Tibdil

Jump to navigation Jump to search
m
Modifiki annullati ta' Acmilanmalta1 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Xqbot
Mill-ħames snin tal-ispedizzjoni tal-''HMS Beagle'', Darwin qatta' żewġ terzi tal-ħin fuq l-art. Iddeskriva għadd kbir ta' osservazzjonijiet ġeoloġiċi, ġabar ħafna organiżmi ħajjin u fossili, u metodikament ikkonserva l-kollezzjoni għanja ta' kampjuni li kien ġabar, ħafna minnhom ġodda għax-xjenza.<ref> van Wyhe 2006. </ref> F'diversi okkażjonijiet matul il-vjaġġ bagħat Cambridge xi kampjuni flimkien ma' ittri dwar l-iskoperti tiegħu. Dan għen biex jistabbilixxi l-fama tiegħu bħala naturalista. In-noti dettaljati li wrew kemm kien kapaċi fit-teorija jiffurmaw il-bażi tax-xogħol tiegħu ta' wara. Fid-[[Il-vjaġġ tal-Beagle|djarju]] tiegħu, li fil-bidu kien għall-familja biss u iktar tard ġie ippubblikat bit-titlu ''Il-vjaġġ tal-Beagle'', ġabar fih l-osservazzjonijiet tiegħu, u pprovda informazzjoni soċjali, politika u antropoloġika fuq għadd kbir ta' nies, kemm kolonjali u kemm indiġeni, li kien iltaqa' magħhom.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 189-192, 198. </ref>
 
Qabel it-tluq, Robert FitzRoy<ref> Robert FitzRoy wara sar difensur tal-interpretazzjoni litterali tat-testi [[Bibbja|bibliċi]]. F'daż-żmien wera interess konsiderevoli fl-ideat ta' Lyell kif jixhdu xi wħud mill-kummenti li għamel meta kien l-Amerika t'Isfel. Fid-djarju intimu tiegħu FitzRoy, matul il-vjaġġ max-[[Río Santa Cruz|Xmara Santa Cruz]], kiteb li kien jaħseb li l-pjanuri kienu oriġinarjament bajjiet li maż-żmien telgħu. Meta mar lura, wara li żżewweġ mara devota ħafna, ċaħad dawn l-ideat (ara Browne 1995, pp. 186, 414). </ref> ta 'l Darwin l-ewwel volum tal-''Prinċipji tal-Ġeoloġija'' ta' Charles Lyell (1797-1875) li spjega l-għamliet tal-art bl-akkumulazzjoni ta' proċessi gradwali matul perjodi twal ħafna ta' żmien. Fil-wasla tagħhom fil-gżira ta' [[Santiago (Kap Verde)|Santiago]] fil-[[KapeKap Verde]], Darwin osserva saff abjad fl-għoli f'irdum vulkaniku, saff magħmul minn frak tal-[[qroll]] u molluski maħruqin. Din l-osservazzjoni, li taqbel mal-prinċipju ta' Lyell dwar it-tlugħ u nżul bilmod tal-art, tat 'il Darwin prospettiva ġdida dwar l-istorja [[ġeoloġija|ġeoloġika]] tal-gżira u beda jaħseb biex jikteb ktieb dwar il-ġeoloġija.<ref> Browne 1995, pp. 183-190. </ref> Din l-iskoperta kienet segwita minn oħrajn iżjed importanti.<ref> John van Wyhe (2006). </ref> Innota li l-pjanuri tal-[[Patagonja]] huma magħmulin minn ċagħaq u arzell, bħal xtut li telgħu. Wara terremot fiċ-[[Ċili]], innota saff ta' maskli 'l fuq mill-livell tal-baħar, li jindika li l-livell tal-art kien tela'. F'altitudni għolja fl-[[Andi]], innota li xi fossili tas-siġar kienu żviluppaw fuq xtajtiet ramlija, qrib l-arzell tal-baħar. Fl-aħħarnett żvilluppa t-teżi li l-atolli tal-kroll iffurmaw fuq koni vulkaniċi huma u jegħrqu, u kkonfermaha meta l-''Beagle'' għadda mill-gżejjer [[Kokos]].<ref> Desmond & Moore 1991: 160-168, 182. <br /> 1887 Darwin: [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1452.1&viewtype=text&pageseq=278 260]. <br /> 1958 Darwin: [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F1497&viewtype=text&pageseq=100 98-99] </ref>
 
[[Stampa: HMS Beagle by Conrad Martens.jpg|thumb|250 px|left|Filwaqt li l-"Beagle" kien qiegħed jesplora x-xtut tal-Amerika t'Isfel (minn Terra-de-fueco) Darwin beda jipproponi xi teoriji fuq il-meravilji tan-natura madwaru. Pittura mpinġija minn Conrad Martens matul il-vjaġġ.]]

Menu ta' navigazzjoni