Lawrence Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet
Linja 50: | Linja 50: | ||
=== Kap tal-Oppożizzjoni === |
=== Kap tal-Oppożizzjoni === |
||
Nhar l-10 ta' Marzu filgħodu tħabbar li l-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 55% jew 35,000 vot u jista' jkollu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Gonzi mill-ewwel ikkonċeda t-telfa u feraħ lill-Priministru l-ġdid [[Joseph Muscat]]. Huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Kap tal-Partit u kien se jibqa' fil-kariga sakemm il-Partit jagħżel Kap ġdid. Joseph il-King ta Malta. |
Nhar l-10 ta' Marzu filgħodu tħabbar li l-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 55% jew 35,000 vot u jista' jkollu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Gonzi mill-ewwel ikkonċeda t-telfa u feraħ lill-Priministru l-ġdid [[Joseph Muscat]]. Huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Kap tal-Partit u kien se jibqa' fil-kariga sakemm il-Partit jagħżel Kap ġdid. ==Joseph il-King ta Malta==. |
||
==Ħoloq esterni== |
==Ħoloq esterni== |
Reviżjoni ta' 08:23, 14 Marzu 2013
Stampa:Pm profile.JPG | |
Kariga: | Kap tal-Oppożizzjoni |
Perjodu fil-Kariga: | 2013 - |
PM Predeċessur: | Eddie Fenech Adami |
Data tat-Twelid: | 1 ta' Lulju, 1953 |
Post tat-Twelid: | Valletta |
Partit Politiku: | Partit Nazzjonalista |
Lawrence Gonzi (Pietà, 1 ta' Lulju 1953) huwa attwalment il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista. Minn Marzu 2004 sa Marzu 2013 huwa serva bħala Prim Ministru ta' Malta. Nhar l-10 ta' Marzu 2013 huwa ħabbar li kien se jirreżenja minn Kap tal-Partit wara telfa elettorali kbira għall-Partit tiegħu li ġab kważi 12% inqas mill-Partit Laburista, differenza ta' madwar 35,000 vot.
Bijografija
Bin Luigi u Ineż, Lawrence Gonzi huwa ukoll in-neputi tal-Arċisqof Mikiel Gonzi u huwa miżżewweġ lil Catherine magħrufa bħala Kate, u għandhom tliet ulied: David, Mikela u Paul.
Gonzi qatta' ħafna mit-tfulija tiegħu fl-Azzjoni Kattolika. Huwa kien student fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Minkejja li zijuh, l-Arċisqof Gonzi, ħeġġu biex isir saċerdot, Lawrence Gonzi għażel li jkompli l-istudji tiegħu, billi jidħol għall-kors tal-Liġi fl-Università ta' Malta, fejn eventwalment laħaq avukat fl-1975. Waqt il-kors Gonzi beda jinteressa ruħu fil-politika. Huwa beda jipprattika l-professjoni tiegħu f'kumpanija privata, u ftit wara ħadem ta' avukat għal Mizzi Organisation, fejn serva ta' Ċermen tal-grupp mill-1987 sal-1997.
Ftit wara il-gradwazzjoni tiegħu Gonzi beda jieħu sehem fis-settur volontarju, partikularment fis-settur relatat mad-diżabilità u l-mard mentali. Huwa kien ukoll President tal-"Malta Catholic Action Movement" bejn l-1976 u l-1986.
Politika
Lawrence Gonzi ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet ġenerali fl-1987 bla suċċess mal-Partit Nazzjonalista. Intgħażel speaker tal-Kamra tad-Deputati fl-1988 u wkoll fl-1992. Gonzi ikkontesta b'suċċess l-elezzjonijiet tal-1996. Bħala membru parlamentari fl-oppożizzjoni, serva bħala Shadow Minister għas-sigurta soċjali. Matul iż-żmien hu serva bħala Segretarju Parlamentari għall-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Whip tal-Partit Nazzjonalista, u Segretarju Ġenerali tal-Partit.
Fl-elezzjonijiet tal-1998 u l-2003 reġa' ġie elett bħala membru parlamentari u serva bħala Ministru tas-Sigurtà Soċjali u wara li fl-1999 Guido de Marco laħaq President tar-Repubblika, Gonzi ikkontesta b'suċċess il-kariga ta' Viċi-Kap tal-partit. Ftit wara inħatar Viċi-Prim Ministru ta' Malta u Leader of the House tal-Kamra tad-Deputati.
Priministru 2004-2013
Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami, Gonzi rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f'elezzjoni li saret fi Frar 2004. Hu laħaq Prim Ministru f'Marzu tal-istess sena.
Mill-2004 huwa żamm il-Ministeru tal-Finanzi f'idejh. Bħala Ministru tal-Finanzi huwa rnexxielu jġib lil Malta fil-pożizzjoni biex tikkwalifika għall-kriterji ta' Maastricht sabiex tidħol fiż-Żona Ewro u tadotta l-munita ewlenija Ewropea, l-ewro.
Gonzi kellu jiffaċċja l-ewwel elezzjoni bħala Kap tal-Partit u Prim Ministru ta' Malta fl-2008. Waqt il-kampanja elettorali Gonzi ta importanza kbira lill-ambjent fejn jara l-ambjent l-akbar sfida li Malta għanda tiffaċja. Fit-8 ta' Marzu 2008, il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'distakk minimu ta' kważi 1,500 vot fuq il-Partit Laburista immexxi minn Alfred Sant, li wara din it-tielet telfa konsekuttiva, irriżenzja minn kap tal-partit. Jumejn wara din ir-rebħa Gonzi ġie konfermat mill-ġdid bħala Prim Ministru. Kif kien stqarr qabel l-elezzjoni, Gonzi ma baqax fil-kariga ta' Ministru tal-Finanzi. Fil-fatt huwa żamm l-Awtorità tal-Ippjanar u s-settur tat-turiżmu taħt l-uffiċċju tiegħu direttament.
Franco Debono
Kap tal-Oppożizzjoni
Nhar l-10 ta' Marzu filgħodu tħabbar li l-Partit Laburista għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 b'maġġoranza ta' 55% jew 35,000 vot u jista' jkollu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Gonzi mill-ewwel ikkonċeda t-telfa u feraħ lill-Priministru l-ġdid Joseph Muscat. Huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Kap tal-Partit u kien se jibqa' fil-kariga sakemm il-Partit jagħżel Kap ġdid. ==Joseph il-King ta Malta==.
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Lawrence Gonzi |
Predeċessur Eddie Fenech Adami |
Prim Ministru ta' Malta 2004–2013 |
Suċċessur |
Predeċessur Eddie Fenech Adami |
Kap tal-Partit Nazzjonalista 2004–2013 |
Suċċessur |
Predeċessur Guido de Marco |
Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista 1999–2004 |
Suċċessur |
Predeċessur Austin Gatt |
Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista 1998–1999 |
Suċċessur |