Tazza tad-Dinja tal-Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Bot Tneħħija: ku:Kasa Cîhanê (deleted)
Linja 334: Linja 334:
[[km:World Cup]]
[[km:World Cup]]
[[ko:FIFA 월드컵]]
[[ko:FIFA 월드컵]]
[[ku:Kasa Cîhanê]]
[[la:Certamen Mundanum Pedilusorium]]
[[la:Certamen Mundanum Pedilusorium]]
[[lb:Foussball-Weltmeeschterschaft]]
[[lb:Foussball-Weltmeeschterschaft]]

Reviżjoni ta' 19:19, 20 Jannar 2013

Tazza tad-Dinja tal-FIFA
Sport Futbol
Fundazzjoni 1930
Nru. ta' timijiet 32 (fażi finali)
204 (fażi ta' kwalifikazzjoni)
Reġjun Internazzjonali (FIFA)
Ċampjin attwali  Spanja
L-aktar rebħiet  Brażil (ħames titli)
Sit elettroniku fifa.com/worldcup/

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol li tintlagħab mit-timijiet nazzjonali li huma membri tal-Fédération Internationale de Football Association (FIFA). Dan il-kampjonat ra l-bidu tiegħu fl-1930 u kompla sejjer kull erba' snin, ħlief fl-1942 u l-1946, minħabba it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-format attwali tal-kompetizzjoni jinvolvi 32 tim li jikkompetu għat-titlu f'pajjiż ospitu f'perjodu ta' madwar xahar. Fażi ta' kwalifikazzjoni tieħu post qabel il-bidu tal-fażi finali, b'tal-ewwel issir fit-tliet snin qabel il-bidu tal-edizzjoni, sabiex jiġi determinat liema timijiet jikkwalifikaw għall-fażi finali flimkien mal-pajjiż ospitu. It-32 tim nazzjonali jikkompetu fi grawnds differenti ġewwa l-pajjiż (jew pajjiżi) li jkun qed jospita l-kompetizzjoni.

Matul it-tmintax-il edizzjoni li seħħew, seba' pajjiż għollew it-trofew. Il-Brażil rebħu t-Tazza tad-Dinja total ta' ħames darbiet, u huma l-uniku tim li pparteċipaw f'kull edizzjoni. L-Italja, iċ-ċampjins attwali, rebħhuh għal erba' darbiet, u l-Ġermanja ttrijonfaw għal tliet darbiet. L-Urugwaj, rebbieħa tal-edizzjoni inawgurali, u l-Arġentina, ħadu t-titlu darbtejn kull wieħed, u l-Ingilterra, Franza u Spanja ħadu titlu wieħed kull wieħed.

It-Tazza tad-Dinja huwa l-aktar avveniment sportiv segwit fid-dinja, bi stima ta' 715.1 miljun persuna li raw il-partita finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 li saret ġewwa l-Ġermanja. It-Tazza tad-Dinja li jmiss se ssir fil-Brażil.

Storja

Kompetizzjonijiet internazzjonali preċedenti

L-ewwel logħba internazzjonali ntlagħbet fl-1872 bejn l-Ingilterra u l-Iskozja,[1] minkejja li f'dak l-istadju l-isport ftit li xejn kien magħruf barra mir-Renju Unit.

Madanakollu, mal-bidu tas-seklu 20 il-folja nqalbet hekk kif il-popolarità ta' dan l-isport kibret fuq skala internazzjonali u assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-futbol bdew jiġu fundati. L-ewwel logħba internazzjonali uffiċjali barra r-Renju Unit kienet bejn Franza u l-Belġju ġewwa Pariġi f'Marzu tal-1904.[2] Din wasslet għall-fundazzjoni tal-FIFA f'Pariġi fit-22 ta' Mejju 1904, li kienet tinkludi assoċjazzjonijiet tal-futbol minn Franza, il-Belġju, id-Danimarka, l-Olanda, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera u l-Ġermanja.

Il-futbol kompla jeskala fil-popolarità tiegħu, u dan l-isport daħal fost id-dixxiplini li ntlagħbu fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1900 u l-1904, sakemm imbagħad sar uffiċjalment superviżat mill-FIFA fl-edizzjoni tal-1908 tal-Logħob Olimpiku tas-sajf.[3] Organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Ingilterra, l-avveniment kien wieħed għal plejers dilettanti u kien aktar imħares lejh bħala għall-gost milli għal kompetizzjoni. It-tim nazzjonali tad-dilettanti Ingliż rebaħ l-avveniment kemm fl-1908 u anki fl-1912.

Il-FIFA, fl-1906, ippruvat torganizza turnew internazzjonali tal-futbol bejn pajjiżi 'l barra mill-qafas Olimpiku u dan sar ġewwa l-Iżvizzera. Dan kien żmien kmieni ħafna għall-futbol inernazzjonali u l-istorja uffiċjali tal-FIFA tiddeskrivi bħala falliment lil dan l-avveniment.

Bl-avveniment Olimpiku jkompli jinvolvi bis timijiet dilettanti, kompetizzjonijiet li jiġu kontestati minn timijiet professjonali bdew jidhru wkoll f'dan l-istadju. It-Torneo Internazionale Stampa Sportiva li sar f'Turin ġewwa l-Italja, fl-1908, kienet fost l-ewwel u s-sena ta' wara Sir Thomas Lipton organizza s-Sir Thomas Lipton Trophy, li sar ukoll ġewwa Turin. Iż-żewġ kompetizzjonijiet intlagħbu bejn klabbs individwali (mhux timijiet nazzjonali), kull wieħed rappreżentant ta' pajjiż sħiħ.

Fl-1914, il-FIFA qablet li tirrikonoxxi t-turnew Olimpiku bħala "kampjonat dinji tal-futbol għal dilettanti",[4] u ħadet ir-responsabilità li torganizza l-avveniment. Dan wassal għall-ewwel kompetizzjoni tal-futbol interkontinentali fl-Olimpjadi tas-sajf 1920, mirbuħa mill-Belġju. L-Urugwaj segwew b'żewġ rebħiet konsekuttivi fl-1924 u fl-1928. Fl-1928 kien deċiż min-naħa tal-FIFA li tospita t-turnew internazzjonali tagħhom. Bl-Urugwaj ikunu ċampjins uffiċjali għal darbtejn infila u ftit 'il bogħod miċ-ċelebrazzjoni miċ-ċentenarju mill-indipedenza fl-1930, FIFA għażlet lill-Urugwaj bħala l-ospitu.

L-ewwel Tazza tad-Dinja

Estadio Centenario, il-post fejn saret il-finali tat-Tazza tad-Dinja 1930 f'Montevideo, Urugwaj

L-Olimpjadi tas-sajf tal-1932 li saru ġewwa Los Angles ma kienx mistenni li fil-programm ta' logħob jiġi nkluż il-futbol minħabba li l-logħba tal-futbol ma kinitx tgawdi minn popolarità kbira fl-Istati Uniti. Il-FIFA u l-KOI unanimament ma qablux fuq l-istat ta' plejers dilettanti, u dawn ġew imwaqqgħin mil-Logħob.[5] Il-president tal-FIFA Jules Rimet beda jipprepara għall-edizzjoni inawgurali tat-Tazza tad-Dinja li kellha ssir fl-Urugwaj fl-1930. L-assoċjazzjonijiet nazzjonali ta' numru partikulari ta' pajjiżi ġew mistiedna li jibgħatu tim, imma l-għażla tal-Urugwaj bħala l-post fejn kienet se ssir il-kompetizzjoni fisser li għal timijiet Ewropej dan kien se jkun vjaġġ twil u għali. Fil-fatt, l-ebda pajjiż Ewropew ma kkonferma li kien se jibgħat tim, sakemm xahrejn qabel il-bidu tal-kompetizzjoni, fejn Rimet irnexxielu jipperswadi lil timijiet mill-Belġju, Franza, ir-Rumanija, u l-Jugożlavja sabiex jagħmlu dan il-vjaġġ. Kienu tlettax-il tim li ħadu sehem—sebgħa mill-Amerika t'Isfel, erbgħa mill-Ewropa u tnejn mill-Amerika ta' Fuq.

L-ewwel żewġ partiti tat-Tazza tad-Dinja ħadu post fit-13 ta' Lulju 1930, u kienu jinvolvu lil Franza u l-Istati Uniti, li għelbu lill-Messiku 4–1 u l-Belġju 3–0 rispettivament. L-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja ġie skurjat minn Lucien Laurent ta' Franza. Erbat ijiem wara ġiet skurjata l-ewwel tripletta fit-Tazza tad-Dinja mill-Amerikan Bert Patenaude fir-rebħa tal-Istati Uniti ta' 3–0 kontra l-Paragwaj. Fil-finali, l-Urugwaj għelbet lill-Arġentina 4–2 quddiem folla ta' 93,000 f'Montevideo, biex b'hekk sar l-ewwel pajjiż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja.

1934–1938

1934

It-Tazza tad-Dinja 1934 saret ġewwa l-Italja, u kienet l-ewwel Tazza tad-Dinja li fiha inkludiet il-fażi ta' kwalifika. Sittax-il tim ikkwalifikaw għall-fażi finali, numru li baqa' l-istess sas-sena 1982 meta dan l-istess numru ta' parteċipanti ġie estiż. L-Urugwaj, rebbieħa tal-edizzjoni preċedenti, kienu għadhom diżappuntati wara l-prestazzjoni tal-Ewropej fl-1930, u ibbojkotjaw it-Tazza tad-Dinja 1934. Il-Bolivja u l-Paragwaj kienu assenti, sabiex din is-sitwazzjoni poġġiet lill-Arġentina u lill-Brażil mal-ewwel fil-fażi finali mingħajr il-bżonn li jilgħabu logħba ta' kwalifika. L-Eġittu sar l-ewwel tim Afrikan li kkompeta, però tilef kontra l-Ungerija fl-ewwel rawnd. L-Italja rebħu dan it-turnew, imma kellhom isibu quddiem wiċċhom kritika ħarxa fuq kif it-Taljani kienu aktar privileġġati fil-grawnd, b'Benito Mussolini jistqarr li kien influwenza l-għażla tar-referis għall-partiti tat-Taljani.[6]

1938

Għal darb'oħra, it-Tazza tad-Dinja 1938 saret fl-Ewropa b'diżappunt kbir min-naħa tas-Sud-Amerikani, fejn l-Urugwaj u l-Arġentina bbojkotjaw din l-edizzjoni. Għall-ewwel darba fl-istorja r-rebbieħ tal-edizzjoni preċedenti u l-ospitu tal-kompetizzjoni ngħataw post awtomatiku fil-fażi finali. Wara logħba ta' spareġġ kontra l-Latvja, l-Awstrija qatgħet passaġġ dirett lejn il-finali imma minħabba l-Anschluss f'April tal-1938, ma setgħetx tieħu sehem. Posthom ġie offrut lill-Ingilterra li min-naħa tagħha rrifjutat. Din ħalliet biss ħmistax-il pajjiż jikkompeti. Franza, li żammet ġewwa darha din il-kompetizzjoni, ma rebħitx din l-edizzjoni fejn b'hekk din kienet l-ewwel darba li pajjiż ospitu ma rebaħx dan it-turnew. Kienu l-Italja li żammew it-titlu għandhom wara li fil-finali għelbu lill-Ungerija. L-attakkant Pollakk Ernest Willimowski sar l-ewwel plejer li skorja erba' gowls f'logħba tat-Tazza tad-Dinja fit-telfa tal-Polonja bl-iskor ta' 6–5 kontra l-Brażil.

Il-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija

It-Tazza tad-Dinja tal-FIFA kienet skedata li ssir fl-1942. Fit-23 Kungress tal-FIFA li sar fit-13 ta' Awwissu 1936 f'Berlin, il-Ġermanja tefgħet uffiċjalment l-applikazzjoni tagħha. F'Ġunju tal-1939, il-Brażil applika wkoll biex jospita dan it-turnew. Madanakollu, wara l-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-pjanijiet futuri għat-Tazza tad-Dinja 1942 ġew imħassra. Il-konsegwenzi xejn sbieħ ta' wara l-gwerra waslu wkoll għat-tħassir tat-turnew tal-1946.

1950–1978

1950

Il-kompetizzjoni tkompliet fl-1950, fl-edizzjoni li saret ġewwa l-Brażil, li kienet l-ewwel darba li rat parteċipanti Brittaniċi. It-timijiet Brittaniċi kienu rtiraw mill-FIFA fl-1920 minħabba li ma kienux lesti li jilgħabu kontra pajjiżi li jinsabu fi gwerra magħhom, u anke bħala protesta kontra influwenza barranija fil-futbol, imma reġgħet ingħaqdet fl-1946 wara invit min-naħa tal-FIFA. Madanakollu, il-parteċipazzjoni tal-Ingilterra ma kinitx se tkun wisq feliċi. L-Ingliżi naqsu li jagħmluha mal-aħħar grupp f'kampanja li kienet tinkludi telfa b'sorpriża kontra l-Istati Uniti bl-iskor ta' 1–0, minkejja li rapporti tal-aħbarijiet ħasbu li r-riżultat ta' 1–0 kien xi żball u li fil-fatt l-Ingilterra kienu rebħu 10–0.

It-Trofew

Stampa:Wohlfahrtsbriefmarke-fifa.jpg
It-trofew tat-Tazza tad-Dinja fuq bolla Ġermaniża

Mill-1930 sal-1970, ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja kienu jiġu premjati bit-Trofew Jules Rimet. Oriġinarjament magħruf sempliċiment bħala World Cup jew Coupe du Monde, dan it-trofew fl-1947 kien ġie msemmi wara l-president tal-FIFA Jules Rimet li kien hu l-idea wara l-bidu tal-ewwel edizzjoni ta' din il-kompetizzjoni. Fl-1970, it-tielet rebħa tal-Brażil f'din il-kompetizzjoni tathom id-dritt li jżommu t-trofew għal dejjem. Madanakollu, it-trofew kien misruq fl-1983 u qatt ma nstab, fejn apparentament dan kien ġie imdewweb mill-ħallelin.[7]

Wara l-1970, trofew ġdid, magħruf aħjar bħala it-Trofew tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, ġie disinjat. L-esperti tal-FIFA, ġejjin minn seba' pajjiżi differenti evalwaw it-53 mudell preżentat, u fl-aħħar ġie magħżul ix-xogħol tad-disinjatur Taljan Silvio Gazzaniga. It-trofew il-ġdid għandu tul ta' 36 ċm, magħmul minn deheb solidu ta' 18-il karatt u jiżen 6.175 kg. In-naħa t'isfel tat-trofew iżżomm is-sena u l-isem ta' kull rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja mill-1974 'il quddiem. Id-deskrizzjoni ta' dan it-trofew skont l-istess Gazzaniga hi: "Il-linji joħorġu mill-bażi, jitilgħu fi spirali, u jestendu sabiex jirċievu lid-dinja. Mit-tensjonijiet dinamiċi tal-ġisem kompatt tal-iskultura joħorġu l-figuri ta' żewġ atleti fil-mument tar-rebħa."[8]

Dan it-trofew ma jiġix mogħti lill-pajjiż rebbieħ għal dejjem. Ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja jżommu t-trofew sal-edizzjoni li jkun imiss u mbagħad jingħataw replika tat-trofew indurata bid-deheb.[9] Dan it-trofew mistenni li se jibqa' jintuża sal-2038, sakemm il-plakka tal-ismijiet tkun imtliet kollha.

Riżultati

Sena Ospitu Finali Partita għat-Tielet Post
Rebbieħa Riżultat Finalista tellief It-Tielet post Riżultat Ir-Raba' post
1930
Dettalji
Urugwaj
Urugwaj
4–2
Arġentina

Stati Uniti
[nota 1]
Jugożlavja
1934
Dettalji
Italja
Italja
2–1
(ħ.s.)

Ċekoslovakkja

Ġermanja
3–2
Awstrija
1938
Dettalji
Franza
Italja
4–2
Ungerija

Brażil
4–2
Żvezja
1950
Dettalji
Brażil
Urugwaj
[nota 2]
Brażil

Żvezja
[nota 2]
Spanja
1954
Dettalji
Żvizzera
Ġermanja tal-Punent
3–2
Ungerija

Awstrija
3–1
Urugwaj
1958
Dettalji
Żvezja
Brażil
5–2
Żvezja

Franza
6–3
Ġermanja tal-Punent
1962
Dettalji
Ċili
Brażil
3–1
Ċekoslovakkja

Ċili
1–0
Jugożlavja
1966
Dettalji
Ingilterra
Ingilterra
4–2
(ħ.s.)

Ġermanja tal-Punent

Portugall
2–1
Unjoni Sovjetika
1970
Dettalji
Messiku
Brażil
4–1
Italja

Ġermanja tal-Punent
1–0
Urugwaj
1974
Dettalji
Ġermanja tal-Punent
Ġermanja tal-Punent
2–1
Netherlands

Polonja
1–0
Brażil
1978
Dettalji
Arġentina
Arġentina
3–1
(ħ.s.)

Netherlands

Brażil
2–1
Italja
1982
Dettalji
Spanja
Italja
3–1
Ġermanja tal-Punent

Polonja
3–2
Franza
1986
Dettalji
Messiku
Arġentina
3–2
Ġermanja tal-Punent

Franza
4–2
(ħ.s.)

Belġju
1990
Dettalji
Italja
Ġermanja tal-Punent
1–0
Arġentina

Italja
2–1
Ingilterra
1994
Dettalji
Stati Uniti
Brażil
0–0
(ħ.s.)
(3–2 pens.)

Italja

Żvezja
4–0
Bulgarija
1998
Dettalji
Franza
Franza
3–0
Brażil

Kroazja
2–1
Netherlands
2002
Dettalji
Korea t'Isfel
u Ġappun

Brażil
2–0
Ġermanja

Turkija
3–2
Korea t'Isfel
2006
Dettalji
Ġermanja
Italja
1–1
(ħ.s.)
(5–3 pens.)

Franza

Ġermanja
3–1
Portugall
2010
Dettalji
Afrika t'Isfel
Spanja
1–0
(ħ.s.)

Netherlands

Ġermanja
3–2
Urugwaj
Noti
  1. ^ Ma kien l-ebda partita uffiċjali għat-tielet post fl-1930; L-Istati Uniti u l-Jugożlavja tilfu fis-semifinali. Il-FIFA tirrikonoxxi lill-Istati Uniti bħala t-tim li kklassifika fit-tielet post u l-Jugożlavja bħala t-tim fir-raba' post, wara li ntużaw ir-rekords taż-żewġ timijiet fil-kompetizzjoni.[10]
  2. ^ a b Ma kien hemm l-ebda partita finali uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja fl-1950.[11] Ir-rebbieħ tat-turnew ġie deċiż minn grupp finali kkontestat minn erba' timijiet (Urugwaj, Brażil, Żvezja, u Spanja). Madanakollu, ir-rebħa tal-Urugwaj ta' 2–1 fuq il-Brażil kienet il-partita deċiżiva (u inċidentalment waħda mill-aħħar żewġ partiti tat-turnew) li poġġiethom l-ewwel post fil-grupp bħala ċampjins. B'hekk, din il-partita hi kkunsidrata bħala l-finali tat-Tazza tad-Dinja 1950.[12] Bl-istess mod, ir-rebħa tal-Iżvezja 3–1 fuq Spanja (li ntlagħbet fl-istess ħin tal-partita Urugwaj vs Brażil) assigurat it-tielet post għalihom.

Referenzi

  1. ^ BBC (ed.). "The first international football match" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  2. ^ FIFA.com (ed.). "History of FIFA - Foundation" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  3. ^ FIFA.com (ed.). "London, 1908" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  4. ^ FIFA.com (ed.). "Where it all began" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  5. ^ BBC (ed.). "The Football World Cup — An Introduction" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna).
  6. ^ BBC (ed.). "Football, fascism and England's Nazi salute" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  7. ^ FIFA.com (ed.). "Jules Rimet Trophy" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  8. ^ FIFA.com (ed.). "FIFA World Cup Trophy" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  9. ^ FIFA.com (ed.). "FIFA Assets – Trophy" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  10. ^ 1930, FIFA.com.
  11. ^ 1950, FIFA.com.
  12. ^ FIFA.com (ed.). "Finals since 1930" (PDF).

Ħoloq esterni

Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA