Fażijiet lunari: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 28: Linja 28:
Iż-żmien bejn żewġ fażijiet hu varjabbli ħafna billi l-orbita tal-Qamar hi elittika u suġġetta għal bosta perturbazzjonijiet perjodiċi, li jbiddlu l-veloċità tal-Qamar. Meta l-Qamar ikun iżjed qrib lejn id-Dinja, jiġri iżjed; meta jkun iżjed 'l bogħod, jimxi iżjed bilmod. L-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx hi wkoll elittika, u għalhekk il-veloċità tad-Dinja tvarja wkoll u dan jaffettwa wkoll il-fażijiet tal-Qamar.

Wieħed jistenna li darba fix-xhar meta l-Qamar jgħaddi bejn id-Dinja u x-Xemx meta l-Qamar ikun mitluf, id-dell tiegħu jaqa' fuq id-dinja u jikkawża eklissi solari. Bl-istess mod matul kull Qamar kwinta wieħed jistenn li d-dell tad-Dinja jaqa' fuq il-Qamar u jikkawża eklissi lunari. Ma narawx eklissi tax-Xemx u tal-Qamar kull xhar għaliex il-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja hi maqluba b'xi ħames gradi relattivament mal-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx (il-pjan tal eklittika). Għalhekk, meta jkun hemm qamar mitluf jew mimli, il-Qamar ikun il-fuq jew l-isfel minn linja dritta li tgħaddi mid-Dinja u x-Xemx. Tassew li biex ikun hemm eklissi il-Qamar irid ikun mitluf jew mimli, imma biex ikun hemm eklissi irid ikun qiegħed qrib ħafna fejn jiltaqgħu il-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx u l-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja (jiġifieri, f'wieġed min-nodi). Dan jiġri xi darbtejn fis-sena, u allura hemm bejn erba' u seba' eklissi fis-sena. Il-biċċa l-kbira minn dawn huma insinjifikanti; eklissi maġġuri tax-Xemx u l-Qamar huma rai ħafna.
<includeonly>
It might be expected that once every month when the Moon passes between Earth and the Sun during a new moon, its shadow would fall on Earth causing a solar eclipse. Likewise, during every full moon one might expect the Earth's shadow to fall on the Moon, causing a lunar eclipse. Solar and lunar eclipses are not observed every month because the plane of the Moon's orbit around the Earth is tilted by about five degrees with respect to the plane of Earth's orbit around the Sun (the plane of the ecliptic). Thus, when new and full moons occur, the Moon usually lies to the north or south of a direct line through the Earth and Sun. Although an eclipse can only occur when the Moon is either new or full, it must also be positioned very near the intersection of Earth's orbit plane about the Sun and the Moon's orbit plane about the Earth (that is, at one of its nodes). This happens about twice per year, and so there are between four and seven eclipses in a calendar year. Most of these are quite insignificant; major eclipses of the Moon or Sun are rare.

</includeonly>
===Proverbji u espressjonijiet===
===Proverbji u espressjonijiet===
* Meta l-qamar jikser tista' tlaqqam.
* Meta l-qamar jikser tista' tlaqqam.

Reviżjoni ta' 18:11, 18 Jannar 2013

Animazzjoni tal-fażijiet qamrin

Il-fażijiet lunari jew fażijiet qamrin jiddeskrivu kif jidher il-Qamar matul il-moviment tiegħu. Kif jidher jiddependi mill-orjentament tiegħu relattiv għax-Xemx. Il-fażijiet lunari jirrepetu ruħhom f'intervall ta' żmien imsejjaħ "xhar sinodiku", ta' madwar 29 jum u nofs. Ix-xhar tal-kalendarju tagħna ġej minnu. Il-fażijiet lunari ġejjin mit-tidwir tal-Qamar u t-tibdil ċikliku li jiġi minnu tal-pożizzjoni relattiva għad-Dinja u x-Xemx.

Il-qmura

Il-qmura jew fażijiet jirrappreżentaw il-parti tal-Qamar imdawla mix-Xemx.
Hemm erba' pożizzjonijiet fundamentali, rappreżentati fil-figura ta' taħt bit-titli ta' fuq, u erba' intermedji:

  1. Qamar mitluf
  2. Qamar ġdid
  3. L-ewwel kwart
  4. Qamar mużqaq
  5. Qamar kwinta jew Qamar mimli
  6. Qamar muqsar
  7. L-aħħar kwart
  8. Qamar xiħ

It-terminu "kwart" jirreferi għall-pożizzjoni tal-Qamar fl-orbita madwar id-Dinja. Meta jkun f'waħda minn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet mid-dinja jidher biss nofs emisferu.

Il-fażijiet tal-Qamar, meta nħarsu lejn in-Nofsinhar mill-Emisferu Boreali. Mill-Emisferu Awstrali kull fażi tidher imdawra b'180°. Fil-parti ta' fuq tal-istampa ma nżammitx l-iskala, billi l-Qamar hu iżjed 'l bogħod mid-Dinja milli jintwera hawn.

It-tlugħ u l-inżul tal-qamar

  • Meta jkun hemm Qamar mitluf, il-Qamar ikun qiegħed bejn id-Dinja u x-Xemx: jitla' filgħodu u jinżel fil-għaxija.
  • Fil-kwarti (l-ewwel kwart u t-tieni kwart), il-linji li jgħaqqdu d-Dinja mal-Qamar u l-Qamar max-Xemx jagħmlu angolu ta' 90°. Fl-ewwel kwart il-Qamar jitla' f'nofsinhar u jinżel f'nofsillejl, fl-aħħar kwart jitla' f'mofsillejl u jinżel f'nofsinhar.
  • Meta l-Qamar ikun mimli id-Dinja tkun bejn ix-Xemx u l-Qamar.

Il-qamar jagħmel dawra sħiħa madwar id-dinja f'27 jum, 7 sigħat, 43 minuta u 11-il sekonda (xhar siderali). Waqt li x-xhar lunari jew sinodiku (jiġifieri l-perjodu bejn żewġ qmura mitlufin) idum 29 jum, 12-il siegħa, 44 minuta u 3 sekondi. Id-differenza ġejja mill-fatt li sistema Dinja-Qamar qiegħda torbita madwar ix-xemx fl-istess ħin li l-Qamar qiegħed jorbita madwar id-Dinja.

Iż-żmien bejn żewġ fażijiet hu varjabbli ħafna billi l-orbita tal-Qamar hi elittika u suġġetta għal bosta perturbazzjonijiet perjodiċi, li jbiddlu l-veloċità tal-Qamar. Meta l-Qamar ikun iżjed qrib lejn id-Dinja, jiġri iżjed; meta jkun iżjed 'l bogħod, jimxi iżjed bilmod. L-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx hi wkoll elittika, u għalhekk il-veloċità tad-Dinja tvarja wkoll u dan jaffettwa wkoll il-fażijiet tal-Qamar.

Wieħed jistenna li darba fix-xhar meta l-Qamar jgħaddi bejn id-Dinja u x-Xemx meta l-Qamar ikun mitluf, id-dell tiegħu jaqa' fuq id-dinja u jikkawża eklissi solari. Bl-istess mod matul kull Qamar kwinta wieħed jistenn li d-dell tad-Dinja jaqa' fuq il-Qamar u jikkawża eklissi lunari. Ma narawx eklissi tax-Xemx u tal-Qamar kull xhar għaliex il-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja hi maqluba b'xi ħames gradi relattivament mal-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx (il-pjan tal eklittika). Għalhekk, meta jkun hemm qamar mitluf jew mimli, il-Qamar ikun il-fuq jew l-isfel minn linja dritta li tgħaddi mid-Dinja u x-Xemx. Tassew li biex ikun hemm eklissi il-Qamar irid ikun mitluf jew mimli, imma biex ikun hemm eklissi irid ikun qiegħed qrib ħafna fejn jiltaqgħu il-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx u l-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja (jiġifieri, f'wieġed min-nodi). Dan jiġri xi darbtejn fis-sena, u allura hemm bejn erba' u seba' eklissi fis-sena. Il-biċċa l-kbira minn dawn huma insinjifikanti; eklissi maġġuri tax-Xemx u l-Qamar huma rai ħafna.

Proverbji u espressjonijiet

  • Meta l-qamar jikser tista' tlaqqam.
  • F'qamar mitluf la tqiegħed qrejjaq, la tlaqqam u lanqas tiżra'.