Emerson Ferreira da Rosa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Bot: Migrating 34 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q215952
Linja 85: Linja 85:
[[Kategorija:Plejers ta' La Liga]]
[[Kategorija:Plejers ta' La Liga]]
[[Kategorija:Plejers tal-Fußball-Bundesliga]]
[[Kategorija:Plejers tal-Fußball-Bundesliga]]

[[ar:إيمرسون]]
[[bg:Емерсон]]
[[ca:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[cs:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[da:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[de:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[en:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[eo:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[es:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[fi:Emerson]]
[[fr:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[he:אמרסון (כדורגלן)]]
[[hr:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[hu:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[id:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[it:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[ja:エメルソン・フェレイラ]]
[[ko:이메르송]]
[[lt:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[mk:Емерсон]]
[[nl:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[no:Emerson (fotballspiller)]]
[[pl:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[pt:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[ru:Эмерсон Феррейра]]
[[simple:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[sk:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[sl:Émerson Ferreira da Rosa]]
[[sq:Emerson]]
[[sv:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[tr:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[uk:Емерсон Феррейра]]
[[vi:Emerson Ferreira da Rosa]]
[[zh:埃默森·费雷拉·达罗萨]]

Reviżjoni ta' 18:54, 2 April 2013

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Emerson Ferreira da Rosa (Pelotas, 4 ta' April 1976), magħruf sempliċiment bħala Emerson, hu plejer tal-futbol Brażiljan. Il-laqam tiegħu huwa "Il-Puma" minħabba l-movimenti felini li għandu fin-nofs tal-grawnd.

Karriera

Wara li beda l-avventura Ewropea mat-tim Ġermaniż ta' Bayer Leverkusen, Emerson ingħaqad ma' AS Roma fejn rebaħ il-kampjonat u kif ukoll is-Supertazza Taljana fl-2001. Il-prestazzjonijiet impressjonanti għal Roma fl-istaġun 2003–04, wasslu għal klabbs bħal Juventus kif ukoll Real Madrid biex jinteressaw irwieħhom fil-plejer biex jakkwistawh matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Wara saga twila fuq il-futur tiegħu, Roma xtaqu li jbiegħhuh lil Real Madrid minflok lir-rivali Juventus però Emerson xtaq li jmur ma' Juventus, fejn mexa mal-passi tal-kowċ Fabio Capello biex ingħaqad ma' Juventus għal somma ta' madwar 15-il miljun Ewro. Wara żewġ staġuni mat-tim minn Turin, hu ttrasferixxa ma' Real Madrid għal darb'oħra flimkien ma' Capello. Madankollu, minħabba r-relazzjoni xejn tajba li kellu ma' Capello flimkien ma' prestazzjonijiet xejn konvinċenti, Emerson wera x-xewqa li jirritorna lura lejn Juventus f'Jannar tal-2007 anke jekk kien jaf li b'konsegwenza t'hekk kien se jinżel is-salarju. Però, sa Mejju, il-prestazzjonijiet mat-tim Madrilen tjiebu, u flimkien mar-riżultati tajbin li kien qed jikseb it-tim, nhar it-12 ta' Mejju 2007 hu ddikjara l-intenzjoni li jibqa' ma' Real. Imma, f'konverżazzjoni fuq il-programm tar-radju "El Larguero", il-president ta' Real Madrid Ramon Calderon, qal li Emerson jista' jħalli lil Real Madrid dak is-sajf flimkien mal-attakant Taljan Antonio Cassano minħabba problemi tekniċi.

Fil-21 ta' Awissu 2007, Milan uffiċjalizzaw l-akkwist tal-Brażiljan.[1] Id-debutt wasal fis-Supertazza Ewropea meta' Milan rebħu lil Sevilla 3–1 nhar il-31 ta' Awwissu. Nhar il-21 ta' April 2009 hu u l-klabb Milanist waslu fi qbil unanimu li jħassru l-kuntratt minħabba raġunijiet personali.[2]

Wara li fis-26 ta' Lulju, 2009, iddeċieda li jissieħeb ma' Santos, tliet xhur wara, eżattament fis-16 ta' Ottubru, hu ddeċieda li jtemm il-kuntratt tiegħu minħabba uġigħ persistenti.

Internazzjonali

Emerson kien rimpjazzament għal Romário fit-Tazza tad-Dinja 1998. Hu kien se jkun il-kaptan tat-tim Brażiljan fit-Tazza tad-Dinja 2002, però Emerson sofra minn uġigħ fi spallejh biex ħalla l-post tal-kap tat-tim għal Cafu; it-tim Sud-Amerikan irnexxielu jirbaħ l-edizzjoni tal-2002.

Referenzi

  1. ^ Welcome Puma! - AC Milan.com
  2. ^ Goal.com, ed. (21-04-2009). "Emerson Leaves Milan Through Mutual Consent" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni