tgħaddi mill-eżami tal-lawrja, kien meħtieġ ukoll li titgħallem l-''Evidenzi tal-Kristjaneżmu'' ta' Paley u l-''Filosofija Morali'' tiegħu. Dan sar b'attenzjoni kbira, u jien konvint li stajt nikteb l-''Evidenzi'' sħiħ bla ebda żball, imma naturalment mhux bil-lingwa ċara ta' Paley. Il-loġika ta' dan il-ktieb, u inżid ngħid, tat-''Teoloġija naturali'' tiegħu, tawni pjaċir daqs [[Ewklide]]. L-istudju bir-reqqa ta' dawn ix-xogħlijiet mingħajr ma nipprova nitgħallimhom bl-amment, kien l-unika parti tal-kors akkademiku li, kif ħassejt dak iż-żmien u kif għadni naħseb, kien għall-inqas ta' xi użu għall-edukazzjoni ta' moħħi. Ma kontx ninkwieta fuq il-premessi ta' Paley; għall-ewwel fdajthom, kont affaxxinat u konvint bil-katina twila ta' argumentazzjoni."<ref> {{Iċċita| "In order to pass the B.A. examination, it was also necessary to get up Paley's 'Evidences of Christianity,' and his 'Moral Philosophy'. This was done in a thorough manner, and I am convinced that I could have written out the whole of the 'Evidences' with perfect correctness, but not of course in the clear language of Paley. The logic of this book and, as I may add, of his 'Natural Theology,' gave me as much delight as did Euclid. The careful study of these works, without attempting to learn any part by rote, was the only part of the academical course which, as I then felt and as I still believe, was of the least use to me in the education of my mind. I did not at that time trouble myself about Paley's premises; and taking these on trust, I was charmed and convinced by the long line of argumentation."}}</ref>}}
 
Hemm min jaħseb li l-entużjażmu ta' Darwin għall-''addattamentiżmu'' reliġjuż ta' Paley, paradossalment, influwenzah aktar tard, fil-formolazzjoni tat-teorija tiegħu tas-selezzjoni naturali<ref> von Sydow 2003. </ref >. Fl-eżamijiet finali f'Jannar tal-1831, hu mar tajjeb fit-teoloġija, imma mhux daqshekk fil-letteratura klassika, il-[[matematika]] u l-[[fiżika]], minkejja li ġie l-għaxar wieħed minn 178 student.<ref> Browne 1995, p. 97. </ref>
 
Ir-regoli tal-Università lil Darwin rabtuh li jibqa' Cambridge sa Ġunju. Fuq il-parir ta' Henslow, ma għaġġilx biex jordna fil-knisja Anglikana u ispirat mill-vjaġġ ta' [[Alexander von Humboldt]] (1769-1859), organizza vjaġġ lejn il-gżira ta' [[Tenerif]] ma' xi wħud minn sħabu li kienu għadhom kif ħadu l-lawrja, biex jistudjaw l-istorja naturali taż-żona tropikali. Biex jitħejja aħjar, Darwin ħa l-kors tal-ġeoloġija tar-reverendu Adam Sedgwick (1785-1873) u matul is-sajf, ħa sehem fit-tfassil ta' mappa ġeoloġika fil-[[Galles]].<ref> Browne 1995, pp. 133-141. </ref> Wara li qatta' ħmistax ma' studenti ħbiebu f'[[Barmouth]], Darwin mar lura d-dar fejn sab tistennih ittra minn għand Henslow fejn irrakmandah bħala naturalista xieraq (allavolja t-taħriġ tiegħu ma kienx għadu komplut) għal pożizzjoni bla ħlas ma' [[Robert FitzRoy]] (1805-1865), il-kaptan tal-''HMS Beagle'', li kien ħa jitlaq erba' ġimgħat wara biex jagħmel il-kartografija tal-kosta tal-Amerika t'Isfel. Missieru għall-ewwel kien kontra dan il-vjaġġ ta' sentejn li kien iqisu bħala ħela ta' żmien, imma fl-aħħar, ħu l-mara, [[Josiah Wedgwood II|Josiah Wedgwood]], ikkonvinċih u spiċċa biex iħalli 'l ibnu jieħu sehem fil-vjaġġ.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 94-97. </ref>
 
=== Il-vjaġġ tal-''Beagle'' ===
[[Stampa:Voyage of the Beagle-en.svg|thumb|450px|right| Il-vjaġġ tal-''Beagle'' (27 ta' Diċembru 1831 - 2 ta' Ottubru 1836)]]
Mill-ħames snin tal-ispedizzjoni tal-''HMS Beagle'', Darwin qatta' żewġ terzi tal-ħin fuq l-art. Iddeskriva għadd kbir ta' osservazzjonijiet ġeoloġiċi, ġabar ħafna organiżmi ħajjin u fossili, u metodikament ikkonserva l-kollezzjoni għanja ta' kampjuni li kien ġabar, ħafna minnhom ġodda għax-xjenza.<ref> van Wyhe 2006. </ref> F'diversi okkażjonijiet matul il-vjaġġ bagħat Cambridge xi kampjuni flimkien ma' ittri dwar l-iskoperti tiegħu. Dan għen biex jistabbilixxi l-fama tiegħu bħala naturalista. In-noti dettaljati li wrew kemm kien kapaċi fit-teorija jiffurmaw il-bażi tax-xogħol tiegħu ta' wara. Fid-[[Il-vjaġġ tal-Beagle|djarju]] tiegħu, li fil-bidu kien għall-familja biss u iktar tard ġie ippubblikat bit-titlu ''Il-vjaġġ tal-Beagle'', ġabar fih l-osservazzjonijiet tiegħu, u pprovda informazzjoni soċjali, politika u antropoloġika fuq għadd kbir ta' nies, kemm kolonjali u kemm indiġeni, li kien iltaqa' magħhom.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 189-192, 198. </ref>
 
Qabel it-tluq, Robert FitzRoy<ref> Robert FitzRoy wara sar difensur tal-interpretazzjoni litterali tat-testi [[Bibbja|bibliċi]]. F'daż-żmien wera interess konsiderevoli fl-ideat ta' Lyell kif jixhdu xi wħud mill-kummenti li għamel meta kien l-Amerika t'Isfel. Fid-djarju intimu tiegħu FitzRoy, matul il-vjaġġ max-[[Río Santa Cruz|Xmara Santa Cruz]], kiteb li kien jaħseb li l-pjanuri kienu oriġinarjament bajjiet li maż-żmien telgħu. Meta mar lura, wara li żżewweġ mara devota ħafna, ċaħad dawn l-ideat (ara Browne 1995, pp. 186, 414). </ref> ta 'l Darwin l-ewwel volum tal-''Prinċipji tal-Ġeoloġija'' ta' Charles Lyell (1797-1875) li spjega l-għamliet tal-art bl-akkumulazzjoni ta' proċessi gradwali matul perjodi twal ħafna ta' żmien. Fil-wasla tagħhom fil-gżira ta' [[Santiago (Kap Verde)|Santiago]] fil-[[Kap Verde]], Darwin osserva saff abjad fl-għoli f'irdum vulkaniku, saff magħmul minn frak tal-[[qroll]] u molluski maħruqin. Din l-osservazzjoni, li taqbel mal-prinċipju ta' Lyell dwar it-tlugħ u nżul bilmod tal-art, tat 'il Darwin prospettiva ġdida dwar l-istorja [[ġeoloġija|ġeoloġika]] tal-gżira u beda jaħseb biex jikteb ktieb dwar il-ġeoloġija.<ref> Browne 1995, pp. 183-190. </ref> Din l-iskoperta kienet segwita minn oħrajn iżjed importanti.<ref> John van Wyhe (2006). </ref> Innota li l-pjanuri tal-[[Patagonja]] huma magħmulin minn ċagħaq u arzell, bħal xtut li telgħu. Wara terremot fiċ-[[Ċili]], innota saff ta' maskli 'l fuq mill-livell tal-baħar, li jindika li l-livell tal-art kien tela'. F'altitudni għolja fl-[[Andi]], innota li xi fossili tas-siġar kienu żviluppaw fuq xtajtiet ramlija, qrib l-arzell tal-baħar. Fl-aħħarnett żvilluppa t-teżi li l-atolli tal-kroll iffurmaw fuq koni vulkaniċi huma u jegħrqu, u kkonfermaha meta l-''Beagle'' għadda mill-gżejjer [[Kokos]].<ref> Desmond & Moore 1991: 160-168, 182. <br /> 1887 Darwin: [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1452.1&viewtype=text&pageseq=278 260]. <br /> 1958 Darwin: [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1497&viewtype=text&pageseq=100 98-99] </ref>
 
[[Stampa: HMS Beagle by Conrad Martens.jpg|thumb|250 px|left|Filwaqt li l-"Beagle" kien qiegħed jesplora x-xtut tal-Amerika t'Isfel (minn Terra-de-fueco) Darwin beda jipproponi xi teoriji fuq il-meravilji tan-natura madwaru. Pittura mpinġija minn Conrad Martens matul il-vjaġġ.]]
Fl-[[Amerika t'Isfel]], Darwin skopra fossili ta' [[mammiferu|mammiferi]] ġganti estinti midfuna fis-saffi ta' qxur tal-arzell, li wrew estinzjoni riċenti mingħajr l-ebda sinjal ta' diżastri jew bidla fil-klima. Għalkemm iddentifika korrettement wieħed minn dawn fossili bħala Megaterju ([[Megatherium]]) u għaraf frammenti tal-qoxra tal-[[armadillo]] lokali, kien tal-fehma li dawn il-fdalijiet kienu ġejjin minn speċi Ewropej jew Afrikani. Kien biss wara r-ritorn tiegħu, li [[Richard Owen]] (1804-1892) wera li dawn il-fdalijiet kienu fil-fatt qrib il-ħlejjaq li jgħixu fl-Amerika biss.<ref> Browne 1995, p. 224; Darwin 1835: [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1&viewtype=text&pageseq=7 7]; Desmond & Moore 1991, p. 210 </ref>
 
It-tieni volum tax-xogħol ta' Charles Lyell ta argumenti kontra l-evoluzzjoniżmu u spjega l-firxa tal-ispeċi permezz tal-idea ta' "ċentri ta' ħolqien".<ref> Il-ħolqien divin ma seħx darba biss, iżda bosta drabi, wara kull darba li l-ispeċi inqerdu minn xi diżastri.</ref><ref> Desmond & Moore, 1991 131, 159. </ref> Darwin irċieva dan il-ktieb u qrah b'attenzjoni kbira, u minnu ħareġ ideat li jmorru iżjed 'l bogħod milli qatt kien immaġina Lyell.<ref> Desmond & Moore, 1991 131, 159. </ref> Fl-[[Arġentina]], induna li żewġ tipi ta' [[nagħma]] kienu jgħixu f'territorji separati imma li jirkbu parzjalment fuq xulxin. Fuq il-[[Gżejjer Galapagos]], ġabar ħafna mimidi (''Mimidae'') u nnota li dawn jvarjaw skont liema gżira jkunu ġew minnha. Sema' wkoll li l-Ispanjoli li jgħixu f'dawn l-inħawi kienu jafu jgħidu minn fejn ġejjin il-fkieren mid-dehra tagħhom, imma kien ikkonkluda wkoll li kienu huma stess li daħħluhom fil-gżejjer.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 145, 170-172. </ref> Fl-[[Awstralja]], l-ornitoriku (''Ornithorhynchus anatinus'') u l-kangaru-far (''Aepyprymnus rufescens'') rahom hekk strambi li għalih kienu qishom ix-xogħol ta' żewġ ħallieqa differenti.<ref> Darwin 1839: [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F10.3&viewtype=text&pageseq=545 p.526].</ref>
 
F'[[Cape Town]], Darwin u FitzRoy iltaqgħu ma' [[John Herschel]] (1792-1871), li ftit qabel kien kiteb lil Lyell dwar is-suġġett tal-"misterju tal-misterji", in-nissel tal-ispeċi. Waqt li kien qiegħed jirranġa n-noti tiegħu matul il-vjaġġ lura, Darwin kiteb li s-suspetti li kellu dwar il-mimidi u l-fkieren kienu korretti, ''fatti bħal dawn idgħajfu l-istabbiltà tal-ispeċi'' imbagħad prudentament żied il-kelma ''jistgħu''.<ref> Keynes 2000, Eldredge 2006 </ref> Kiteb aktar tard li ''fatti bħal dawn jidhru li jitfgħu xaqq ta' dawl fuq l-oriġini tal-ispeċi''.
<ref> Darwin 1859: [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F373&viewtype=text&pageseq=16 p.1]. </ref>
 
Tlieta min-nies minn [[Tierra del Fuego]] li kienu ttieħdu fuq il-''Beagle'' matul il-vjaġġ ta' qabel kienu abbord biex jirritornaw bħala missjunarji. Matul is-sentejn li qattgħu l-Ingilterra, suppost saru "ċivilizzati", imma għal Darwin mill-qrib kienu jidhru ''slavaġġ sfortunati u msejkna''.<ref>Darwin 1845 : [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F14&viewtype=text&pageseq=220 207–208].</ref>
 
Sena wara,<ref>Il-missjunarji tħallew l-art fit-23 ta' Jannar tal-1833. L-ekwipaġġ tal-Beagle żar it-tliet missjunarji Fwegjani fil-5 ta' Marzu tal-1834, wara l-esplorazzjoni tal-gżejjer Malvini, l-[[Arġentina]], l-[[Urugwaj]] u l-iStrett ta' Magellan.</ref> il-missjunarji li kienu tħallew l-art kienu abbandunaw il-missjoni tagħhom u Jemmy Button biss ġie jiltaqa' magħhom, kien mar lura għall-ħajja salvaġġa u qallhom li ma kellu ''l-ebda xewqa li jmur lura l-Ingilterra'' u li kien ''kuntent u sodisfatt''.<ref>''Darwin 1839. Il-vjaġġ tal-Beagle. [http://www.readprint.com/chapter-2234/Charles-Darwin Kapitlu X: Tierra Del Fuego].
{{Iċċita| "Dan il-bniedem kien il-povru Jemmy, - issa salvaġġ niexef u magħlub, b'xagħru twil u mħabbel, u għarwien barra minn biċċa kutra mdawra ma' qaddu ... Qatt ma rajt bidla hekk kompluta u gravi ... Qalilna li ... qrabatu kienu nies tajba ħafna, u li ma xtaqx imur lura Ingilterra ..."}}</ref> Minħabba din l-esperjenza, Darwin beda jemmen li l-bniedem ma kienx daqstant imbiegħed mill-annimali, u d-differenza kienet prinċipalment minħabba d-differenzi fl-iżvilupp kulturali bejn iċ-ċiviltajiet aktar milli minħabba d-differenzi razzjali. Kien jobgħod il-[[jasar]] li kien ra f'postijiet oħra fl-Amerika t'Isfel, u kien jistmer l-effetti tal-kolonizzazzjoni Ewropea fuq l-aboriġni tal-[[Awstralja]] kif ukol fuq il-Maori ta' [[New Zealand]]".<ref> Browne 1995, p. 244-250. </ref>
 
FitzRoy inħatar biex jikteb l-istorja uffiċjali tal-vjaġġ tal-''Beagle''; ftit qabel tmiem il-vjaġġ, qara' d-djarju ta' Darwin u talbu jirranġah u hekk sar it-tielet volum, iddedikat għall-istorja naturali.<ref> Browne 1995, p. 336. </ref>
 
=== Il-bidu tat-teorija tal-evoluzzjoni ta' Darwin ===
[[Stampa: Charles Darwin by G. Richmond.jpg|thumb|200px|right| Bħala żagħżugħ, Charles Darwin ngħaqad mal-komunità tal-aqwa xjenzati Brittaniċi. Ritratt bl-akwarelli ta' George Richmond lejn l-aħħar tas-snin tletin tas-seklu XIX.]]
Waqt li Darwin kien għadu jivvjaġġa, [[John Stevens Henslow|Henslow]] stinka biex l-eks-student tiegħu isir magħruf min-naturalisti eminenti billi qassam eżempji ta' fossili u ktejjeb li kien fih l-ittri ta' Darwin dwar il-ġeoloġija.<ref>Darwin 1835 : [http://darwin-online.org.uk/EditorialIntroductions/Freeman_LettersOnGeology.html Daħla editorjali].</ref> Sa meta l-''Beagle'' wasal lura fit-2 ta' Ottubru tal-1836, Darwin kien diġà sar famuż fost ix-xjenzati. Wara li mar id-dar fi Shrewsbury u ra l-familja tiegħu, telaq malajr lura [[Cambridge]] biex jara 'l Henslow li qallu li kien lest jieħu ħsieb il-kampjuni botaniċi hu stess u tah parir isib naturalisti kapaċi biex jiddeskrivu l-kollezzjonijiet u jagħmlu l-katalgu tagħhom. Missier Darwin sab fondi biżżejjed biex iħalli 'l ibnu jsir xjenzat finanzjarjament indipendenti u Darwin kien mimli entużjażmu meta dar l-istituzzjonijiet ta' [[Londra]], fejn kien onorat kullimkien. Fittex esperti biex jiddeskrivu l-kollezzjonijiet tiegħu: iż-żooloġi kienu qegħdin lura ħafna fix-xogħol tagħhom u ċerti kampjuni kienu fil-periklu li sempliċement jintesew fil-ġenb.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 195-198. </ref>
 
Kien b'kurżità kbira li Charles Lyell iltaqa' ma' Darwin għall-ewwel darba fid-29 ta' Ottubru, u ma tilifx żmien biex jippreżenta 'l Richard Owen (1804-1892), anatomiku li kellu jkollu futur kbir, li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-faċilitajiet tal-[[Kulleġ Rjali tal-Kirurġija]] biex jistudja l-għadam fossilizzat li kien ġabar Darwin. Fost ir-riżultati mhux mistennija li sab Owen, kien hemm xi Megaterji ġganti, kranju ta' Toxodon, annimal li kien jixbah l-[[ippopotamu]], xi rodituri estinti, kif ukoll frammenti tal-qoxra ta' [[armadilli]] enormi (Glyptodon) li għebu, kif Darwin kien ippropona mill-bidu nett<ref>Owen 1840 : [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F8.1&viewtype=text&pageseq=26 No. 1 p 16] [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F8.13&viewtype=text&pageseq=26 No. 4 p 106]</ref><ref>Eldredge (2006).</ref>. Dawn il-ħlejjaq fossilizzati ma kellhomx x'jaqsmu mal-annimali Afrikani, imma kienu marbutin strettament mal-ispeċi li jgħixu l-Amerika t'Isfel<ref>Desmond & Moore 1991 : 201–205</ref><ref>Browne 1995 : 349–350.</ref>.
 
[[Stampa:Darwin tree.png|left|thumb|200px|L-ewwel abbozz tas-siġra evoluzzjonarja ta' Darwin meħud minn ''First Notebook on Transmutation of Species'' (1837)]]
F'nofs Diċembru, Darwin mar Cambridge biex jorganizza x-xogħol fuq il-kollezzjonijiet tiegħu u jerġa' jemenda d-djarju tiegħu.<ref>Browne 1995, p. 345–347.</ref> Kiteb l-ewwel artiklu tiegħu li fih wera li l-massa kontinentali tal-Amerika t'Isfel kienet għaddiet minn tlugħ bil-mod il-mod, u appoġġat bil-qalb minn Lyell, qrah lis-Soċjetà Ġeoloġika ta' Londra fl-4 ta' Jannar tal-1837. L-istess jum offra lis-Soċjetà Żooloġika ta' Londra il-kampjuni ta' [[mammiferi]] u għasafar li kellu. L-ornitologu John Gould (1804-1881) ma damx ma ħabbar li l-għasafar tal-Galapagos li Darwin kien jemmen li huma taħlita ta' [[malvizzi]], ''[[grosbeak]]s'' u [[sponsuni]], kienu fil-fatt tliet speċi distinti ta' sponsuni. Fis-17 ta' Frar tal-1837, Darwin ġie elett għall-Kunsill tas-Soċjetà Rjali Ġeografika. Fl-indirizz presidenzjali tiegħu, Lyell ippreżenta s-sejbiet ta' Owen fuq il-fossili ta' Darwin, u enfasizza li l-kontinwità ġeografika tal-ispeċi ikkonfermat l-ideat attwalisti tiegħu.<ref name=attwal/><ref> Desmond & Moore 1991, p. 207-210. </ref ><ref> Sulloway 1982, p. 57 </ref>
 
Fis-6 ta' Marzu tal-1837, Darwin mar joqgħod Londra biex ikun eqreb il-post tal-kariga ġdida tiegħu fis-Soċjetà Ġeografika. Hemm ingħaqad ma' ċirku vivaċi ta' xjenzati u għorrief bħal [[Charles Babbage]] (1791-1871), li kien jemmen li Alla kien ordna l-ħajja minn qabel skont ċerti liġijiet naturali mingħajr ma jkollu jagħmel ebda ħolqien mirakoluż [[ad hoc]]. Darwin kien joqgħod qrib ħuh Erasmus, ħassieb ħieles, li kien parti miċ-ċirku tal-"[[Whig (Renju Unit)|Whigs]]" u li l-ħabiba tal-qalb tiegħu, il-kittieba [[Harriet Martineau]] (1802-1876), kienet tippromwovi l-ideat ta' [[Thomas Malthus]] (1766-1834) li kienu l-bażi tar-riformi tal-''Poor Laws'' irrakkmandati mill-Whigs. Dawn ir-riformi kellhom l-għan li jiskoraġġixxu l-fqar li jkollhom iżjed ulied milli jippermettulhom ir-riżorsi tagħhom. Il-kwistjoni ta' John Herschel (1792-1871) dwar l-oriġini tal-ispeċi kienet diskussa fil-wisgħa. Xi personalitajiet mill-komunità medika, fosthom Dr [[James Manby Gully]] (1808-1883) waslu biex jaqblu ma' Grant fl-ideat tiegħu tat-trasformazzjoni tal-ispeċi, iżda fl-għajnejn tax-xjenzati ħbieb ta' Darwin, ereżija daqshekk radikali kienet tista' tipperikola l-bażi divina tal-ordni soċjali diġà mhedda mir-reċessjoni u r-rewwixti.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 196-201, 212-221. </ref>
 
Gould, sadanittant, sab li l-għasafar [[mimi poliglotti]] (Mimus polyglottos) tal-Galapagos minn gżejjer differenti kienu speċi distinti u mhux biss varjetajiet, filwaqt li t-[[trogloditi]] (Troglodytinae) kienu speċi oħra ta' [[frinġillidji]] (Fringillidae). Darwin ma kienx niżżel eżatt mil-liema gżejjer kienu ġejjin dawn l-għasafar, imma sab l-informazzjoni fin-noti ta' membri oħra tal-ispedizzjoni fuq il-''Beagle'', fosthom FitzRoy, li kienu rreġistraw aktar bir-reqqa dak li kienu ġabru huma stess. Iż-żoologu Thomas Bell (1792-1880) wera li l-fkieren tal-Galapagos kienu indiġeni għall-gżejjer. Qabel nofs Marzu, Darwin kien konvint li wara li l-annimali jkunu waslu fil-gżejjer kienu b'xi mod jinbidlu biex jiffurmaw fuq id-diversi gżejjer speċi ġodda – beda jirrifletti fuq din it-trasformazzjoni u jinnota r-riżultati ta' ħsibijietu fil-"pitazz aħmar" li kien beda fuq il-"Beagle". F'nofs Lulju, beda l-pitazz sigriet tiegħu, il-"pitazz B" fuq din it-trasformazzjoni u, fil-paġna 36, kiteb "naħseb" 'il fuq mill-ewwel tħażżiza ta' siġra li turi l-evoluzzjoni.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 220-229. </ref ><ref> Eldredge 2006. </ref>
 
=== Għeja, mard u żwieġ ===
Fl-istess ħin li kien imħabbat bl-istudju tat-trasformiżmu, Darwin tgħabba b'xogħol ieħor. Waqt li kien għadu jemenda d-''Djajru'' tiegħu, ħa f'idejh ir-reviżjoni u l-pubblikazzjoni tar-rapporti tal-esperti dwar il-kollezzjonijiet tiegħu u, bl-għajnuna ta' Henslow, kiseb l-għotja ta' 1000 [[lira sterlina]] biex jiffinanzja ż-''[[Iż-Żooloġija tal-vjaġġ tal-HMS Beagle|Żooloġija tal-vjaġġ tal-HMS Beagle]]'' f'numru ta' volumi. Aċċetta skadenzi li kien impossibbli li jżommhom kemm għal dan ix-xogħol u kemm għal ktieb dwar il-''Ġeoloġija tal-Amerika t'Isfel'' li fih appoġġja l-ideat ta' Lyell. Darwin spiċċa l-edizzjoni tad-''Djajru'' tiegħu fl-20 ta' Ġunju tal-1837 hekk kif ir-[[Vittorja tar-Renju Unit|Reġina Vittorja]] telgħet fuq it-tron, iżda kien baqgħalu jikkoreġi l-aħħar provi.<ref> Browne 1995 , pp. 367-369. </ref>
 
Is-saħħa ta' Darwin sofriet minħabba x-xogħol żejjed li tgħabba bih. Fl-20 ta' Settembru tal-1837, ħass xi "palpitazzjonijiet tal-qalb". It-tabib tiegħu ordnalu xahar mistrieħ, u għalhekk mar Shrewsbury joqgħod f'[[Maer Hall]] mal-qraba tan-naħa ta' ommu, imma sabhom kurjużi wisq dwar l-istejjer fuq il-vjaġġi tiegħu biex ikun jista' jistrieħ. Il-kuġina tiegħu [[Emma Darwin|Emma Wedgwood]], grazzjuża, intelliġenti u kolta, u disa' xhur ikbar minn Darwin, kienet tieħu ħsieb zijitha, li kienet marida. Zijuh [[Josiah Wedgwood II|Jos]] urieh post fejn xi rmied kien sparixxa taħt il-ħamrija u ssuġġerixxa li dan jista' jkun il-ħidma tal-ħniex. Din kienet l-oriġini ta' taħdita li Darwin ta lis-Soċjetà Ġeologika fl-1 ta' Novembru, fejn wera għall-ewwel darba is-sehem tal-ħniex fil-formazzjoni tal-ħamrija.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 233-234. </ref><ref> Arrhenius 1921, pp. 255-257 </ref>
 
[[William Whewell]] (1794-1866) ħajjar lil Darwin jaċċetta l-kariga ta' Segretarju tas-Soċjetà Ġeologika. Wara li fil-bidu rrifjuta din ir-responsabbiltà żejda, aċċetta l-post f'Marzu 1838.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 233-236. </ref> Minkejja x-xogħol tal-kitba u l-editjar, għamel progress notevoli fuq it-trasformiżmu. Filwaqt li l-ideat tiegħu dwar l-evoluzzjoni żammhom sigrieti, kien jieħu kull opportunità li jintervista n-naturalisti ta' esperjenza u, b'mod informali, in-nies li kellhom tagħrif prattiku bħall-bdiewa u d-dilettanti tal-ħamiem.<ref> van Wyhe 2006. </ref ><ref> Desmond & Moore 1991, p. 241-244, 426. </ref> Maż-żmien ir-riċerka tiegħu twessgħet u kien jistaqsi l-familja kollha, inklużi t-tfal, il-maġġurdom, il-ġirien, nies mill-kolonji u sħabu ta' abbord.<ref> Browne 1995, p. xii </ref> L-ispekulazzjoni inizzjali tiegħu inkludiet ir-razza umana u fit-28 ta' Marzu tal-1838, wara li osserva xadina fiż-żu, innota x-xebh kbir bejn l-imġiba tagħha u dik ta' tifel jew tifla.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 241-244. </ref>
 
Dawn l-isforzi kollha fl-aħħar għamlu bih u, f'Ġunju, kellu jibqa' fis-sodda għal ftit jiem minħabba problemi tal-istonku, uġigħ ta' ras u sintomi kardijaċi.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 252. </ref> Fil-bqija ta' ħajtu, kellu jieqaf bosta drabi minħabba uġigħ fl-istonku, rimettar, sħana kbira, palpitazzjonijiet, rogħda u uġigħ ieħor, speċjalment fil-mumenti ta' tensjoni, bħal meta kien ħa jattendi xi laqgħa jew jirrispondi għal xi polemika fuq it-teorija tiegħu. Il-kawża ta' din il-marda baqgħet ma nstabitx f'ħajtu, u l-kura għamlet ftit suċċess. Fiż-żmienna kien hemm xi suġġerimenti, fosthom il-[[marda ta' Chagas]], li seta' ħa mill-gdim tal-insetti fl-Amerika t'Isfel, il-[[Marda ta' Ménière|marda ta' Meniere]], jew diversi mard psikoloġiku. Għadna ma nafux żgur.<ref> Gordon 1999. </ref>
 
[[Stampa:Emma Darwin.jpg|thumb|200 px|right|Charles iżżewweġ lill-kuġina tiegħu Emma Wedgwood.]]
Fit-23 ta' Ġunju tal-838, waqaf ftit mill-ħidma tiegħu biex imur jagħmel xi xogħol ġeoloġiku fl-Iskozja. Żar [[Glen Roy]] biex hemmhekk jara t-"toroq" paralleli maqtugħin fil-ġenb tal-għoljiet. Hu kien jaħseb li dawn fil-qedem kienu xtut tal-baħar li telgħu imma Louis Agassiz (1807-1873) aktar tard (1840) wera li dawn qabel kienu l-ġnub ta' lagi glaċjali.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 254. </ref ><ref> Browne 1995, pp. 377-378. </ref ><ref> Darwin (1887): [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=26 p. 26]: {{Iċċita|"Matul dawk is-sentejn għamilt bosta mawriet qosra biex nistrieħ, u waħda itwal lit-toroq paralleli ta' Glen Roy, li d-deskrizzjoni tagħha ġiet ippubblikata fil-'Philosophical Transactions' (1839, paġni 39-82.). Dan l-artkilu kien fjask kbir, u jġegħlni nistħi. Billi t-tlugħ tal-art fl-Amerika t'Isfel kien impressjonani profondament attribwejt il-linji paralleli lill-azzjoni tal-baħar, iżda kelli nabbanduna din il-fehma meta Agassiz ippropona t-teorija tiegħu tal-lagi glaċjali. Billi l-ebda spjegazzjoni oħra ma kienet possibbli b'dak li konna nafu dak iż-żmien, argumentajt favur l-azzjoni tal-baħar, u l-iżball tiegħi kien lezzjoni tajba għalija biex fix-xjenza qatt ma nafda fil-prinċipju ta' esklużjoni".}}</ref>
 
F'Lulju Darwin kien mistrieħ għal kollox u reġa' mar Shrewsbury. Kellu d-drawwa li jieħu n-noti l-ħin kollu fuq ir-riproduzzjoni tal-annimali u jħażżeż il-ħsibijiet dwar il-karriera u l-proġetti tiegħu kif jiġuh f'rasu fuq żewġ biċċiet karti żgħar. Waħda minn dawn kien fiha żewġ kolonni bit-titlu "''Niżżewweġ''" u "''Ma niżżewwiġx''". Il-vantaġġi jinkludu: "sieħba fidila u ħabiba fix-xjuħija ... aħjar minn kelb f'kull każ" u l-punti opposti bħal "inqas flus għal kotba" u "telf terribbli ta' żmien".<ref> Darwin 1958, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1497&viewtype=text&pageseq=238 pp.232-233] </ref> Meta ddeċieda favur iż-żwieġ, iddiskutih ma' missieru, u mbagħad żar lil Emma fid-29 ta' Lulju tal-1838. Ma kellux żmien jagħmel il-proposta taż-żwieġ, għax kontra l-parir ta' missieru, qagħad jitkellem fuq l-ideat tiegħu dwar it-trasformiżmu.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 256-259. </ref>
 
Filwaqt li kompla r-riċerki tiegħu f'Londra, Darwin qara, bħala distrazzjoni, is-sitt edizzjoni ta' "[[Saġġ dwar il-Prinċipju tal-Popolazzjoni]]" ta' [[Thomas Malthus]]; dan ikkalkula li minħabba r-rata tat-twelid, il-popolazzjoni umana setgħet tirdoppja kull 25 sena, imma fil-prattika, din iż-żieda titrażżan mill-mewt, mard, gwerer u ġuħ<ref> van Wyhe 2006. </ref><ref> Malthus 1826. </ref><ref> Desmond & Moore 1991, p. 264-265. </ref><ref> Huxley 1897, [http://aleph0.clarku.edu/huxley/CE9/CaML.html pp. 162-3] </ref> Darwin mill-ewwel ra li dan japplika wkoll għal "kunflitt bejn l-ispeċi", kif kien innota fil-każ tal-pjanti, [[Augustin Pyramus de Candolle]] (1778-1841), u għall-ġlieda għall-ħajja fost annimali salvaġġi. Ra wkoll li din kienet ir-raġuni għala l-għadd ta' speċi baqa' relattivament stabbli. Billi l-ispeċi dejjem jirriproduċu iktar milli hemm riżorsi għalihom, varjazzjonijiet favorevoli jagħmlu 'l dawk l-organiżmi li jkunu fihom aktar probabbli li jgħixu u jittrasmettu dawn il-bidliet lil uliedhom, filwaqt li l-varjazzjonijiet mhux favorevoli jispiċċaw biex jisparixxu. Minn hemm tiġi l-formazzjoni tal-ispeċi ġodda.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 264-265. </ref><ref> Browne 1995, p. 385-388 </ref><ref> Darwin 1842, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1556&viewtype=text&pageseq=39 p. 7] </ref><ref> Darwin 1887, [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=34 p. 34] </ref> Fit-28 ta' Settembru tal-1838,<ref> van Wyhe-2006. </ref> innota din l-ispjegazzjoni ġdida tal-kwistjoni u ddeskriviha bħala xorta ta' post, fejn jiġu ntrodotti strutturi iżjed addattati fl-ispazji tal-ekonomija naturali filwaqt li l-istrutturi iżjed dgħajfin jintremew. Issa kellu ipoteżi li seta' jaħdem fuqha.
 
Fix-xhur ta' wara, qabbel il-bdiewa li jagħżlu l-aħjar bhejjem għat-trobbija man-Natura Malthusjana li tagħżel fost il-varjanti maħluqa "każwalment", b'mod li "kull element ta' [kull] struttura akkwistata riċentament jiġi implimentat bis-sħiħ u pperfezzjonat". Ra f'din l-analoġija "l-isbaħ parti tat-teorija [tiegħu]".<ref> Desmond & Moore 1991, p. 273-274. </ref>
 
Fil-11 Novembru mar lura Maer u għamel il-proposta tiegħu lil Emma, waqt li reġa' spjegalha l-ideat tiegħu. Hi aċċettat u wara, fil-korrispondenza miegħu, uriet kemm kienet apprezzat il-frankezza tiegħu, iżda minħabba t-trobbija devota ħafna tagħha fil-[[Unitarjaniżmu|knisja Anglikana]], qaltlu bil-biża' tagħha li dawn l-ereżiji kontra l-fidi jistgħu jipperikolaw it-tama tagħha li terġa' tiltaqa' miegħu fil-ħajja ta' dejjem. Waqt li kien qed ifittex dar f'Londra fejn jistgħu joqogħdu, hu reġa' marad u Emma kitbitlu biex tħeġġu jieħu ftit tal-mistrieħ: "Terġax timrad, għażiż Charlie, qabel ma nkun nista' niġi ħdejk biex nieħu ħsiebek".
 
F'Gower Street sab dar fejn jogħqodu li kienu jsejħulha d-"Dwejra tal-Makaw" (minħabba d-dekorazzjoni tgħajjat ta' ġewwa), imbagħad fil-Milied ġarr il-"mużew" tiegħu. It-tieġ kellu jsir fl-24 ta' Jannar tal-1839, imma l-familja Wedgwood ipposponewh. Fl-24, Darwin kellu l-unur li jiġi elett membru tar-[[Royal Society]] <ref> Desmond & Moore 1991, p. 272-279. </ref>.
 
Fid-29 ta' Jannar tal-1839, Darwin u Emma Wedgwood iżżewġu f'Maer f'ċerimonja Anglikana irranġata biex togħġob l-Unitarjani. Wara telqu minnufih bil-ferrovija lejn id-dar ġdida tagħhom f'Londra.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 279. </ref>
 
=== Tħejjija għall-publikazzjoni tat-teorija tas-selezzjoni naturali ===
Darwin kien sab il-bażi tat-teorija tiegħu tas-[[selezzjoni naturali]], imma kien jaf sewwa li kien baqagħlu ħafna xogħol x'jagħmel biex jagħmilha kredibbli f'għajnejn il-kollegi xjentifiċi tiegħu, li l-kritika tagħhom kienet feroċi. Fil-laqgħa tad-19 ta' Diċembru tal-1838, tas-Soċjetà Ġeoloġika li tagħha kien segretarju, kien ra 'l Owen u 'l Buckland jattakkaw ir-reputazzjoni tal-eks-għalliem tagħhom Robert Grant, dixxiplu ta' [[Jean-Baptiste Lamarck]] u ma jaħbu xejn mill-mibegħda tagħhom kontra l-evoluzzjoni.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 274-276. </ref> Kompla x-xogħol fuq l-konklużjonijiet li kien wasal għalihom abbord il-"Beagle" u, fl-istess ħin ikkonsulta ir-rawwiema tal-annimali, għamel iżjed esperimenti fuq ix-xtieli, ipprova jsib xhieda li twieġeb l-oġġezzjonijiet kollha li stenna mill-waqt li titħabbar it-teorija tiegħu.<ref>Darwin 1859, Kap 1. Varjazzjoni fid-domestikazzjoni</ref>
 
Meta r-''Rakkont''<ref name="Narrative">''Rakkont tal-vjaġġi kartografiċi mill-Vapuri tal-Maestà Tiegħu Adventure u Beagle bejn is-snin 1826 u 1836, li jiddeskrivi l-eżaminazzjoni tax-xtut tal-Amerika t'Isfel, u ċ-ċirkumnavigazzjoni mill-Beagle tal-globu.'' (''Narrative of the surveying voyages of His Majesty's Ships Adventure and Beagle between the years 1826 and 1836, describing their examination of the southern shores of South America, and the Beagle's circumnavigation of the globe.'')
P. King * P., 1838, FitzRoy, editjat minn Robert, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F10.1&viewtype=text&pageseq=1 L-atti tal-ewwel spedizzjoni, 1826-30, taħt il-kmand Kaptan ta' P. Parker King, RN, FRS], Londra, Henry Colburn, Volum I.
* Robert FitzRoy, 1839, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F10.2&viewtype=text&pageseq=1 L-atti tat-tieni spedizzjoni, 1831-36, taħt il-kmand tal-Kaptan Robert Fitz-Roy, RN], Londra, Henry Colburn, Volum II
* Robert FitzRoy, 1839, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F10.2a&viewtype=text&pageseq=1 Appendiċi għall Volume II], Londra, Henry Colburn </ref> ta' [[Robert FitzRoy|FitzRoy]] ġie ppubblikat f'Mejju tal-1839, id-''Djarju ta' Noti'' ta' Darwin (magħruf aktar bħala ''[[Il-vjaġġ tal-Beagle]]'') li kien jagħmel it-tielet volum, tant kellu suċċess kbir li ġie stampat mill-ġdid fl-istess sena f'edizzjoni separata<ref> Darwin 1887, [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=32 p. 32].</ref>
 
[[Stampa: Lepas anserifera.jpg|thumb|200px|left|Għal ħafna snin, Darwin studja l-[[Cirripedia|koċċli]].]]
 
Fil-bidu tal-1842, Darwin bagħat lil Lyell ittra fejn spjegalu l-ideat tiegħu, u dan baqa' skantat meta ra li l-alleat tiegħu kien "qiegħed jiċħad li hemm bidu għal kull grupp ta' speċi". F'Mejju, il-ktieb ta' Darwin fuq is-sikek tal-qroll ġie ppubblikat wara aktar minn tliet snin xogħol.<ref> Darwin, C. 1842. ''L-istruttura u l-firxa tas-sikek tal-qroll.'' (The structure and distribution of coral reefs) Londra. [http://charles-darwin.classic-literature.co.uk/coral-reefs/ Test sħiħ]. </ref> F'Ġunju mbagħad kiteb "skizz qasir" tat-teorija tiegħu f'35 paġna.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 292. </ref ><ref name="Darwin 1887 p 34"> Darwin 1887, [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=34 p.34 ]
{{Iċċita|"F'Ġunju tal-1842 kelli s-sodisfazzjon li nikteb bil-lapes f'35 paġna, sommarju qasir ħafna tat-teorija tiegħi, u dan kabbartu matul is-sajf tal-1844 f'wieħed ta' 230 paġna, li kkupjajt bil-pulit u għadu għandi"}}.</ref> Biex jaħrab l-ambjent ta' Londra, f'Novembru Darwin ħa l-familja toqgħod Down House, dar fil-kampanja. Fil-11 ta' Jannar tal-1844, Darwin kiteb lil ħabibu, il-botaniku [[Joseph Dalton Hooker]] (1817-1911), biex jispjega t-teorija tiegħu, u qallu li jħossu qisu qiegħed jistqarr li għamel "delitt tal-qtil", iżda Hooker serraħlu moħħu meta wieġeb li hu jaħseb li "jista' jkun li modifikazzjonijiet gradwali fl-ispeċi jsiru" u esprima interess fl-ispjegazzjoni ta' Darwin. Sa xi Lulju, Darwin kien kabbar "l-iskizz" tiegħu f' "test" ta' 230 paġna.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 313-317. </ref><ref name="Darwin 1887 p 34"/> Il-biża' li kellu li l-ideat tiegħu jitwarrbu bħala tip ta' radikaliżmu Lamarckjan tqajmet għal darb'oħra mill-polemika li qamet f'Ottubru bil-pubblikazzjoni anonima intitolata ''Vestiġji tal-Istorja Naturali tal-Ħolqien''<ref> L-awtur anonimu ta' ''Vestiġji tal-Istorja Naturali tal-Ħolqien'' (Vestiges of the Natural History of Creation 1844) kien kittieb Ingliż Robert Chambers (1802-1871). Darwin qara dan il-ktieb u għoġbitu l-proża tiegħu: "il-kitba u l-arranġament huma ċertament ammirabbli, iżda l-ġeoloġija tiegħu għalija tidher ħażina, u żooloġija tiegħu ferm agħar" ([http://www.darwinproject.ac.uk/darwinletters/calendar/entry-814.html#mark-814.f5 Darwin, CR lil Hooker, JD, 7 Jannar 1845]).</ref> Dan il-ktieb, wieħed mill-aktar li nbigħu, saħħan l-interess tal-klassi tan-nofs fit-trasformiżmu u fetaħ it-triq lil Darwin. Dan ix-xogħol però kien ikkritikat bl-aħrax mix-xjenzati, u dan fakkar lil Darwin bil-ħtieġa li jwieġeb id-diffikultajiet kollha qabel jippublika t-teorija tiegħu. Darwin lesta t-tielet ktieb tiegħu tal-ġeoloġija<ref> [http://www.gutenberg.org/etext/3620 Geological Observations on South America], Londra, Smith, Elder and Co, 1846. </ref> fl-1846 u beda minn Ottubru studju wiesa' fuq il-[[Cirripedia|koċċli]] bl-għajnuna ta' Hooker. F'Jannar 1847, Hooker qara s-"saġġ" ta' Darwin u bagħatlu l-kummenti tiegħu, li kienu kritika kalma kif kellu bżonn Darwin, minkejja li Hooker reġa' fakkru li hu jirrifjuta l-idea ta' ħolqien kontinwu.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 320-323, 339-348. </ref><ref> F'dan ir-rigward, Hooker kiteb lil Darwin f'ittra {{Iċċita|"Kull allużjoni għal providenza li tmexxi hi bla bżonn - Il-Ħallieq kapaċi li jagħmel l-ewwel [organiżmi], kapaċi wkoll ikompli jmexxihom u [hu] irrelevanti għall-argument jekk jagħmilx hekk jew le."}}
[http://www.darwinproject.ac.uk/darwinletters/calendar/entry-1066.html Ittra 1066 - Hooker, J. D. lil Darwin, C. R. c. Marzu 4, 1847]. </ref><ref> F'''Dwar l-Oriġni tal-Ispeċi, Kapitlu 4, Selezzjoni Naturali, jew is-sopravivenza tal-iżjed addattati'', [http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39460&pageno=66 p 66], Darwin kiteb: {{Iċċita|"Is-selezzjoni naturali taħdem biss bil-konservazzjoni u l-akkumulazzjoni ta' bidliet żgħar li jintirtu, kull waħda minnhom ta' ġid għall-ħlejqa kkonservata; u kif il-ġeoloġija moderna armiet fehmiet bħat-tħaffir ta' wied fond minn mewġa waħda kbira ta' għargħar, hekk is-selezzjoni naturali ħa tkeċċi t-twemmin fil-ħolqien kontinwu ta' ħlejjaq organiċi ġodda, jew bidliet kbar u f'daqqa fl-istruttura tagħhom."}}</ref>.
 
Biex jipprova jfiq mill-marda kronika li kien ibagħti biha, fl-1848 Darwin mar Great Malvern, fejn hemm stazzjon termali. Il-kura ta' ftit xhur għamlitlu ħafna ġid u meta mar lura seta' jerġa' jibda jaħdem. Però, meta miet missieru fit-13 ta' Novembru, kien għadu tant dgħajjef li ma setax jattendi l-funeral.<ref> Darwin 1887 [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=32 p.32]. {{Iċċita|"Għal din ir-raġuni fl-1848 mort Malvern għal xi xhur għal kura idropatika, li għamlitli ħafna ġid, tant li meta mort lura d-dar kont kapaċi nerġa' nibda naħdem. Kont hekk bla saħħa li meta miet l-għażiż missieri fit-13 Novembru, 1848, ma stajtx nattendi l-funeral tiegħu jew nagħmilha ta' eżekutur tat-testment tiegħu".}}</ref> Fl-1849, it-tifla għażiża tiegħu, [[Anne Darwin|Annie]], mardet, u reġa' beda jibża' li l-marda tista' tkun ereditarja. Wara sensiela twila ta' kriżijiet, mietet f'April 1851, u Darwin tilef għal kollox il-fidi f'Alla li jridilna t-tajjeb.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 383-387. </ref>
 
Fit-tmien snin li Darwin qatta' jaħdem fuq il-koċċli, irnexxielu jsib "omoloġiji" li jsaħħu t-teorija tiegħu billi juru li xi partijiet tal-ġisem kemm kemm mibdula jservu funzjonijiet differenti biex jiffaċċjaw kundizzjonijiet ġodda.<ref> Darwin 1887, p. [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=32 32], [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=33 33].</ref> Fl-1853, kiseb il-Midalja Rjali tar-Royal Society, li stabbiliet ir-reputazzjoni tiegħu bħala bijologu.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 383-387. </ref> Fl-1854, reġa' qabad ix-xogħol tiegħu fuq it-teorija tal-ispeċi u f'Novembru, induna li d-diverġenza fil-dixxendenti setgħet tiġi spjegata bil-fatt li dawn kienu adattataw rwieħhom "għal sitwazzjonijiet differenti fl-ekonomija tan-natura."<ref> Darwin 1887, p. [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=33 33], [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=34 34].</ref>
 
=== Il-publikazzjoni tat-teorija tas-selezzjoni naturali ===
[[Stampa: Charles Darwin.jpg|right|200px|thumb | Darwin kellu jippubblika it-teorija tiegħu tas-selezzjoni naturali qabel il-waqt. Ritratt tal-1854.]]
Kmieni fl-[[1855]], Darwin ipprova jsib jekk il-bajd u ż-[[żerriegħa]] jibqgħux tajbin wara vjaġġ fl-ilma baħar u b'hekk iferrxu l-ispeċi tagħhom billi jaqsmu l-oċeani.<ref> [http://www.darwinproject.ac.uk/darwinletters/calendar/entry-1666.html Ittra 1666 - Darwin, C. R. lill-"Gardeners' Chronicle", 11 ta' April tal-1855], {{Iċċita| "Bdejt nagħmel xi ftit esperimenti fuq kif l-immersjoni fl-ilma baħar taffettwa l-abbiltà taż-żrieragħ li jiġġerminaw, bit-tama li nkun kapaċi nitfa' xaqq ta' dawl fuq il-firxa tax-xtieli, speċjalment rigward kif l-istess speċi jinsabu f'ħafna każijiet fuq gżejjer mbegħdin mill-art ewlenija".}} Charles Darwin, Down, Farnborough, Kent, April 11. </ref><ref> [http://www.darwinproject.ac.uk/darwinletters/calendar/entry-1684.html Ittra 1684 - Darwin, C. R. lill-Gardeners' Chronicle, 21 ta' Mejju tal-1855],
{{Iċċita|Rapporti dwar l-esperimenti tiegħu fuq l-azzjoni tal-ilma baħar fuq xi żrieragħ u l-effett tal-investigazzjonijiet tiegħu fuq t-teorija taċ-ċentri ta' ħolqien u t-teorija ta' Edward Forbes tal-estensjonijiet kontinentali biex jispjegaw il-firxa tal-forom organiċi. L-esperimenti ta' CD jikkonfermaw li sebgħa minn tmien tipi ta' żerriegħa żammew l-abbiltà tal-ġerminazzjoni wara 42 jum magħdsin fl-ilma.}}.
Charles Darwin, Down, Farnborough, Kent, Mejju 21. </ref> <ref> [http://www.darwinproject.ac.uk/darwinletters/calendar/entry-1686a.html Ittra 1686a - Darwin, C. R. lill-Gardeners' Chronicle, qabel is-26 Mejju 1855],</ref>
 
{{Iċċita|"Jekk xi ħadd mill-qarrejja tiegħek jista' jiksibli xi bajd tal-Lacerta agilis, inkun obbligat lejh ħafna. Il-gremxul hu mferrex fil-wisgħa, u nixtieq naċċerta jekk il-bajd tiegħu iżommx f'wiċċ l-ilma baħar, u, jekk iva, jekk iżommx il-vitalità tiegħu."<ref>C. Darwin, Downe, Farnborough, Kent. </ref>.}}
 
Hooker kien dejjem iżjed xettiku dwar l-opinjonijiet tradizzjonali li l-ispeċi huma immutabbli, iżda l-ħabib żagħżugħ tagħhom [[Thomas Henry Huxley]] (1825-1895) kien jopponi bil-qawwa l-evoluzzjoni.
 
Lyell kien affaxxinat bl-ispekulazzjonijiet ta' Darwin mingħajr ma nduna sa fejn jaslu. Wara li qara artiklu ta' [[Alfred Russel Wallace]] (1823-1913) dwar l-''Introduzzjoni tal-ispeċi'' sab similaritajiet mal-ideat ta' Darwin u tah parir jippubblika biex jistabbilixxi l-prijorità. Għalkemm Darwin f'dan ma ra l-ebda theddida, beda jikteb artiklu qasir. Biex iwieġeb xi mistoqsijiet diffiċli kellu jieqaf bosta drabi, u kabbar il-proġett tiegħu għal "ktieb sħiħ fuq l-ispeċi" bit-titlu "Is-Selezzjoni Naturali". Kompla r-riċerka tiegħu u kiseb informazzjoni u kampjuni minn naturalisti minn madwar id-dinja, fosthom Wallace li kien jaħdem f'[[Borneo]]. F'Diċembru tal-1857, Darwin irċieva ittra mingħand Wallace fejn staqsih jekk il-ktieb hux sejjer jeżamina n-nisel tal-bniedem. Darwin wieġeb li kien jixtieq jevita suġġett bħal dan, "hekk maħnuq bil-preġudizzji", u filwaqt li nkuraġġixxa 'l Wallace fit-teoriji tiegħu, żid jgħid "Jien immur iżjed 'il bogħod minnek".<ref> Desmond & Moore 1991, p . 412-441, 462-463. </ref>
 
Darwin kien nofs triq fil-ktieb il-kbir tiegħu meta, fit-18 ta' Ġunju tal-1858, irċieva ittra mingħand Wallace tiddeskrivi s-selezzjoni naturali. Maħsud u mdejjaq li kien ġie "antiċipat", bagħatha lil Lyell kif kien mitlub u, billi Wallace ma kienx talab li tiġi ppubblikata, ippropona li jibgħatha lill-ġurnal li jagħżel Wallace. Il-familja tiegħu kienet inkwetata ħafna għax fir-raħal it-tfal kienu qegħdin imutu bl-[[skarlatina|iskarlatina]], u għalhekk ħalla l-affari f'idejn Lyell u Hooker. Dawn qabblu li jippreżentaw ix-xogħol ta' Darwin u Wallace flimkien fil-Linnean Society fl-1 ta' Lulju bit-titlu: {{Iċċita|"Fuq it-Tendenza tal-ispeċi li jiffurmaw varjetajiet; u fuq il-Perpetwazzjoni tal-varjetajiet u l-ispeċi b'mezzi naturali ta' selezzjoni"<ref name="zoology 3: 46-50"> Charles Darwin, Alfred Russel Wallace, 1858. [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F350&viewtype=text&pageseq=1 On the Tendency of Species to form Varieties; and on the Perpetuation of Varieties and Species by Natural Means of Selection]. Journal of the Proceedings of the Linnean Society of London. Zoology 3: 46-50.</ref>.}}
 
Charles, l-iżgħar minn ulied Darwin, li kien għad għandu inqas minn sentejn, miet bl-iskarlatina u missieru kien wisq imnikket u mweġġa' biex jattendi.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 466-470. </ref>
 
Fil-bidu ftit taw każ meta tħabbret din it-teorija. Il-president tal-Linnean innota f'Mejju tal-1859 li s-sena ma kienet immarkata bl-ebda skoperta rivoluzzjonarja.<ref> Browne 2002, p. 40-42 </ref> Wara, Darwin ma seta' jiftakar l-ebda reċensjoni ħlief waħda biss li tidher li dejqitu. Din kienet mill-Professur Haughton ta' [[Dublin]], li stqarr li "Dak kollu li kien ġdid kien falz, u dak kollu li kien veru ma kienx ġdid".<ref> Darwin 1958, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1497&viewtype=text&pageseq=126 p. 122]. {{Iċċita|"Madankollu, ix-xogħol tagħna flimkien attira ftit attenzjoni, u l-unika reazzjoni ippubblikata li nista' niftakar kienet tal-Professur Haughton ta' Dublin, li l-verdett tiegħu kien li dak kollu li kien ġdid kien falz, u dak kollu li kien veru kien qadim. Dan juri kemm hu meħtieġ li kull fehma ġdida għandha tiġi spjegata f'tul konsiderevoli sabiex tqajjem l-attenzjoni pubblika".}}</ref>. Darwin tħabat għal tlettax-il xahar biex jikteb sommarju tal-"ktieb il-kbir" tiegħu, waqt li bata minn problemi ta' saħħa, imma kien il-ħin kollu imħeġġeġ minn ħbiebu xjentifiċi. Lyell irranġa biex John Murray (1841-1914) jippubblikaha.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 374-474. </ref>.
 
''Dwar l-Oriġni tal-Ispeċi permezz tas-Selezzjoni Naturali jew il-Preżervazzjoni tal-aħjar razez fil-ġlieda għall-Ħajja'', is-soltu mqassar fil-forma ''[[Dwar l-Oriġni tal-Ispeċi]]'', mal-pubbliku kellu suċċess kbir li ma kienx mistenni. L-1250 kopja kollha tal-ewwel edizzjoni kienu diġà riservati meta ħarġet għall-bejgħ fil-ħwienet fit-22 ta' Novembru tal-1859.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 477. </ref> Darwin żviluppa "argument twil" ibbażat fuq osservazzjonijiet dettaljati, spjega l-inferenzi u kien lest għall-oġġezzjonijiet mistennija.<ref>Darwin 1859, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F373&viewtype=text&pageseq=477 p 459], il-Kapitlu XIV., Rikapitulazzjoni u Konklużjoni. {{Iċċita|"Billi dan il-volum kollu huwa argument wieħed twil, forsi hu aktar komdu għall-qarrej li jkollu l-fatti u l-inferenzi prinċipali miġburin fil-qosor".}}</ref> L-unika allużjoni għall-evoluzzjoni tal-bnedmin kienet l-affermazzjoni diskreta li
{{Iċċita|"xi xquq ta' dwal se jintefgħu fuq nisel il-bniedem u l-istorja tiegħu."}}
 
Evita l-kelma "[[evoluzzjoni]]" għax din kienet polemika dak iż-żmien, iżda fl-aħħar tal-ktieb ikkonkluda li "għadd bla tmiem ta' forom mill-isbaħ u mill-aktar tal-għaġeb evolvew u għadhom jevolvu".<ref> Darwin 1859, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F373&viewtype=text&pageseq=508 p 489-490]. {{Iċċita|"Hemm il-grandjożità f'din il-vista tal-ħajja, bid-diversi poteri tagħha, li waqt li oriġinarjament innifset fi ftit forom jew f'waħda; u li, filwaqt li din il-pjaneta baqgħet iddur skont il-liġi fissa tal-gravità, minn bidu hekk sempliċi, għadd bla tmiem ta' forom mill-isbaħ u mill-aktar tal-għaġeb evolvew u għadhom jevolvu".}}</ref> It-teorija tiegħu hi spjegata b'mod sempliċi fid-daħla:
{{Iċċita|"Peress li jitwieldu ħafna aktar individwi ta' kull speċi milli jistgħu jgħixu, u li għalhekk, spiss ikun hemm ġlieda għall-ħajja, isegwi li ħliqa, jekk tvarja, ħafif kemm ikun, b'mod li hu ta' ġid għaliha, fil-kondizzjonijiet kumplessi u kultant varjabbli tal-ħajja, se jkollha ċans aħjar li tgħix u għalhekk tintgħażel b'mod naturali. Minħabba l-prinċipju dominanti tal-eredità, kull varjetà hekk magħżula għandha t-tendenza li timmultiplika fil-forma ġdida u mibdula tagħha"<ref>Darwin 1859, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F373&viewtype=text&pageseq=20 p 5] {{Iċċita|"As many more individuals of each species are born than can possibly survive; and as, consequently, there is a frequently recurring struggle for existence, it follows that any being, if it vary however slightly in any manner profitable to itself, under the complex and sometimes varying conditions of life, will have a better chance of surviving, and thus be naturally selected. From the strong principle of inheritance, any selected variety will tend to propagate its new and modified form."}}.</ref>.}}
 
=== Ir-reazzjoni tal-pubbliku ===
 
[[Stampa: Darwin ape.jpg |thumb|200px|Karikatura mill-magazin "Hornet" li turi 'l Darwin b'ġisem ta' xadina u baffi twila li ħalla tikber mill-1866]]
Il-ktieb ta' Charles Darwin qanqal interess kbir fost il-pubbliku, kif ukoll polemika li hu kien isegwi mill-qrib, billi jżomm reċensjoniet, artikli, parodiji u karikaturi maqtugħin mill-gazzetti.<ref> Browne 2002, p. 103-104, 379. </ref> L-evoluzzjoni permezz tas-selezzjoni naturali kienet diskussa fil-wisa', u anki diffamata, partikularment fil-komunitajiet reliġjużi u xjentifiċi. Għalkemm Darwin kellu l-appoġġ ta' xi xjenzati (pereżempju, [[Thomas Henry Huxley]], [[Ernest Renan]] u wkoll [[Ernst Haeckel]] li malajr xandarha mal-[[Ġermanja]]), oħrajn sabuha bi tqila li jaċċettaw t-teorija tiegħu minħabba l-kapaċità bla spjegazzjoni tal-ħlejjaq li jgħaddu l-ħiliet tagħhom lid-dixxendenti. Dan l-aħħar punt kien fl-istess ħin qiegħed jistudjah, [[Gregor Mendel]], iżda ma jidhirx li ż-żewġ xjenzati qatt ikkomunikaw ma' xulxin.<ref> [http://members.shaw.ca/mcfetridge/darwin.html Darwin kellu kopja tal-"manuskritti ta' Mendel"?] Il-korrispondenza ta' Charles Darwin. Sala tal-manuskritti, Biblijoteka tal-Università ta' Cambridge University CB3 9DR. </ref><ref>[http://www.pbs.org/wgbh/evolution/library/06/1/l_061_01.html X'ma kienx jaf Darwin: Gregor Mendel u l-Mekkaniżmu tal-Eredità] </ref> Anki bil-liġijiet ta' Mendel, il-mekkaniżmu baqa' misteru sakemm ġiet skoperta l-eżistenza tal-[[ġene|ġeni]].
 
Il-kritiċi ostili malajr waslu għal konklużjonijiet li Darwin, fil-fatt, qatt ma kien esprima, bħal li l-bniedem hu mnissel mix-xadini. Fil-verità f'''Dwar l-Oriġni tal-Ispeċi'', qatt Darwin ma semma n-nisel tal-bniedem. Il-pubbliku ħallat l-ideat espressi fil-ktieb ta' Darwin ma' dawk ta' Jean-Baptiste Lamarck, li ħamsin sena qabel kien ħareġ b'dawn l-ideat mingħajr l-ebda skandlu. Fost ir-reazzjonijiet favorevoli, kien hemm ir-reċensjonijiet ta' Huxley immirati lejn il-kritika ta' Richard Owen, il-kap tal-istabbiliment xjentifiku li Huxley ried iwaqqa'. Il-verdett ta' Owen baqa' mhux magħruf sakemm f'April ħarġet ir-reċensjoni tiegħu fejn ikkundanna l-ktieb.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 477-491. </ref>
 
L-istabbiliment xjentifiku tal-Knisja Anglikana, li inkluda lill-eks-għalliema ta' Darwin f'Cambridge, [[Adam Sedgwick]] u John Stevens Henslow, irreaġixxa b'mod ostili, minkejja l-laqgħa favorevoli mill-ġenerazzjoni żagħżugħa ta' naturalisti professjonisti. Fl-1860, il-pubblikazzjoni tas-''Saġġi u Reċensjonijiet'' minn seba' teoloġi liberali Anglikani warrbu l-attenzjoni tal-kleru minn fuq Darwin. Il-Knisja kkundannat bħala eretika din il-kritika liberali għaliex fiha kien hemm fost oħrajn l-argument li bil-mirakli Alla jikser il-liġijiet tiegħu stess, opinjoni atea, u kien fiha wkoll tifħir għall-"volum maġisterjali tas-Sur Darwin [li appoġġja] l-prinċipju ġenerali li n-natura għandha l-poter li tevolvi weħida.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 487-488, 500. </ref>
 
[[Stampa:Darwin as monkey on La Petite Lune.jpg|thumb|left|200 px|… u fil-magazin satiriku ''La Petite Lune'']]
Id-dibattitu pubbliku l-iżjed famuż sar f'Oxford f'laqgħa tal-"British Association for the Advancement of Science". Il-Professur [[John William Draper]] għamel difiża twila favur Darwin u l-progress soċjali, imma mbagħad l-Isqof ta' Oxford, [[Samuel Wilberforce]] tkellem kontra Darwin. Fid-diskussjoni li segwiet, Joseph Dalton Hooker żamm bil-qawwa ma' Darwin filwaqt li Thomas Huxley sar il-"bulldog ta' Darwin" - kien l-eħrex difensur tat-teorija tal-evoluzzjoni fl-epoka Vittorjana. Iż-żewġ partiti tellqu, kull naħa tiftaħar li rebħet, iżda Huxley baqa' famuż għat-tweġiba tiegħu: meta Wilberforce saqsieh jekk kienx ġej mix-xadini min-naħa ta' nannuh jew ta' nanntu, Huxley nstema' jgerger: "Alla stess ġabu f'idejja" u wieġbu li "jippreferi jkun ġej minn xadina milli minn raġel kolt li juża' l-kultura u l-elokwenza tiegħu fis-servizz tal-preġudizzju u l-gideb".<ref> Lucas 1979. </ref><ref> Desmond & Moore 1991, p. 493-499. </ref>
 
Id-dibattitu ħareġ mill-ambitu tax-xjenza, il-Knisja Anglikana u l-[[Protestanteżmu]]. L-awtoritajiet tal-[[Knisja Kattolika]] daħlu fil-polemika wkoll. Fl-1860, infatti, Darwin kien ikkundannat minn laqgħa tal-isqfijiet miżmuma f'[[Kolonja (Ġermanja)|Kolonja]]. Il-Papa imbagħad tkellem diversi drabi biex jiddenunzja t-teorija li l-bnedmin hu mnissel mix-xadini.
 
Minkejja li saħħtu ma ħallitux jieħu parti fid-diskussjoni pubblika, xorta kien isegwiha b'interess kbir minn dak li kienu jibgħatulu u jġibulu. Asa Gray irranġa l-pubblikazzjoni tal-ewwel edizzjoni fl-[[Stati Uniti|Istati Uniti]] u ra li tħallas għaliha, waqt li Darwin qassam il-ktejjeb ta' Gray fejn wera li s-[[selezzjoni naturali]] ma kinitx inkompatibbli mat-[[teoloġija naturali]].<ref> Desmond & Moore 1991, p. 492, 502. </ref><ref> Miles 2001. </ref> Fil-Gran Brittanja, ħbiebu, fosthom Scott Hooker<ref> 2006. </ref> u Scott Lyell,<ref> 2006. </ref> ħadu sehem f'diskussjonijiet xjentifiċi. Huxley iġġieled kampanja sħiħa kontra l-ħakma tal-Knisja u d-dilettanti aristokratiċi taħt Owen, favur ġenerazzjoni ġdida ta' xjenzati professjonisti. Owen għamel l-iżball li jsemmi xi differenzi anatomiċi bejn il-moħħ tax-xadini u l-moħħ tal-bniedem, u akkuża 'l Huxley li sostni li "l-bniedem hu mnissel mix-xadini". Huxley kien lest u kuntent li jsostni din il-fehma u l-kampanja tiegħu, li damet aktar minn sentejn, kienet veru diżastru għal Owen u ta' miegħu,<ref> Desmond & Moore 1991, p. 503-505. </ref> li sfaw imxejnin. Il-ħbieb ta' Darwin iffurmaw il-"Club X" u għenu biex iġibulu l-unur tal-għotja tal-"Midalja Copley" mir-Royal Society fl-1864.<ref> Bartholomew 1976. </ref>
 
''Il-Vestiġji'' kien diġà qajjem interess kbir fost il-pubbliku, u ''L-Orġni tal-Ispeċi'' li nqaleb għal għadd kbir ta' lingwi u ġie stampat ħafna drabi, sar test xjentifiku bażiku aċċessibbli kemm għall-klassi tan-nofs kurjuża biex tisma' affarijiet ġodda u kemm għas-sempliċi ħaddiema li kienu jattendu t-taħdidiet ta' Huxley. It-teorija ta' Darwin<ref> Huxley 1863. </ref> influwenzat bosta movimenti differenti tal-epoka<ref> Ara, pereżempju, ''Willa'' volum 4, [http://scholar.lib.vt.edu/ejournals/old-WILLA/fall95/DeSimone.html ''Charlotte Perkins Gilman u l-feminizzazzjoni tal-edukazzjoni''] ta' Deborah M. De Simone: "Gilman kienet taqbel ma' ħafna ideat bażiċi dwar l-edukazzjoni tal-ġenerazzjoni ta' ħassieba li ħarġu mill-"kaos intellettwali" li ġab ''Dwar l-Oriġni tal-Ispeċi'' ta' Darwin. Ħafna progressisti, konvinti li l-individwi jistgħu imexxu l-evoluzzjoni umana u soċjali, bdew iqisu l-edukazzjoni bħala tip ta' panaċea għall-progress soċjali u r-riżoluzzjoni tal-problemi bħall-[[urbanizzazzjoni]], il-[[faqar]], jew l-[[immigrazzjoni]]".</ref> u saret waħda mis-sisien ewlenin tal-kultura popolari.<ref> Ara, pereżempju, il-kanzunetta "A lady fair of lineage high" ta' [[Gilbert u Sullivan]] interpretata minn ''Princess Ida'', li ddeskriviet id-dixxendenza tal-bniedem (imma mhux tan-nisa!) mix-xadini.</ref>.
 
=== ''Nisel il-Bniedem'', l-għażla sesswali, il-botanika u t-trażmissjoni tal-karatteristiċi miksuba ===
 
[[Stampa:Charles Darwin by Julia Margaret Cameron.jpg|thumb|200 px|Ritratt ta' Charles Darwin impinġi fl-1868 minn Julia Margaret Cameron.]]
 
Minkejja li matul l-aħħar tnejn u għoxrin sena ta' ħajtu sofra minn mard frekwenti, Darwin kompla x-xogħol tiegħu. Kien ippubblika sommarju tat-teorija tiegħu, iżda l-aspetti l-aktar polemiċi tal-"ktieb il-kbir" tiegħu baqgħu mhux mitmuma, fosthom xhieda espliċita tal-fatt li l-bniedem hu mnissel minn annimali antenati tiegħu, u t-tfittxija tal-kawżi possibbli li kienu l-bażi tal-iżvilupp tas-soċjetà u l-kapaċitajiet mentali tal-bniedem. Huwa kien baqgħalu jispjega xi karatteristiċi li m'għandhom l-ebda użu ovvju ħlief min-naħa tal-estetika. Kompla jesperimenta, jfittex, jikteb.
 
Meta bintu mardet, Darwin waqaf mill-esperimenti tiegħu fuq iż-żrieragħ u l-annimali domestiċi biex imur joqgħod magħha ħdejn il-baħar; hemm beda jinteressa ruħu fl-[[Orchidaceae|orkideji]] salvaġġi u minn dan irriżulta studju revoluzzjonarju dwar kif il-ġmiel tal-fjuri jintuża' biex jiġu żgurati l-[[pollinazzjoni]] mill-insetti u d-dakkir. Bħal fil-każ tal-koċċli, sab li partijiet omoloġi jwettqu funzjonijiet differenti fi speċi differenti. Meta mar lura d-dar, saħħtu marret għall-agħar u l-kamra fejn kien mimdud kienet mimlija eperimenti inġenjużi biex isib kif jinfirxu x-xtieli xeblieka. Kellu żjara minn Ernst Haeckel (1834-1919), wieħed mill-ammiraturi kbar tiegħu li kien xandar l-evanġelju tad-[[Darwiniżmu]] mal-Ġermanja kollha.<ref> [http://www.darwinproject.ac.uk/content/ view/32/38 / Proġett tal-korrispondenza ta' Darwin: Introduzzjoni għall-korrispondenza ta' Charles Darwin, volum 14. Cambridge University Press]. Ikkonsultat fil-15 ta' Diċ., 2006. </ref> Wallace kompla jappoġġjah, għalkemm xaqleb aktar u aktar lejn l-[[Spritiżmu|ispiritiżmu]].<ref> Smith 1999. </ref>
 
''Il-varjazzjoni tal-annimali u x-xtieli taħt l-azzjoni tad-domestikazzjoni''<ref> [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F880.1&viewtype=text&pageseq=1 ''Il-varjazzjoni tal-annimali u x-xtieli taħt l-azzjoni tad-domestikazzjoni'': Test fuq il-linja] </ref> kienet tifforma l-ewwel parti tal-"ktieb il-kbir" li Darwin kien ippjana (l-iżvilupp tas-"sommarju", li kien ippubblika bit-titlu ''Dwar l-Oriġni tal-Ispeċi''). Din l-ewwel parti kibret sa ma saret żewġ volumi kbar imma minkejja t-tul tagħha din inbiegħet malajr. Però minħabba dan it-tul, Darwin kellu jħalli barra l-[[evoluzzjoni tal-bniedem]] u l-[[għażla sesswali]].<ref> Desmond & Moore 1991, p. 550. </ref>
 
F'dan il-ktieb, Darwin isostni li waħda mill-kawżi tal-evoluzzjoni hija l-wirt tal-karatteristiċi miksuba. (Kontra ma jaħsbu ħafna, fil-fatt, Darwin ma jiċħadx l-idea Lamarckjana tat-trażmissjoni tal-karatteristiċi miksuba.) Ipprova ħafna jagħti spjegazzjoni teoretika tal-eredità tal-karatteristiċi akkwistati bl-għajnuna tal-ipoteżi tal-''panġenesi''.<ref>Christian Godin, La totalité, vol. 5, Champ Vallon, 1997, pp. 482-483, Goulven Laurent, artiklu ''Lamarckisme'' fid-''Dictionnaire d'histoire et philosophie des sciences'', Pariġi, PUF, 2006, p. 654.</ref> Fl-1880, sentejn qabel mewtu, kien għadu jikteb lir-rivista ''Nature'' biex imeri dak li kien jgħid Wyville Thomson, li hu għamel l-għażla naturali l-uniku mutur tal-evoluzzjoni u sabiex jafferma mill-ġdid il-qbil tiegħu mat-teorija tal-effett tal-użu u n-nuqqas ta' użu.<ref> "Jista' Sir Wyville Thomson isemmi 'l xi ħadd li qal li l-evoluzzjoni tal-ispeċi tiddependi biss mill-għażla naturali? Sa fejn nidħol jien, nemmen li ħadd ma ppreżenta tant osservazzjonijiet dwar l-effetti tal-użu u nuqqas ta' użu ta' partijiet daqs li għamilt jien f'''Varjazzjonijiet fl-Annimali u x-Xtieli taħt l-azzjoni tad-domestikazzjoni'', u dawn l-osservazzjonijiet kienu magħmula speċjalment b'dan l-għan. Bl-istess mod żidt korp konsiderevoli ta' fatti, li juru l-azzjoni diretta tal-kondizzjonijiet esterni fuq l-organiżmi, għalkemm bla ebda dubju minn mindu l-kotba tiegħi ġew ippubblikati tgħallimna ħafna fuq dan is-suġġett. Darwin, ittra tal-1880 lir-rivista ''Nature'', ''More Letters of Darwin'', vol. 1, Londra, 1903, p. 389, iċċitat minn Goulven Laurent, artiklu ''Lamarckisme'' fid-''Dictionnaire d'histoire et philosophie des sciences'', Pariġi, PUF, 2006, p. 655.Fi ktieb iddedikat għal xi leġġendi dwar l-istorja tax-xjenza, John Waller fil-Kapitlu 9 jittratta l-ħrafa li Darwin ċaħad li l-karatteristiċi miksuba jintirtu. Dan il-kapitlu hu intitolat "The origin of species by means of use-inheritance" (L-oriġini tal-ispeċi permezz tal-wirt tal-karatteristiċi akkwistati). John Waller, Fabulous''Science'', Oxford University Press, 2002, Kap. 9, pp. 176-203. </ref> (F'termini Lamarckjani<ref> Ara Lamarck, ''Philosophie zoologique'', 1809, Parti I, Kap. 7, l-ewwel u t-tieni liġi; Reed. Flammarion, 1994, pp . 216-217. </ref> tal-eredità tal-karatteristiċi miksuba).
 
Il-kwistjoni tal-evoluzzjoni tal-bniedem tqajmet minn dawk li kienu jappoġġjawh (u dawk li kienu jmaqdruh) ftit wara l-pubblikazzjoni ta' ''Dwar l-Oriġni tal-Ispeċi'',<ref> Ara [http://c19.chadwyck.co.uk/html/noframes/moreinfo/evol_t.htm lista tal-kotba tas-seklu XIX dwar l-evoluzzjoni u l-ħolqien: id-dibattiti xjentifiċi u reliġjużi fi żmien Darwin]. Ikkonsultat fil-15 ta' Diċembru 2006. </ref> iżda l-kontribuzzjoni vera ta' Darwin dwar dan is-suġġett ġiet aktar minn għaxar snin wara, bix-xogħol f'żewġ volumi ta' ''Nisel il-bniedem u l-għażla marbuta mas-sess'' ippubblikat fl-1871. Fit-tieni volum, Darwin fisser bir-reqqa l-kunċett tiegħu tal-għażla sesswali biex jispjega l-evoluzzjoni tal-kultura umana, id-differenzi bejn is-sessi fil-bnedmin u bejn ir-razez umani, kif ukoll il-ġmiel tar-rix fl-għasafar (li ma deherx li kien ir-riżultat ta' adattament).<ref> Darwin 1871 </ref ><ref> Moore & Desmond 2004 </ref> Is-sena ta' wara Darwin ippubblika l-aħħar xogħol importanti tiegħu, ''L-Espressjoni tal-emozzjonijiet fil-bnedmin u fl-annimali'', iddedikat għall-evoluzzjoni tal-[[psikoloġija umana]] u kif ġejja mill-imġiba tal-annimali. Spjega l-ideat tiegħu li skonthom il-moħħ tal-bniedem u l-kulturi żviluppaw bis-[[selezzjoni naturali]] u [[selezzjoni sesswali|sesswali]],<ref> Darwin 1872 </ref> kunċett li gawda bidu ġdid fl-aħħar tletin sena bit-twelid tal-psikoloġija evoluzzjonista.<ref> Ghiselin 1973. </ref> Kif ikkonkluda f'''Nisel il-bniedem'', Darwin kien jaħseb li minkejja l-"kwalitajiet nobbli" tal-umanità u l-"kapaċitajiet li żviluppat": "Il-bniedem għandu dejjem fl-għamla fiżika tiegħu, it-timbru li ma jitħassarx tan-nisel umli tiegħu".<ref> Darwin 1871, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F937.2&viewtype=text&pageseq=422 p. 405] </ref>
 
L-esperimenti u r-riċerki tiegħu dwar l-evoluzzjoni spiċċaw biex dehru fil-kotba fuq il-moviment tax-xtieli xeblieka, [[pjanti karnivori|xtieli insettivori]], l-effetti tad-dakkir tax-xtieli u l-awto-fertilizzazzjoni tagħom, il-forom differenti ta' fjuri fuq il-pjanti tal-istess speċi u ''l-abbiltà tal-pjanti li jiċċaqalqu''. Fl-aħħar ktieb tiegħu reġa' ħares lejn l-influwenza tal-ħniex fuq il-formazzjoni tal-ħamrija.<ref name="dud"/>
 
Darwin miet f'Down, [[Kent]], fid-19 ta' April tal-1882. Kien hemm il-ħsieb li jindifen fiċ-ċimiterju tal-knisja ta' Santa Marija f'Downe,<ref> [http://www.aboutdarwin.com/timeline/time_08.html # 0090 "Kronoloġija tal-ħajja ta' Darwin"]. AboutDarwin.com. {{Iċċita| 20 ta' April 1882: Saru arranġamenti biex Darwin jindifen fiċ-ċimiterju ta' Santa Marija f'Downe fir-raħal ta' Downe.}}.</ref> iżda minħabba talba li saret mill-kollegi ta' Darwin, [[William Spottiswoode]] (1825-1883), il-President tar-Royal Society, għamel li lil Darwin isirlu [[funeral statali]] u mbagħad indifen f'[[Westminster Abbey]] ħdejn l-astronomu [[John Herschel]] u l-fiżiku [[Isaac Newton]].<ref> Browne 2002, pp. 495-497. </ref>
 
== Ulied Darwin ==
[[Stampa:Charles and William Darwin.jpg|150px|thumb|Darwin fl-1842 mal-ikbar wieħed minn uliedu, [[William Erasmus Darwin]]]]
Il-koppja Darwin kellhom għaxar ulied: tnejn (William Erasmus u Charles Waring) mietu meta kienu għadhom fi tfulithom u l-mewt ta' [[Anne Darwin|Annie]] (Anne Elizabeth) fl-1851, meta kellha għaxar snin, kienet traġedja enormi għall-ġenituri tagħha. Charles kien missier dedikat u kien jieħu ħsieb ħafna 'l uliedu. Kull meta kienu jimirdu kien jibża' li dan kien minħabba l-[[konsangwinità]] billi żżewweġ lil kuġintu, [[Emma Wedgwood]]. Hu studja din il-kwistjoni fil-kitba tiegħu fejn qabbilha mal-benefiċċji tad-dakkir fost ħafna organiżmi.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 447. </ref> Minkejja din il-biża', it-tfal kważi kollha għexu u kellhom karrieri notevoli u spikkaw anki fost il-familja Darwin-Wedgwood stess li minnha diġà kienet brillanti.<ref> Ulied Charles u Emma Darwin. [http://www.aboutdarwin.com/darwin/Children.html AboutDarwin.com]. Ikkonsultata fil-5 ta' Diċembru 2006.</ref>
 
Fosthom, [[George Darwin|George]] (1845–1912), [[Francis Darwin|Francis]] (1848–1925) u [[Horace Darwin|Horace]] (1851–1928) laħqu membri tar-[[Royal Society]], bħala astronomu,<ref> O " Connor, John J; Edmund F. Robertson [http://www-history.mcs.st-andrews.ac.uk/Biographies/Darwin.html "Charles Darwin"]. [http://www-history.mcs.st-andrews.ac.uk/ L-iStorja tal-Matematika MacTutor]. </ref> botaniku u inġinier ċivili rispettivament.<ref> [http://royalsociety.org/downloaddoc.asp?id=3120 Direttorju tal-membri tar-Royal Society] (pdf). Ikkonsultat fil-25 ta' April 2009 </ref> Ibnu [[Leonard Darwin|Leonard]] (1850–1943), min-naħa l-oħra, kien politiku, ekonomista, ewġenista u kien fil-militar, u kellu bħala dixxiplu lil [[Ronald Fisher Aylmer]] (1890-1962),<ref>Edwards, A. W. F. 2004. Darwin, Leonard (1850–1943). In: Oxford Dictionary of National Biography, Oxford University Press.</ref> statistiku u bijologu tal-evoluzzjoni.
 
== Fehmiet reliġjużi ==
 
[[Stampa:Annie Darwin.jpg|thumb|200px|left|Il-mewt ta' bintu, Annie, fl-1851 kienet il-ġrajja li fl-aħħar ġegħlet 'l Darwin jabbanduna l-idea ta' Alla li jridilna l-ġid.]]
Għalkemm il-familja tiegħu kienet fil-maġġoranza nonkonformista u missieru, nannuh u ħuh kienu ħassieba ħielsa<ref> Desmond & Moore 1991 , p. 9, 12. </ref> fil-bidu Darwin ma kienx jiddubita l-verità letterali tal-[[Bibbja]].<ref> Darwin 1887, [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=15 p. 15]. </ref> Kien mar skola tal-Knisja Anglikana, imbagħad studja t-teoloġija Anglikana f'Cambridge biex jaqbad karriera ekkleżjastika.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 12/15, 80-81. </ref> Kien konvint mill-argument teoloġiku ta' William Paley li fin-natura hemm disinn li jipprova l-eżistenza ta' Alla,<ref>Darwin 1887, [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=15 p. 15].</ref> iżda matul il-vjaġġ tal-''Beagle'' beda jsaqsi lilu nnifsu, pereżempju, għaliex ħlejjaq ta' ġmiel kbir inħolqu f'qiegħ il-baħar fejn ħadd ma jista' jarahom, jew kif kien possibbli li jiġi rrikonċiljat il-kunċett ta' Paley ta' disinn ta' ġid għall-ħlejjaq kollha, maż-żunżana [[ichneumon]] li tipparalizza d-dud tal-ħaxix biex tagħtihom lill-bajd tagħha bħala ikel ħaj.<ref> Desmond 2004. </ref><ref> Lamoureux 2004 p. 5. </ref> <ref> Darwin 1887, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1452.2&viewtype=text&pageseq=328 p. 312]. </ref> Baqa' pjuttost Ortodoss u kien lest li jikkwota l-Bibbja bħala awtorità fil-qasam tal-moralità, iżda ma baqgħax jemmen iktar fl-istoriċità tat-[[Testment il-Qadim]].<ref>Darwin 1958, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1497&viewtype=side&pageseq=87 p. 87].</ref>
 
Waqt li kien qiegħed jagħmel ir-riċerki tiegħu fuq it-trasformazzjoni tal-ispeċi, kien jaf li ħbiebu naturalisti kienu jqisuhom bħala ereżijiet offensivi li jipperikolaw l-ġustifikazzjoni mirakoluża li fuqha kienet imwaqqfa l-ordni soċjali; kien it-tip ta' argument radikali użat mid-dissidenti u l-atej biex jattakkaw il-pożizzjoni privileġġjata tal-Knisja Anglikana bħala l-knisja stabbilita.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 217-219, 221. </ref> Għalkemm Darwin kiteb li r-reliġjon kienet strateġija tribali għas-sopravivenza, baqa' jemmen li Alla kien il-leġiżlatur suprem.<ref> Moore 2006. </ref> Dan it-twemmin naqas bil-mod il-mod, u bil-mewt ta' bintu Annie fl-1851, fl-aħħar tilef kull fidi fil-[[Kristjaneżmu]].<ref> Desmond & Moore 1991, p. 387, 402. </ref> Hu kompla jgħin il-knisja lokali fil-ħidma parrokkjali, iżda nhar ta' Ħadd kien imur jimxi filwaqt li l-familja tiegħu kienu jmorru l-knisja. Sar jaħseb li aħjar inqisu l-uġigħ u tbatija bħala riżultat ta' liġijiet ġenerali milli intervent dirett ta' Alla.
<ref>Darwin 1887, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1452.3&viewtype=text&pageseq=76 p. 64].</ref> Mistoqsi dwar il-fehmiet reliġjużi tiegħu, kiteb li hu qatt ma kien atew fis-sens li kien ċaħad l-eżistenza ta' Alla u li, b'mod ġenerali, "kien l-[[anjostiċiżmu]], li kien jiddeskrivi iktar eżatt l-istat mentali tiegħu".<ref> Darwin 1887, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1452.1&viewtype=text&pageseq=322 p. 304]. </ref>
 
Il-''Lady Hope Story'', ippubblikata fl-1915, sostniet li Darwin reġa' lura lejn il-Kristjaneżmu matul l-aħħar marda tiegħu. Din inċaħdet minn uliedu u l-istoriċi warrbuha bħala storja falza. Bintu, Henrietta, li kienet miegħu meta kien qiegħed imut, qalet li mhux veru li reġa' lura lejn il-Kristjaneżmu<ref> Yates 2003. </ref>. Fil-fatt, l-aħħar kliem tiegħu kienu diretti lejn Emma: "Ftakar x'mara tajba kont miegħi".<ref> Browne 2002, p. 495. </ref>
 
== Intepretazzjonijiet politiċi ==
Il-kitba u t-teoriji ta' Darwin flimkien mal-iskoperti ġenetiċi ta' [[Gregor Mendel]] (1822-1884) huma meqjusa bħala l-bażi tal-[[bijoloġija]] moderna.<ref> Bowler 1989 </ref><ref> Dobzhansky 1973 </ref> Madankollu, il-fama u l-popolarità ta' Darwin wasslu biex jiġu assoċjati ma' ismu, ideat u movimenti li għandhom x'jaqsmu indirettament biss max-xogħol tiegħu, u xi drabi huma direttament opposti għal twemminu.
 
=== L-ewġenetika ===
Wara l-pubblikazzjoni ta' ''L-Oriġni'' minn Darwin, kuġinuh, Francis Galton, applika l-ideat tiegħu għas-soċjetà umana, u beda mill-1865 jippromwovi l-idea ta' "titjib ereditarju" li spjega fid-dettall fl-1869 u 1865.<ref> Galton 1869 </ref> F'''Nisel il-bniedem'', Darwin qabel li Galton kien wera li x'aktarx it-"talent" u l-"ġenju" fil-bnedmin kienu jintirtu, iżda ħaseb li l-bidliet soċjali proposti minn Galton kienu wisq [[Utopja|Utopistiċi]].<ref> Darwin 1871, [http://www.infidels.org/library/historical/charles_darwin/descent_of_man/chapter_05.html Kapitlu 5], Dwar l-iżvilupp tal-fakultajiet intellettwali u morali. {{Iċċita|"Meta f'xi nazzjon il-livell tal-intellett u n-numru ta' nies intellettwali jiżdiedu, nistgħu nistennew mil-liġi tad-devjazzjoni mill-medja, li prodiġji ta' ġenju, kif wera s-Sur Galton, se jidhru xi ftit aktar spiss minn qabel." }}</ref> La Galton u lanqas Darwin ma pproponew ebda intervent mill-gvern u ħasbu, li l-iżjed li wieħed jista' jagħmel hu li jaħseb fl-[[eredità]] meta jkun qiegħed ifittex sieħeb jew sieħba.<ref> Galton p. 1869 1 u Darwin fl-1871, [http://www.infidels.org/library/historical/charles_darwin/descent_of_man/chapter_05.html Kapitlu 5].</ref> Fl-1883, wara l-mewt ta' Darwin, Galton beda jsejjaħ il-filosofija soċjali tiegħu Ewġenetika.<ref> Galton 1883 p 17, nota 1. </ref> Fis-seklu 20, il-movimenti ewġenistiċi saru popolari f'numru ta' pajjiżi u pparteċipaw fi programmi biex jikkontrollaw ir-riproduzzjoni, fosthom l-isterilizzazzjoni furzata.<ref> Reilly 1991. </ref> Wara dan, dawn bdew jidhru koroh minħabba li l-ideat tagħhom bdew jintużaw mill-[[Tielet Reich|Ġermanja Nazista]] fil-propaganda tagħha favur is-"safa" razzjali.<ref> Il-politika ewġenika Nazista kienet is-suġgett ta' għadd kbir ta' pubblikazzjonijiet. Waħda mill-aktar importanti hija dik ta' Robert Procter, ''Racial hygiene: Medicine under the Nazis'' (Cambridge, Harvard University Press, 1988) u ta' Dieter Kuntz, ed., ''Deadly medicine: creating the master race'' (Washington, D.C.: United States Holocaust Memorial Museum, 2004) ([http://www.ushmm.org/museum/exhibit/online/deadlymedicine/ Wirja fuq il-linja]). Dwar l-iżvilupp tal-moviment tal-[[indafa razzjali]] mas-Soċjaliżmu Nazzjonali, ara Paul Weindling, ''Health, race and German politics between national unification and Nazism, 1870–1945'' (New York: Cambridge University Press, 1989).</ref>
 
=== Id-Darwiniżmu soċjali ===
L-ideat ġejjin minn [[Thomas Malthus]] u [[Herbert Spencer]] li applikaw il-kunċetti tal-evoluzzjoni u tas-"sopravivenza tal-iżjed addattati" għas-soċjetajiet, nazzjonijiet u n-negozji, saru popolari fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tal-seklu 20, sal-punt li ntużaw biex jiddefendu bosta prospettivi ideoloġiċi, kultant kontradittorji, fosthom l-ekonomija "laissez-faire",<ref> Kotzin 2004 </ref> il-[[kolonjaliżmu]], ir-[[razziżmu]] u l-[[imperjaliżmu]]. It-terminu "Darwiniżmu soċjali" beda fis-snin disgħin tas-seklu 19, imma sar magħruf u polemiku fis-snin erbgħin meta Richard Hofstadter ikkritika l-[[konservatoriżmu]] tal-"laissez-faire".<ref> Paul 2003 </ref> Dawn il-kunċetti kienu jeżistu qabel il-pubblikazzjoni ta' ''L-Oriġni'' fl-1859,<ref> Desmond & Moore 1991, p. 477. </ref><ref> Wilkins 1997. </ref> pereżempju, Malthus miet fl-1834<ref> Anonimu 1935 </ref> u Spencer ippubblika l-kotba tiegħu fuq l-ekonomija fl-1851 u fl-1855.<ref> Sweet 2004 </ref> Darwin stess insista li l-[[politika soċjali]] ma tobdix b'mod sempliċi l-kunċetti tal-ġlieda u tas-selezzjoni fin-natura,<ref> Bannister 1989 </ref> u għandna nestendu s-simpatija lir-razez u 'l-ġnus kollha.<ref> Browne 1995, p. 244-246. </ref><ref> Ara Darwin 1887 [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=23 p. 23]:
{{Iċċita|"Kmieni fl-vjaġġ f'Bahia, fil-[[Brażil]], FitzRoy beda jiddefendi u jfaħħar il-jasar, li jien stmerrejt, u qalli li kien għadu kif żar wieħed li kien sid ta' ħafna lsiera u saqsihom jekk kinux kuntenti, u jekk xtaqux ikunu ħielsa u kollha wieġbu "Le". Imbagħad staqsejtu, forsi b'naqra ħażen, jekk jaħsibx li r-risposta tal-iskjavi quddiem sidhom tiswiex xi ħaġna? Din irrabjatu wisq, u qalli li la jien niddubita kelmtu ma nistgħux ngħixu flimkien iżjed".}}
Ara wkoll Darwin 1845 [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F14&viewtype=text&pageseq=220 pp. 207-208] dwar il-Fwegani:
{{Iċċita|"Għaliha tal-għageb, meta naħseb fil-ħafna kwalitajiet tajba li għandu, li hu tal-istess razza, u bla dubju jaqsam l-istess natura mas-slavaġ sfortunati u msejkna li l-ewwel iltqajna magħhom hawn".}}</ref>
 
== Kommemorazzjonijiet ==
[[Stampa:Charles Darwin 1880.jpg|thumb|200px|Darwin fl-1880.]]
 
Matul il-ħajja ta' Darwin, ħafna speċi kif ukoll postijiet issemew għalih. L-estensjoni fil-Punent tal-[[Fliegu Beagle]], li tgħaqqdu mal-[[Oċean Paċifiku]], il-Kaptan FitzRoy semmiha il-''[[Kanal ta' Darwin]]''. Dan kien minħabba l-azzjoni fil-pront li ħa Darwin u tnejn jew tliet baħrin miegħu, li salvat 'l sħabu milli jiġu iżolati fuq xatt meta glaċier ikkrolla u kkawża mewġa kbira li kienet ħa tkarkrilhom id-dgħajjes.<ref> FitzRoy 1839: [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F10.2&viewtype=text&pageseq=267 216-218].
</ref> Il-[[Muntanja Darwin]] fl-Andes issemiet għalih meta għalaq 25 sena.<ref> [http://www.aboutdarwin.com/timeline/time_04.html "Kronoloġija tal-ħajja ta' Darwin "]. ''AboutDarwin.com''. {{Iċċita|12 ta' Frar 1834. F'din id-data Darwin għalaq ħamsa u għoxrin sena u f'għeluq sninu Kapt. FitzRoy semma l-ogħla muntanja fir-reġjun Muntanja Darwin.}}.</ref> Meta l-''Beagle'' kien l-[[Awstralja]] fl-1839, [[John Lort Stokes]] (1812-1885), ħabib ta' Darwin, skopra port naturali li l-kaptan tal-vapur [[John Clements Wickham]] (1798-1864) semma [[Darwin (Awstralja)|Port Darwin]].<ref>[http://web.archive.org/web/20060918153343/http://www.ipe.nt.gov.au/whatwedo/landinformation/place/origins/palmdarwin.html ''Territory origins''], editjat min-''Northern Territory Department of Planning and Infrastructure'', l-Awstralja.</ref><ref> Port Darwin skoprieh il-logutenent John Lort Stokes u semmieh il-Kaptan JC Wickham meta kien fil-port abbord l-"HMS Beagle" fl-1839. Fl-1869, il-port issemma mill-ġdid Palmerston imma fl-1911 reġa' nagħta l-isem ta' Darwin. [http://www.nt.gov.au/lands/lis/placenames/origins/palmerstondarwin.shtml Il-Bidla ta' "Palmerston" għal "Darwin" fl-1911]. </ref> Il-kolonja ta' Palmerston, imwaqqfa fl-1869, imsemmiet Darwin fl-1911. Din saret l-kapitali tan-''Territorju ta' Fuq'' tal-Awstralja.<ref>[http://web.archive.org/web/20060918153343/http://www.ipe.nt.gov.au/whatwedo/landinformation/place/origins/palmdarwin.html ''Territory origins''], ippublikat min-''Northern Territory Department of Planning and Infrastructure'', l-Awstralja.</ref> Din il-belt hi kburija li għandha l-[[Università Charles Darwin]].<ref> [http://www.cdu.edu.au/ Università Charles Darwin]</ref> u l-[[Park Nazzjonali Charles Darwin]].<ref> [http://www.nt.gov.au/nreta/parks/find/charlesdarwin.html Sit tal-Park Nazzjonali Charles Darwin]</ref> Il-Kulleġġ Darwin fl-Università ta' [[Cambridge]], imwaqqaf fl-1964, issemma ad unur il-familja Darwin, nofs ir-raġuni kienet li parti mill-proprjetà li nbena fuqha kienet tagħha <ref> [http://www.dar.cam.ac.uk/visitors/history.shtml Paġna fuq l-istorja tal-Kulleġġ]. </ref>.
 
L-erbatax-il speċi ta' sponsun li kien skopra fil-[[Gżejjer Galapagos]] issemew "[[sponsuni ta' Darwin]]"<ref> It-terminu "sponsuni ta' Darwin" deher l-ewwel darba fl-1936 u fl-1947 David Lack għamlu popolari fil-ktieb tiegħu "Darwin's Finches" (Cambridge University Press, Cambridge. stampata mill-ġdid fl-1961 mill Harper Bros., New York, bi prefazju ġdid ta' Lack. Stampata mill-ġdid fl-1983 mill-Cambridge University Press b'daħla u noti ta' Laurene M. Ratcliffe u Peter T. Boag). ISBN 0-521-25243-1. </ref><ref> Rice (1999): 233-237. </ref> Fis-sena 2000, xbieha ta' Darwin intużat mill-Bank tal-Ingilterra fuq il-karta tal-għaxar liri minflok l-immaġini ta' [[Charles Dickens]].
 
L-2009 hi sena speċjali għall-kommemorazzjoni tal-memorja ta' Charles Darwin, 200 sena mit-twelid tiegħu u 150 sena mill-pubblikazzjoni ta' ''Dwar l-Oriġni tal-Ispeċi''. Huma ppjanati diversi attivitajiet madwar id-dinja.
{{-}}
 
== Noti u referenzi ==
{{referenzi|2}}
 
=== Sorsi ===
* Peter J. Bowler (1989). ''The Mendelian Revolution: The Emergence of Hereditarian Concepts in Modern Science and Society'', Johns Hopkins University Press (Baltimore) ISBN 0-485-11375-9
* E. Janet Browne (1995). ''Charles Darwin: vol. 1 Voyaging'', Jonathan Cape (Londra) ISBN 1-84413-314-1
* E. Janet Browne (2002). ''Charles Darwin: vol. 2 The Power of Place'', Jonathan Cape (Londra) ISBN 0-7126-6837-3
* Theodosius Dobzhansky (Marzu 1973), "Nothing in Biology Makes Sense Except in the Light of Evolution", ''The American Biology Teacher'', '''35''' : 125–129 ([http://www.2think.org/dobzhansky.shtml Test sħiħ]).
* Adrian Desmond et James Moore (1991). ''Darwin'', Michael Joseph, Penguin Group (Londra) ISBN 0-7181-3430-3
* Niles Eldredge (2006). Confessions of a Darwinist, ''The Virginia Quarterly Review'', Rebbiegħa 2006 : 32-53 [http://www.vqronline.org/articles/2006/spring/eldredge-confessions-darwinist/#fn11 konsultazzjoni tal-25 ta' April 2008].
* Richard Keynes (dir.) (2000). ''Charles Darwin's zoology notes & specimen lists from H.M.S. Beagle'', Cambridge University Press (Cambridge) [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1840&viewtype=text&pageseq=23 Ġunju–Awwissu 1836, konsultazzjoni tal-25 ta' April 2008].
* Tony Rice (1999). Voyages. Trois siècles d'explorations naturalistes, Delachaux et Niestlé (Lausanne) : 335 p. ISBN 2-603-01169-3
* Momme von Sydow (2005). Darwin – A Christian Undermining Christianity? On Self-Undermining Dynamics of Ideas Between Belief and Science, in David M. Knight, Matthew D. Eddy, ''Science and Beliefs: From Natural Philosophy to Natural Science, 1700–1900'', Ashgate ISBN 0-7546-3996-7
* [http://darwin-online.org.uk/darwin.html John van Wyhe (2006) Charles Darwin: gentleman naturalist: A biographical sketch] konsultazzjoni tal-15 ta' Diċembru 2006.
* Freeman, R. B. (1977), [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=A1&viewtype=text&pageseq=1 The Works of Charles Darwin: An Annotated Bibliographical Handlist] (Second ed.), Wm Dawson & Sons Ltd
 
== Xogħlijiet ewlenin ta' Charles Darwin ==
 
* ''Journal of Researches into the Geology and Natural History of the Various Countries by H.M.S. Beagle'', Londra, Henry Colburn, 1839, 614 pp. [2ni edizzjoni : 1845 ; 167 edizzjoni]
* ''The Structure and Distribution of Coral Reefs. Being the First of the Geology of the Voyage of the Beagle, under the Command of Capt. Fitzroy, during the Years 1832 to 1836'', Londra, Smith, Elder and Co., 1842. [2ni edizzjoni : 1874 ; 3et edizzjoni : 1889]
* ''Geological Observations on the Volcanic Islands Visited during the Voyage of H.M.S. Beagle, together with some Brief Notices of the Geology of Australia and the Cape of Good Hope'', Londra, Smith, Elder and Co., 1844. [2ni edizzjoni : 1876 ; 3et : 1891]
* ''Geological Observations on South America'', Londra, Smith, Elder and Co., 1846.
* ''Geological Observations on Coral Reefs, Volcanic Islands and on South America'', Londra, Smith, Elder and Co., 1851.
* ''A Monograph of the Sub-Class Cirripedia, with Figures of all the Species, vol. I : The Lepadidae'', Londra, The Ray Society, 1851.
* ''A Monograph of the FossIl Lepadidae, or Pedunculated Cirripedes of Great Britain, vol. II, The Balanidae (or Sessile Cirripedes)'', Londra, The Ray Society, 1854.
* "On the Tendency of Species to Form Varieties, and on the Perpetuation of Varieties by Natural Means of Selection" (ma' A.R. Wallace), ''Journal of Proceedings of the Linnean Society of London (Zoology)'', vol. III, n<sup>u</sup>9, 1 ta' Lulju 1858, pp. 1-62.
* ''On the Origin of Species by Means of Natural Selection, or the Preservation of Favoured Races in the Struggle for Life'' (''Dwar l-Oriġni tal-iSpeċi''), Londra, John Murray, (24 Novembru) 1859. [2ni ed. : 7 Jannar 1860 ; 3et ed. : April 1861 ; 4a ed. : Ġunju 1866 ; 5es ed. : 1869 ; 6t ed. : Frar 1872]
* ''On the Various Contrivances by which British and Foreign Orchids are Fertilised by Insects, and on the Good Effects of Intercrossing'', Londra, John Murray, 1862. [2ni ed. : 1877]
* ''On the Movements and Habits of Climbing Plants'', Londra, Longman, 1865. [2ni ed. : 1875]
* "Queries about Expression", 1867. Artiklu ippublikat minn R.B. Freeman u P. J. Gautrey, "Charles Darwin’s Queries about Expression", ''Bulletin of the British Museum of Natural History'', vol. 4, 1972, pp. 205-219.
* ''The Variation of Animals and Plants under Domestication'', Londra, John Murray, 2 volumi, 1868. [2ni ed. : 1875]
* ''The Descent of Man, and Selection in Relation to Sex'', Londra, John Murray, 2 volumi, 1871. [2ni ed. : 1874 b'nota miżjuda ta' de Th. Huxley]
* "Pangenesis", Nature, vol. 3, 27 April 1871, ''Proceedings of the Royal Society'', vol. 19, pp. 393-410.
* ''The Expression of the Emotions in Man and Animals'', Londra, John Murray, 1872. [2ni ed. : (minn Francis Darwin) en 1890]
* "Origin of Certain Instincts", Nature, vol. 7, 3 April 1873, pp. 417-418.
* ''Insectivorous Plants'', Londra, John Murray, 1875. [2ni ed. : 1888]
* ''The Effects of Cross and Self-Fertilisation in the Vegetable Kingdom'', Londra, John Murray, 1876. [2ni ed. : 1878]
* "Report of the Royal Commission on the Pratice of Subjecting Live Animals to Experiments for Scientific Purposes", Londra, Her Majesty’s Stationery Office, 1876, pp. 234, 4662-4672.
* ''The Different Forms of Flowers on Plants of the Same Species'', Londra, John Murray, (9 juillet) 1877. [2ni ed. : 1878 ; 3et ed. : 1880, bi prefazju minn Francis Darwin]
* "A Biographical Sketch of an Infant", Mind, vol. 2, Lulju 877, pp. 285-294. [Trad. Franċiża f'la Revue scientifique, vol. 13, 1877, pp. 25-29]
* "Preliminary Notice " f' E. Krause, Erasmus Darwin, Londra, John Murray (xogħol tradott mill-Ġermaniż), 1879.
* ''The Power of Movement in Plants'' (b'kolaborazzjoni ma' Francis Darwin), Londra, John Murray, 1880.
* ''The Formation of Vegetable Mould, through the Action of Worms, with Observations on their Habits'', Londra, John Murray, (10 Ottubru) 1881.
* "The Action of Carbonate of Ammonia on Chlorophyll Bodies", Journal of the Linnean Society of London (Botanic), vol. 19, 1882, pp. 262-284. Kommunikazzjoni moqrija minn Francis Darwin is-6 ta' Marzu u t-28 ta' Awwissu 1882
 
== Ħoloq esterni ==
{{wikiquote}}
{{commons}}
 
* {{fr}} [http://www.darwinisme.org/ Institut Charles Darwin International]
* {{en}} [http://darwin-online.org.uk/ Xogħlijiet sħaħ ta' Charles Darwin]
* {{en}} [http://www.thesecondevolution.com/darwin_intro.html Bijografija bl-istampi ta' Charles Darwin]
* {{en}} [http://www.darwinproject.ac.uk/ Darwin project] il-korrispondenza kollha ta' Darwin fuq il-linja
* {{en}} [http://www.darwin200.org/ Darwin 200: Ċelebrazzjoni tal-biċentinarju ta' Charles Darwin]
* {{en}} [http://worldcat.org/identities/lccn-n78-95637 Xogħlijiet dwar u ta' Charles Darwin]
 
{{vetrina}}
 
{{DEFAULTSORT:Darwin, Charles}}
 
[[Kategorija:Twieldu fl-1809]]
[[Kategorija:Mietu fl-1882]]
[[Kategorija:Bijoloġi Brittaniċi]]
[[Kategorija:Ġeoloġi Brittaniċi]]
[[Kategorija:Naturalisti Brittaniċi]]
[[Kategorija:Etoloġi]]
[[Kategorija:Teoristi]]
[[Kategorija:Bijoloġi evoluzzjonarji]]
[[Kategorija:Personalitajiet midfuna f'Westmister Abbey]]
 
{{Link FA|bg}}
{{Link FA|bs}}
{{Link FA|ca}}
{{Link FA|el}}
{{Link FA|en}}
{{Link FA|fi}}
{{Link FA|ml}}
{{Link FA|pl}}
{{Link FA|scn}}
{{Link FA|sl}}
{{Link GA|de}}
{{Link GA|es}}
{{Link GA|fr}}
{{Link GA|ja}}
24

modifiki

Menu ta' navigazzjoni