Fażijiet lunari: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 32: Linja 32:
=== Il-kalkulu tal-fażijiet lunari ===
=== Il-kalkulu tal-fażijiet lunari ===
Kemm għandu żmien il-Qamar bejn wieħed u ieħor, u allura l-fażi bejn wieħed u ieħor, nistgħu nikkalkulawh għal kull data billi ngħoddu l-ġranet minn data magħrufa ta' qamar mitluf (pereżempju l-1 ta' Jannar 1900 jew il-11 ta' Awwissu 1999) u nirriduċu dan in-numru modulo 29.530588853 (it-tul tax-xhar sinodiku). Però dan il-kalkulu jissoponi l-orbita hija ċirku perfett u għalhekk irridu nikkoreġuh bi ftit sigħat (isir inqas eżatt iżjed ma tkun kbira d-differenza bejn id-data meħtieġa u d-data ta' referenza). Għal iżjed eżattezza li tieħu kont tal-apoġew u il-periġew linari jinħtieġ.

<includeonly>
== Calcolo delle fasi lunari ==
È importante preporre che le fasi lunari, in ambito [[Astronomia|astronomico]], sono calcolate <ref>Mees Jean, ''Astronomical Algorithms'', Richmond, VA, Willmann Bell, 1991</ref> e sempre riferite in termini di geocentricità <ref>Zagar Francesco, ''Astronomia sferica e teorica'', Bologna, Zanichelli, 1948</ref> cioè per un ipotetico osservatore collocato al centro della [[Terra]].

Per il calcolo delle fasi lunari si possono impiegare delle specifiche formule chiuse, come quelle proposte in tempi recenti dal matematico Jean Meeus e perfettamente idonee ad essere informatizzate, oppure in modo più semplice e, volendo, rigoroso, tramite un comune calcolo iterativo che interpola da una funzione di secondo grado gli istanti (o tempi) nei quali la differenza, in valore assoluto, fra la longitudine apparente del Sole e quella della Luna raggiunge i seguenti angoli:
* |'''0'''|° a Luna nuova
* |'''270'''|° al primo quarto
* |'''180'''|° a Luna piena
* |'''90'''|° all'ultimo quarto
Nella pratica, onde evitare di rendere impossibile il calcolo in taluni computer, si preferisce imporre una tolleranza "cautelare", nei valori sopra riportati, di circa 1 milionesimo di grado in più o in meno rispetto ai valori angolari indicati.

Nonostante l'impiego di formule notevolmente più semplici e brevi, il metodo iterativo ha lo svantaggio di richiedere necessariamente la conoscenza della longitudine apparente del Sole e della Luna, mentre invece non è necessaria applicando un metodo a formula chiusa.
</includeonly>

===Proverbji u espressjonijiet===
===Proverbji u espressjonijiet===

Reviżjoni ta' 18:10, 19 Jannar 2013

Animazzjoni tal-fażijiet qamrin

Il-fażijiet lunari jew fażijiet qamrin jiddeskrivu kif jidher il-Qamar matul il-moviment tiegħu. Kif jidher jiddependi mill-orjentament tiegħu relattiv għax-Xemx. Il-fażijiet lunari jirrepetu ruħhom f'intervall ta' żmien imsejjaħ "xhar sinodiku", ta' madwar 29 jum u nofs. Ix-xhar tal-kalendarju tagħna ġej minnu. Il-fażijiet lunari ġejjin mit-tidwir tal-Qamar u t-tibdil ċikliku li jiġi minnu tal-pożizzjoni relattiva għad-Dinja u x-Xemx.

Il-qmura

Il-qmura jew fażijiet jirrappreżentaw il-parti tal-Qamar imdawla mix-Xemx.
Hemm erba' pożizzjonijiet fundamentali, rappreżentati fil-figura ta' taħt bit-titli ta' fuq, u erba' intermedji:

  1. Qamar mitluf
  2. Qamar ġdid
  3. L-ewwel kwart
  4. Qamar mużqaq
  5. Qamar kwinta jew Qamar mimli
  6. Qamar muqsar
  7. L-aħħar kwart
  8. Qamar xiħ

It-terminu "kwart" jirreferi għall-pożizzjoni tal-Qamar fl-orbita madwar id-Dinja. Meta jkun f'waħda minn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet mid-dinja jidher biss nofs emisferu.

Il-fażijiet tal-Qamar, meta nħarsu lejn in-Nofsinhar mill-Emisferu Boreali. Mill-Emisferu Awstrali kull fażi tidher imdawra b'180°. Fil-parti ta' fuq tal-istampa ma nżammitx l-iskala, billi l-Qamar hu iżjed 'l bogħod mid-Dinja milli jintwera hawn.

It-tlugħ u l-inżul tal-qamar

  • Meta jkun hemm Qamar mitluf, il-Qamar ikun qiegħed bejn id-Dinja u x-Xemx: jitla' filgħodu u jinżel fil-għaxija.
  • Fil-kwarti (l-ewwel kwart u t-tieni kwart), il-linji li jgħaqqdu d-Dinja mal-Qamar u l-Qamar max-Xemx jagħmlu angolu ta' 90°. Fl-ewwel kwart il-Qamar jitla' f'nofsinhar u jinżel f'nofsillejl, fl-aħħar kwart jitla' f'mofsillejl u jinżel f'nofsinhar.
  • Meta l-Qamar ikun mimli id-Dinja tkun bejn ix-Xemx u l-Qamar.

Il-qamar jagħmel dawra sħiħa madwar id-dinja f'27 jum, 7 sigħat, 43 minuta u 11-il sekonda (xhar siderali). Waqt li x-xhar lunari jew sinodiku (jiġifieri l-perjodu bejn żewġ qmura mitlufin) idum 29 jum, 12-il siegħa, 44 minuta u 3 sekondi. Id-differenza ġejja mill-fatt li sistema Dinja-Qamar qiegħda torbita madwar ix-xemx fl-istess ħin li l-Qamar qiegħed jorbita madwar id-Dinja.

Iż-żmien bejn żewġ fażijiet hu varjabbli ħafna billi l-orbita tal-Qamar hi elittika u suġġetta għal bosta perturbazzjonijiet perjodiċi, li jbiddlu l-veloċità tal-Qamar. Meta l-Qamar ikun iżjed qrib lejn id-Dinja, jiġri iżjed; meta jkun iżjed 'l bogħod, jimxi iżjed bilmod. L-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx hi wkoll elittika, u għalhekk il-veloċità tad-Dinja tvarja wkoll u dan jaffettwa wkoll il-fażijiet tal-Qamar.

Wieħed jistenna li darba fix-xhar meta l-Qamar jgħaddi bejn id-Dinja u x-Xemx, meta l-Qamar ikun mitluf, id-dell tiegħu jaqa' fuq id-dinja u jikkawża eklissi solari. Bl-istess mod matul kull Qamar kwinta wieħed jistenna li d-dell tad-Dinja jaqa' fuq il-Qamar u jikkawża eklissi lunari. Ma narawx eklissi tax-Xemx u tal-Qamar kull xhar għaliex il-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja hu maqlub b'xi ħames gradi relattivament mal-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx (il-pjan tal eklittika). Għalhekk, meta jkun hemm Qamar mitluf jew mimli, il-Qamar ikun il-fuq jew l-isfel minn linja dritta li tgħaddi mid-Dinja u x-Xemx. Tassew li biex ikun hemm eklissi, il-Qamar irid ikun mitluf jew mimli, imma biex ikun hemm eklissi irid ikun qiegħed qrib ħafna fejn jiltaqgħu il-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx u l-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja (jiġifieri, f'wieġed min-nodi). Dan jiġri xi darbtejn fis-sena, u allura hemm bejn erba' u seba' eklissi fis-sena. Il-biċċa l-kbira minn dawn huma insinjifikanti; eklissi maġġuri tax-Xemx u l-Qamar huma rari ħafna.

Il-kalkulu tal-fażijiet lunari

Kemm għandu żmien il-Qamar bejn wieħed u ieħor, u allura l-fażi bejn wieħed u ieħor, nistgħu nikkalkulawh għal kull data billi ngħoddu l-ġranet minn data magħrufa ta' qamar mitluf (pereżempju l-1 ta' Jannar 1900 jew il-11 ta' Awwissu 1999) u nirriduċu dan in-numru modulo 29.530588853 (it-tul tax-xhar sinodiku). Però dan il-kalkulu jissoponi l-orbita hija ċirku perfett u għalhekk irridu nikkoreġuh bi ftit sigħat (isir inqas eżatt iżjed ma tkun kbira d-differenza bejn id-data meħtieġa u d-data ta' referenza). Għal iżjed eżattezza li tieħu kont tal-apoġew u il-periġew linari jinħtieġ.

Proverbji u espressjonijiet

  • Meta l-qamar jikser tista' tlaqqam.
  • F'qamar mitluf la tqiegħed qrejjaq, la tlaqqam u lanqas tiżra'.