Lawrence Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 22: Linja 22:
|}
|}


'''Dott. Lawrence Gonzi''' ([[Pietà (Malta)|Pietà]], [[1 ta' Lulju]] [[1953]]) huwa l-[[Kap tal-Oppożizzjoni]] attwali ta' [[Malta]] u l-Kap tal-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]]. Laħaq Prim Ministru fit-[[23 ta' Marzu]] [[2004]], wara r-riżenja ta' Dott. [[Edward Fenech Adami|Eddie Fenech Adami]].
'''Dott. Lawrence Gonzi''' ([[Pietà (Malta)|Pietà]], [[1 ta' Lulju]] [[1953]]) huwa l-[[Kap tal-Oppożizzjoni]] attwali ta' [[Malta]] u l-Kap tal-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]]. Huwa laħaq Prim Ministru fit-[[23 ta' Marzu]] [[2004]], wara r-riżenja ta' Dott. [[Edward Fenech Adami|Eddie Fenech Adami]].


==Bijografija==
==Bijografija==

Reviżjoni ta' 00:57, 11 Marzu 2013

Dott. Lawrence Gonzi
Stampa:Pm profile.JPG
Kariga: Prim Ministru ta' Malta
Perjodu fil-Kariga: 2004 - Illum
PM Predeċessur: Eddie Fenech Adami
Data tat-Twelid: 1 ta' Lulju, 1953
Post tat-Twelid: Valletta
Partit Politiku: Partit Nazzjonalista

Dott. Lawrence Gonzi (Pietà, 1 ta' Lulju 1953) huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni attwali ta' Malta u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Huwa laħaq Prim Ministru fit-23 ta' Marzu 2004, wara r-riżenja ta' Dott. Eddie Fenech Adami.

Bijografija

Dott. Lawrence Gonzi huwa t-tifel ta' Luigi u Ines Gonzi. Gonzi jiġi sewwa sew in-neputi tal-arċisqof emeritu Monsijur Mikiel Gonzi u huwa miżżewweġ lil Catherine née Callus, u għandhom tliet itfal David, Mikela u Paul.

Gonzi qatta' ħafna mit-tfulija tiegħu f'Circolo Gioventù Cattolica jilgħab l-isport. Huwa kien student fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Minkejja li zijuh, l-Arċisqof Gonzi, ħeġġu biex isir saċerdot, Lawrence Gonzi għażel li jkompli l-istudji tiegħu, billi jidħol għall-kors tal-liġi fl-Università ta' Malta, fejn eventwalment laħaq avukat fl-1975. Waqt il-kors Gonzi beda jinteressa ruħu fil-politika. Huwa beda jippratika l-professjoni tiegħu f'kumpanija privata, u ftit wara ħadem ta' avukat għal Mizzi Organisation, fejn serva ta' ċermen tal-grupp mill-1987 sal-1997.

Ftit wara il-gradwazzjoni tiegħu Gonzi beda jieħu sehem fis-settur volontarju, partikularment fis-settur relatat mad-diżabilità u l-mard tal-moħħ. Huwa kien ukoll President tal-"Malta Catholic Action Movement" bejn l-1976 u l-1986.

Politika

Lawrence Gonzi ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet ġenerali fl-1987 bla suċċess mal-Partit Nazzjonalista. Ġie magħżul speaker tal-Kamra tad-Deputati fl-1988 u reġa' ġie magħżul fl-1992. Gonzi ikkontesta b'suċċess l-elezzjonijiet tal-1996. Bħala membru parlamentari fl-oppożizzjoni, serva bħala Shadow Minister għas-sigurta soċjali. Matul iż-żmien hu serva bħala Segretarju Parlamentari għall-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Whip tal-Partit Nazzjonalista, Segretarju Ġenerali tal-Partit.

Fl-elezzjonijiet tal-1998 u l-2003 reġa' ġie elett bħala membru parlamentari u serva bħala Ministru tas-sigurtà soċjali u wara li fl-1999 Guido de Marco laħaq President tar-Repubblika, Gonzi ikkontesta l-post ta' viċi-kap tal-partit, fejn irnexxielu jakkwistawh. Ftit wara inħatar viċi-Prim Ministru ta' Malta u Kap tal-Kamra tad-Deputati.

Wara r-riżenja tal-eks-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Dott. Eddie Fenech Adami, Dott. Lawrence Gonzi rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f'elezzjoni li ġiet miżmuma fi Frar 2004. Hu laħaq Prim Ministru f'Marzu tal-istess sena.

Mill-2004 huwa żamm il-Ministeru tal-Finanzi f'idejh. Bħala Ministru tal-Finanzi huwa rnexxielu jġib lil Malta fil-pożizzjoni biex tikkwalifika għall-kriterji ta' Maastricht sabiex tidħol fiż-Żona Ewro u tadotta l-munita ewlenija Ewropea, l-ewro.

Gonzi kellu jiffaċċja l-ewwel elezzjoni bħala Kap tal-Partit u Prim Ministru ta' Malta fl-2008. Waqt il-kampanja elettorali Gonzi ta importanza kbira 'l ambjent fejn jara l-ambjent l-akbar sfida li Malta għanda tiffaċja. Fit-8 ta' Marzu 2008, il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'distakk minimu ta' kważi 1,500 vot fuq il-Partit Laburista immexxi minn Dott. Alfred Sant, li wara din it-tielet telfa konsekuttiva, irriżenzja minn kap tal-partit. Jumejn wara din ir-rebħa Gonzi ġie konfermat mill-ġdid bħala Prim Ministru. Kif kien stqarr qabel l-elezzjoni, Gonzi ma baqax fil-kariga ta' Ministru tal-Finanzi. Fil-fatt huwa żamm l-Awtorità tal-Ippjanar u s-settur tat-turiżmu taħt l-uffiċċju tiegħu direttament.

Franco Debono jwaqqa' l-Gvern

Nhar l-10 ta' Diċembru 2012, id-deputat Nazzjonalista Franco Debono flimkien mal-Oppożizzjoni Laburista vvutaw fil-Parlament kontra l- Baġit imressaq ġimagħtejn qabel u allura dan m’għaddiex b’35 vot kontra l-34 favur, u l-Gvern waqa’. Dan ġiegħel lill-Priministru Gonzi jmur l-għada għand il-President tar-Repubblika Dr George Abela fil-Palazz il-Belt biex jissuġġerilu li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji fis-7 ta’ Jannar, 2013, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir fl-istess jum mal-elezzjoni tal- kunsilli lokali, jiġifieri s-Sibt 9 ta’ Marzu 2013.

Ħoloq esterni

Predeċessur
Eddie Fenech Adami
Prim Ministru ta' Malta
2004–preżent

Suċċessur
Kariga attwali

Predeċessur
Eddie Fenech Adami
Kap tal-Partit Nazzjonalista
2004–preżent

Suċċessur
Kariga attwali

Predeċessur
Guido de Marco
Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista
1999–2004

Suċċessur
Tonio Borg

Predeċessur
Austin Gatt
Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista
1998–1999

Suċċessur
Joe Saliba