Agatha Barbara: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 45: Linja 45:
[[Kategorija:Politiċi Maltin]]
[[Kategorija:Politiċi Maltin]]
[[Kategorija:Politiċi tal-Partit Laburista (Malta)]]
[[Kategorija:Politiċi tal-Partit Laburista (Malta)]]
[[Kategorija:Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista (Malta)]]

Reviżjoni ta' 22:31, 14 Frar 2014

Agatha Barbara (1923-2002) kienet it-tielet President ta' Malta, l-ewwel membru parlamentari mara, l-ewwel ministru mara, l-ewwel aġent-Priministru mara, u l-ewwel u s'issa l-unika President mara. Imwielda Ħaż-Żabbar nhar il-11 ta’ Marzu 1923, ħadmet bħala għalliema qabel ma daħlet fil-politika.

Fil-politika

Fl-1946 bdiet tinvolvi ruħha b’mod attiv fil-politika mal-Partit Laburista dak iż-żmien immexxi minn Pawlu Boffa, u sena wara saret l-ewwel membru parlamentari mara fil-Parlament wara li kkontestat ghall-ewwel darba l-elezzjoni generali tal-1947 f’isem il-Partit Laburista.

Ministru tal-Edukazzjoni

Bejn l-1955 u l-1958 kif ukoll bejn l-1971 u l-1974 hija serviet bħala Ministru tal-Edukazzjoni fil-Gvern ta' Dom Mintoff. Malli nghatat din il-kariga fl-1955 hija ghamlitha obbligatorja li t-tfal imorru l-iskola sakemm ikollhom 14-il sena u hadet hsieb il-bini jew it-tkabbir ta’ 44 skola fil-pajjiz. L-idea ta’ skola sa 14-il sena u minghajr hlas dahlet fis-sehh fl-1955, hames xhur biss wara li hija nghatat ir-responsabbiltà tal-Edukazzjoni.

Kien tahtha wkoll li bdew jitqassmu kotba b’xejn u l-istudenti tal-kullegg bdew jinghataw dak li jissejjah “pocket money” waqt li nfethu l-ewwel skejjel specjali, fosthom ghal dawk neqsin mid-dawl, is-smiegh u ohrajn bi problemi mentali. Hi ddecidiet ukoll li l-istudenti bniet kellhom id-dritt jitghallmu suggetti li qabel kienu meqjusin bhala tas-subien, bhax-xjenza.

Fl-1958 kienet ikkundannata ghall-habs mill-qrati Maltin talli hadet sehem fil-protesti kontra l-Ingliżi.

Fl-1971, ghal darb’ohra bhala ministru responsabbli mill-edukazzjoni, hija ziedet l-età obbligatorja ta’ l-istudju minn 14-il sena ghal 16-il sena. F’dan il-perjodu bdew jitwaqqfu l-iskejjel tas-snajja’ fosthom l-Iskola tal-Muzika u d-Drama u l-Felinberg, l-istitut ghat-taghlim tat-teknologija.

Bejn l-1974 u l-1981 kellha f’idejha l-kultura u l-qasam socjali. Fil-qasam socjali hija hadmet biex in-nisa setghu jibdew jinghataw paga daqs l-irgiel, biex jiehdu l-leave tal-maternità bi hlas, biex dawk bla xoghol setghu jiehdu l-beneficcji socjali, biex il-genituri setghu jiehdu c-“children’s allowance” u anke hadmet fuq il-pensjoni taz-zewg terzi. Fir-rigward tal-kultura kien tahtha li twaqqfu l-Muzew ta’ l-Arkeologija, il-Muzew ta’ l-Istorja Nazzjonali, il-Muzew ta’ l-Arti u l-Muzew tal-Folklor.

Hija serviet ukoll bhala Agent Prim Ministru f’diversi okkazjonijiet bejn l-1971 u l-1981.

President ta' Malta

Nhar is-16 ta’ Frar, 1982 inhatret bhala l-President tar-Repubblika biex kienet it-tielet president tal-pajjiz wara Sir Anthony Mamo u Anton Buttigieg.

Hija mietet fl-4 ta’ Frar, 2002 fl-età ta’ 78 sena.

Monument f'Ħaż-Żabbar

Il-President Edward Fenech Adami kixef monument ad unur taghha f'Ħaż-Żabbar fit-23 ta' April, 2006. Dakinhar Fenech Adami qal li Agatha Barbara kienet persuna li halliet il-marka taghha fl-istorja ricenti ta’ pajjizna. Filwaqt li elenka d-diversi kisbiet li ghamlet bhala mara u li permezz taghhom ikkontribwiet biex issir l-istorja, huwa qal li dawn il-fatturi kollha jispjegaw ir-raguni ghalfejn jixirqilha li tinghata gieh ghall-kontribut kbir li tat lill-pajjiz.

 Agatha Barbara ddedikat hajjitha kollha kemm hi, sa minn zoghzitha, ghas-servizz tal-poplu Malti u b’mod partikolari ghaz-Zabbarin. Dahlet fil-politika b’entuzjazmu u b’dedikazzjoni kbira fi zmien difficli, ghax kien zmien ta’ bidla radikali li hi affrontatha billi offriet is-servizz taghha lill-poplu. M’ghandix dubju li hekk harset lejn il-politika, billi ddedikat ruhha b’qawwa kbira ghal dak li kienet temmen li kien l-ahjar ghal pajjizna. 

Filwaqt li zied isemmi diversi esperjenzi personali li kienu laqqghuh mill-qrib ma’ Agatha Barbara sa mill-bidu tal-karriera politika tieghu, il-President Fenech Adami rrimarka li l-akbar kuntatt li kellu maghha kien meta kien Kap tal-Oppozizzjoni wara li saret President tar-Repubblika fejn hadmet bis-shih biex issolviet il-krizi kostituzzjonali

Predeċessur
Anton Buttigieg
President ta' Malta
1982-1987

Suċċessur
Pawlu Xuereb

Predeċessur
Antonio Paris
Ministru tal-Edukazzjoni
1955–1958

Suċċessur
vakanti

Predeċessur
Pawlu Borg Olivier
Ministru tal-Edukazzjoni
1971–1976

Suċċessur
Philip Muscat