Pascal Zuberbühler: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Bot: Migrating 25 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q315324
No edit summary
Linja 7: Linja 7:
|pajjiż_twelid = Żvizzera
|pajjiż_twelid = Żvizzera
|tul = 1.97 m
|tul = 1.97 m
|rwol = [[Gowlkiper]]
|rwol = [[Gowler]]
|klabb_kurrenti = [[Fulham FC|Fulham]]
|klabb_kurrenti =
|numru = 19
|numru =
|snin_ġovanili1 = 1983–1992
|snin_ġovanili1 = 1983–1992
|klabbs_ġovanili1 = [[FC Frauenfeld|Frauenfeld]]
|klabbs_ġovanili1 = [[FC Frauenfeld|Frauenfeld]]
Linja 46: Linja 46:
|aġġornament = 15:41, 6 Settembru 2010 (UTC)
|aġġornament = 15:41, 6 Settembru 2010 (UTC)
}}
}}
'''Pascal Zuberbühler''' ([[Frauenfeld]], [[8 ta' Jannar]] [[1971]]) hu plejer tal-[[futbol]] [[Żvizzera|Żvizzeru]] li jilgħab mal-klabb mill-[[Premier League|Premier League Ingliż]] [[Fulham FC|Fulham]] bħala [[gowlkiper (futbol)|gowlkiper]].
'''Pascal Zuberbühler''' ([[Frauenfeld]], [[8 ta' Jannar]] [[1971]]) huwa eks-[[futbol]]er [[Żvizzera|Żvizzeru]] li kien jilgħab bħala [[gowler]].


== Karriera ==
== Karriera ==
Linja 67: Linja 67:
== Ħoloq esterni ==
== Ħoloq esterni ==


* [http://www.fulhamfc.com/MatchAndTeam/PlayerProfiles/ProfileDetails/PascalZuberbuhler.aspx Profil] fuq fulhamfc.com
* {{soccerbase|16269}}
* {{soccerbase|16269}}

{{Tim ta' Fulham FC}}


{{DEFAULTSORT:Zuberbuhler, Pascal}}
{{DEFAULTSORT:Zuberbuhler, Pascal}}
Linja 77: Linja 74:
[[Kategorija:Futbolers Żvizzeri]]
[[Kategorija:Futbolers Żvizzeri]]
[[Kategorija:Plejers ta' Grasshopper-Club Zürich]]
[[Kategorija:Plejers ta' Grasshopper-Club Zürich]]
[[Category:Plejers ta' Bayer 04 Leverkusen]]
[[Kategorija:Plejers ta' Bayer 04 Leverkusen]]
[[Category:Plejers ta' FC Basel]]
[[Kategorija:Plejers ta' FC Basel]]
[[Category:Plejers ta' FC Aarau]]
[[Kategorija:Plejers ta' FC Aarau]]
[[Category:Plejers ta' West Bromwich Albion FC]]
[[Kategorija:Plejers ta' West Bromwich Albion FC]]
[[Category:Plejers ta' Neuchâtel Xamax]]
[[Kategorija:Plejers ta' Neuchâtel Xamax]]
[[Category:Plejers ta' Fulham FC]]
[[Kategorija:Plejers ta' Fulham FC]]
[[Kategorija:Plejers tal-Fußball-Bundesliga]]
[[Kategorija:Plejers tal-Fußball-Bundesliga]]
[[Kategorija:Plejers tal-Premier League]]
[[Kategorija:Plejers tal-Premier League]]

Reviżjoni ta' 07:46, 28 Awwissu 2013

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Pascal Zuberbühler (Frauenfeld, 8 ta' Jannar 1971) huwa eks-futboler Żvizzeru li kien jilgħab bħala gowler.

Karriera

Klabb

Zuberbühler lagħab 187 logħba fil-kampjonat għal Grasshopper Zürich bejn l-1991 u l-1999, fejn matul dan il-perjodu rebaħ is-Super League Żvizzera tliet darbiet u t-Tazza Żvizzera darba. Ma' Basel lagħab total ta' 217-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn rebaħ il-kampjonat għal tliet darbiet oħra u t-Tazza Żvizzera darbtejn. Matul dan iż-żmien, jibqa' mfakkar għall-prestazzjoni eċċellenti li wettaq fil-partita kontra Liverpool fil-UEFA Champions League, fil-pari ta' 1–1. Waqt il-perjodu ta' self ma' Bayer Leverkusen hu lagħab tlettax-il partita fil-Bundesliga u ħamsa fiċ-Champions League.

Fl-14 ta' Lulju, 2006, iffirma kuntratt ta' sentejn ma' West Bromwich Albion.[1] Id-debutt kompetittiv tiegħu wasal kontra Hull City fit-trijonf ta' 2–0 nhar il-5 ta' Awwissu, 2006. Madanakollu, ftit li xejn għamel suċċess mal-Baggies u ma baqax jissejjaħ mal-ewwel ħdax taħt il-kowċ il-ġdid Tony Mowbray. Zuberbühler reġa' ġie skjerat mal-ewwel ħdax wara li Russell Hoult ġie sospiż, u rrisponda bi prestazzjoni sodisfaċenti fir-rebħa ta' 3–0 fl-FA Cup kontra r-rivali Wolves. Din kellha tkun l-aħħar logħba tiegħu mal-klabb. Bil-wasla ta' Dean Kiely, Zuberbühler sab postu fit-tim iktar insigur, aktar u aktar biċ-ċans li ma jintgħażilx mal-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej tal-2008. Wara iffirma kuntratt ta' 18-il xahar mal-klabb ta' Neuchâtel Xamax.[2]

F'Awwissu 2008, Zuberbühler reġa' rritorna fl-ogħla diviżjoni Ingliża, din id-darba ma' Fulham, fejn iffirma kuntratt ta' sena. Hu kien fuq il-bank tas-sostituti fil-finali tal-UEFA Europa League 2009–10.

Internazzjonali

Zuberbühler deher 51 darba mat-tim nazzjonali Żvizzeru u kien membru tal-iskwadra Żvizzera fl-Euro 2004, l-Euro 2008 u t-Tazza tad-Dinja 2006. Fit-Tazza tad-Dinja tal-2006, hu rnexxielu ma jsofrix gowl fl-erba' logħbiet tal-Iżvizzeri kontra Franza, il-Korea t'Isfel, it-Togo u l-Ukrajna. L-Iżvizzera huwa l-uniku tim fl-istorja tal-kompetizzjoni li ġew eliminati mingħajr ma sofru gowl fil-ħin normali. Zuberbühler iżomm ir-rekord għall-aktar logħbiet f'turnew inernazzjonali mingħajr ma sofra gowl (ħames partiti). Fil-11 ta' Ġunju, hu lagħab l-aħħar logħba tiegħu bil-flokk tal-Iżvizzera f'rebħa ta' 2–0 fuq il-Portugall fil-Kampjonati Ewropej tal-2008.

Referenzi

  1. ^ BBC Sport, ed. (14-07-2006). "West Brom sign keeper Zuberbuhler" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ BBC Sport, ed. (14-02-2007). "Zuberbuhler ends West Brom spell" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni