Fażijiet lunari: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 16: Linja 16:
It-terminu "kwart" jirreferi għall-pożizzjoni tal-[[Qamar]] fl-orbita madwar id-[[Dinja]]. Meta jkun f'waħda minn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet mid-dinja jidher biss nofs emisferu.
It-terminu "kwart" jirreferi għall-pożizzjoni tal-[[Qamar]] fl-orbita madwar id-[[Dinja]]. Meta jkun f'waħda minn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet mid-dinja jidher biss nofs emisferu.


[[Stampa:Qamar fażijiet mt.jpg|thumb|center|nofloat|800px|Il-fażijiet tal-Qamar, meta nħarsu lejn in-Nofsinhar mill-Emisferu Boreali. Mill-Emisferu Awstrali kull fażi tidher imdawra b'180°. Il-parti ta' fuq tal-istampa mhijiex in proporzjon, billi l-Qamar hu iżjed 'l bogħod mid-Dinja milli jintwera hawn.]]
[[Stampa:Qamar fażijiet mt.jpg|thumb|center|nofloat|800px|Il-fażijiet tal-Qamar, meta nħarsu lejn in-Nofsinhar mill-Emisferu Boreali. Mill-Emisferu Awstrali kull fażi tidher imdawra b'180°. Il-parti ta' fuq tal-istampa ma żżommx il-proporzjon, billi l-Qamar hu iżjed 'l bogħod mid-Dinja milli jintwera hawn.]]


=== It-tlugħ u l-inżul tal-qamar ===
=== It-tlugħ u l-inżul tal-qamar ===

Reviżjoni ta' 12:06, 18 Jannar 2013

Animazzjoni tal-fażijiet qamrin

Il-fażijiet lunari jew fażijiet qamrin jiddeskrivu kif jidher il-Qamar matul il-moviment tiegħu. Kif jidher jiddependi mill-orjentament tiegħu relattiv għax-Xemx. Il-fażijiet lunari jirrepetu ruħhom f'intervall ta' żmien imsejjaħ "xhar sinodiku", ta' madwar 29 jum u nofs. Ix-xhar tal-kalendarju tagħna ġej minnu. Il-fażijiet lunari ġejjin mit-tidwir tal-Qamar u t-tibdil ċikliku li jiġi minnu tal-pożizzjoni relattiva għad-Dinja u x-Xemx.

Il-qmura

Il-qmura jew fażijiet jirrappreżentaw il-parti tal-Qamar imdawla mix-Xemx.
Hemm erba' pożizzjonijiet fundamentali, rappreżentati fil-figura ta' taħt bit-titli ta' fuq, u erba' intermedji:

  1. Qamar mitluf
  2. Qamar ġdid
  3. L-ewwel kwart
  4. Qamar mużqaq
  5. Qamar kwinta jew Qamar mimli
  6. Qamar muqsar
  7. L-aħħar kwart
  8. Qamar xiħ

It-terminu "kwart" jirreferi għall-pożizzjoni tal-Qamar fl-orbita madwar id-Dinja. Meta jkun f'waħda minn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet mid-dinja jidher biss nofs emisferu.

Il-fażijiet tal-Qamar, meta nħarsu lejn in-Nofsinhar mill-Emisferu Boreali. Mill-Emisferu Awstrali kull fażi tidher imdawra b'180°. Il-parti ta' fuq tal-istampa ma żżommx il-proporzjon, billi l-Qamar hu iżjed 'l bogħod mid-Dinja milli jintwera hawn.

It-tlugħ u l-inżul tal-qamar

  • Meta jkun hemm Qamar mitluf, il-Qamar ikun qiegħed bejn id-Dinja u x-Xemx: jitla' filgħodu u jinżel fil-għaxija.
  • Fil-kwarti (l-ewwel kwart u t-tieni kwart), il-linji li jgħaqqdu d-Dinja mal-Qamar u l-Qamar max-Xemx jagħmlu angolu ta' 90°. Fl-ewwel kwart il-Qamar jitla' f'nofsinhar u jinżel f'nofsillejl, fl-aħħar kwart jitla' f'mofsillejl u jinżel f'nofsinhar.
  • Meta l-Qamar ikun mimli id-Dinja tkun bejn ix-Xemx u l-Qamar.

Il-qamar jagħmel dawra sħiħa madwar id-dinja f'27 jum, 7 sigħat, 43 minuta u 11-il sekonda (xhar siderali). Waqt li x-xhar lunari jew sinodiku (jiġifieri l-perjodu bejn żewġ qmura mitlufin) idum 29 jum, 12-il siegħa, 44 minuta u 3 sekondi. Id-differenza ġejja mill-fatt li sistema Dinja-Qamar qiegħda torbita madwar ix-xemx fl-istess ħin li l-Qamar qiegħed jorbita madwar id-Dinja.