Francis Ebejer: Differenza bejn il-verżjonijiet
Linja 12: | Linja 12: | ||
Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax-xogħlijiet teatrali kif ukoll televiżivi tiegħu. Huwa ġie mogħti il-Premju Letterarju Malti erba' darbiet, iċ-''Cheyneh Award for the Best Producer'' fl-1984, il-''Phoenicia Trophy for Culture'' fl-1982 u fl-1985, u l-premju ''Città di Valletta'' fl-1989. |
Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax-xogħlijiet teatrali kif ukoll televiżivi tiegħu. Huwa ġie mogħti il-Premju Letterarju Malti erba' darbiet, iċ-''Cheyneh Award for the Best Producer'' fl-1984, il-''Phoenicia Trophy for Culture'' fl-1982 u fl-1985, u l-premju ''Città di Valletta'' fl-1989. |
||
Ebejer miet ħabta u sabta fir-residenza tiegħu fis-[[Swieqi]] fl-1993, u ndifen fil-ċimiterju ta' Ħad-Dingli. |
Ebejer miet ħabta u sabta fir-residenza tiegħu fis-[[Swieqi]] fl-1993, u ndifen fil-ċimiterju ta' Ħad-Dingli.ffgghgdrfttihgrytjtghkjtgjjdetrfyhu9899tfruhgftyfyhry7ugfy7gggfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfggjuufjghdftrffrtgr5rrgrtgtgrhrtrgyuuygtyrtrr |
||
r |
|||
t |
|||
rygythth5etrt5r |
|||
== Xogħlijiet == |
== Xogħlijiet == |
Reviżjoni ta' 15:37, 13 Novembru 2013
Francis Ebejer (Ħad-Dingli, 28 ta' Awwissu 1925 – San Ġiljan, 10 ta' Ġunju 1993) kien kittieb u drammaturgu Malti tas-seklu 20.
Bijografija
Francis Ebejer twieled u trabba Ħad-Dingli. Kien l-ikbar fost sebat aħwa. Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema. Studja fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo. Ebejer studja l-mediċina fl-Università ta' Malta bejn l-1942 u l-1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu tal-Ingliż-Taljan mal-8th Army tal-Forzi Brittaniċi fit-Tripolitanja, l-Afrika ta' Fuq (1943–1944). Ħa sena kors tal-Letteratura fl-Università ta' Malta. Imbagħad mexa fuq il-passi ta' missieru u sar għalliem tal-Ingliż u wara sentejn taħriġ f'St Mary's Training College, f'Middlesex, l-Ingilterra (1948–1950), hu nħatar kap tal-iskejjel primarji tal-Gvern fejn baqa' sal-1977.
Ebejer kien jikteb bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Beda l-karriera tiegħu permezz ta' drammi fuq ir-radju, televiżjoni u stejjer qosra li kienu ppubblikati fi New York bejn l-1980 u 1992 u oħrajn imxandra fuq il-BBC. Xi xogħlijiet tiegħu nqalbu għat-Taljan, Olandiż u saħansitra għall-Ġappuniż. Wara Ebejer kiteb serje ta' novelli bl-Ingliż u tliet drammi bil-Malti.
Ebejer kien membru tal-P.E.N. (L-Għaqda Internazzjonali tal-Awturi), President onorarju tal-Moviment Letterarju Malti u membru tal-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti.
Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax-xogħlijiet teatrali kif ukoll televiżivi tiegħu. Huwa ġie mogħti il-Premju Letterarju Malti erba' darbiet, iċ-Cheyneh Award for the Best Producer fl-1984, il-Phoenicia Trophy for Culture fl-1982 u fl-1985, u l-premju Città di Valletta fl-1989.
Ebejer miet ħabta u sabta fir-residenza tiegħu fis-Swieqi fl-1993, u ndifen fil-ċimiterju ta' Ħad-Dingli.ffgghgdrfttihgrytjtghkjtgjjdetrfyhu9899tfruhgftyfyhry7ugfy7gggfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfgfggjuufjghdftrffrtgr5rrgrtgtgrhrtrgyuuygtyrtrr r t rygythth5etrt5r
Xogħlijiet
Ebejer kiteb in-novelli kollha, barra waħda, bl-Ingliż. L-aħħar novella The Malta Baron and I Lucian kienet ippublikata fl-2002, disa' snin wara mewtu. Din tista' titqies bħala tewmija ma' Requiem for a Malta Fascist (1980). Iż-żewġ novelli jittrattaw il-faxxiżmu u t-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn is-suġġetti kienu importanti ħafna fil-ħajja tiegħu.
Ebejer kien id-drammaturgu prinċipali f'Malta fit-tieni nofs tas-seklu 20. Id-drammi oriġinali tiegħu, miktubin bi stil eleganti li juri sengħa kbira fl-użu tal-ilsien Malti, ippruvaw idaħħlu introspezzjoni iżjed profonda fis-soċjetà Maltija.
Fis-snin ħamsin kien jikteb l-iżjed għar-radju, waqt li fis-snin sittin raw lil Ebejer, issa iżjed matur, jikteb ix-xogħlijiet teatrali importanti tiegħu. It-tliet opri kbar tiegħu Vaganzi tas-Sajf (1962), Boulevard (1964), u Menz (1967) għamlu suċċess kbir u taw lil-letteratura Maltija l-ewwel drammi intelletwali. L-aħħar dramm ta' Francis Ebejer kien Il-Ġaħan ta' Binġemma, miktub fl-1986 għas-Sena Internazzjonali taz-Żgħażagħ u li kien dirett għall-Ministeru tal-Edukazzjoni minn Mario Azzopardi. Ebejer kiteb ukoll xi drammi bl-Ingliż, fosthom 'Bloddy in Bolivia u The Golden Tut kif ukoll The Cliffhangers, li mbagħad qalbu għall-Malti bħala L-Imwarrbin.
Novelli bl-Ingliż:
- A Wreath of Maltese Innocents (1958)
- Wild Spell of Summer (1968)
- In the Eye of the Sun (1969)
- Come Again in Spring (1973)
- Requiem for a Malta Fascist (1980)
- Leap of Malta Dolphins (1982)
- The Malta Baron and I Lucian (postum 2002)
Drammi bil-Malti:
- Vaganzi tas-Sajf (1962)
- Boulevard (1964)
- Menz (1967)
- Il-Ħadd fuq il-Bejt (1971)
- L-Imnarja Żmien il-Qtil (1973)
- Vum-Barala-Zungare' (1973)
- Id-Dar tas-Soru (1974)
- Meta Morna tal-Mellieħa (1976)
- Karnival (1977)
- Il-Ġaħan ta' Binġemma (1986)