Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Paġna ġdida: L-Elezzjonijiet Ġenerali saru nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu 2013. 326,296 huma eliġibbli li jivvutaw biex jagħżlu l-Partit politiku li se jmexxi lil Malti u r-rappreżentanti fil-...
 
No edit summary
Linja 1: Linja 1:
L-Elezzjonijiet Ġenerali saru nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu 2013. 326,296 huma eliġibbli li jivvutaw biex jagħżlu l-Partit politiku li se jmexxi lil Malti u r-rappreżentanti fil-Parlament għat-12-il Leġislatura mill-Indipendenza 'l hawn. Dan wara waħda mill-itwal kampanji elettorali fl-istorja ta' pajjiżna.
L-Elezzjonijiet Ġenerali saru nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu 2013. 326,296 huma eliġibbli li jivvutaw biex jagħżlu l-Partit politiku li se jmexxi lil Malti u r-rappreżentanti fil-Parlament għat-12-il Leġislatura mill-Indipendenza 'l hawn. Dan wara waħda mill-itwal kampanji elettorali fl-istorja ta' Malta, uffiċjalment disa' ġimgħat.


== Il-Gvern jaqa' u Elezzjoni bikrija ==
== Il-Gvern jaqa' u Elezzjoni bikrija ==

Reviżjoni ta' 07:09, 9 Marzu 2013

L-Elezzjonijiet Ġenerali saru nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu 2013. 326,296 huma eliġibbli li jivvutaw biex jagħżlu l-Partit politiku li se jmexxi lil Malti u r-rappreżentanti fil-Parlament għat-12-il Leġislatura mill-Indipendenza 'l hawn. Dan wara waħda mill-itwal kampanji elettorali fl-istorja ta' Malta, uffiċjalment disa' ġimgħat.

Il-Gvern jaqa' u Elezzjoni bikrija

Nhar l-10 ta' Diċembru 2012, id-deputat Nazzjonalista Franco Debono flimkien mal-Oppożizzjoni Laburista vvutaw fil-Parlament kontra l- Baġit imressaq ġimagħtejn qabel u allura dan m’għaddiex b’35 vot kontra l-34 favur, u l-Gvern waqa’. Dan ġiegħel lill-Priministru Gonzi jmur l-għada għand il-President tar-Repubblika Dr George Abela fil-Palazz il-Belt biex jissuġġerilu li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji fis-7 ta’ Jannar, 2013, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir fl-istess jum mal-elezzjoni tal- kunsilli lokali, jiġifieri s-Sibt 9 ta’ Marzu 2013.

Voti mhux miġbura

Kien 6,523 persuna li ma ġabrux il-vot tagħhom. L-iktar li ma nġabrux voti kien mid-Disa' Distrett (620 vot - 2.5%) - il-Għargħur, l-Imsida, parti mis-Swatar, San Ġwann, il-Kappara, l-Ibraġġ, is-Swieqi, il-Madliena u Ta' Xbiex; mill-Għaxar Distrett (900 vot - 3.6%) - Gżira, Pembroke, San Ġiljan, Paceville u Tas-Sliema; mit-Tnax-il Distrett (1,167 vot - 4.5%) - il-Mellieħa, l-Manikata, in-Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq, San Pawl il-Baħar u Burmarrad; u mit-Tlettax il-Distrett ta' Għawdex (776 vot jew 2.8%).

Eletturi

29,000 elettur huma eletturi ġodda li kienu għadhom ma għalqux 18-il sena fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2008. 2,000 minnhom mhumiex imniżżla fuq ir-Reġistru Elettorali li sar f'Ottubru 2012 għax kien għadhom ma għalqux 18-il sena.

Stħarriġ tal-Opinjoni Pubblika qabel l-Elezzjoni

Stħarriġ tal-Maltatoday ippubblikat jumejn qabel l-elezzjoni ġenerali juri li l-Partit Laburista kellu vantaġġ ta’ kważi 12 fil-mija fuq il-Partit Nazzjonalista.