Anderson Ribeiro: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 38: Linja 38:
|snin7 = 2012–
|snin7 = 2012–
|klabbs7 = [[Hibernians FC|Hibernians]]
|klabbs7 = [[Hibernians FC|Hibernians]]
|preż7 = 3
|preż7 = 13
|gowls7 = 0
|gowls7 = 3
|aġġornament = 20:42, 27 Settembru 2012 (UTC)
|aġġornament = 09:48, 16 Diċembru 2012 (UTC)
}}
}}
'''Anderson Mendes Ribeiro''' ([[Porto Alegre]], [[2 ta' Lulju]] [[1981]]) huwa plejer tal-[[futbol]] [[Brażil]]jan li jilgħab bħala [[attakkant]] ma' [[Hibernians FC|Hibernians]].
'''Anderson Mendes Ribeiro''' ([[Porto Alegre]], [[2 ta' Lulju]] [[1981]]) huwa plejer tal-[[futbol]] [[Brażil]]jan li jilgħab bħala [[attakkant]] ma' [[Hibernians FC|Hibernians]].

Reviżjoni ta' 09:48, 16 Diċembru 2012

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Anderson Mendes Ribeiro (Porto Alegre, 2 ta' Lulju 1981) huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab bħala attakkant ma' Hibernians.

Karriera

Imwieled il-Brażil, fl-2002 il-president ta' Arsenal Kharkiv Volodymyr Chumak stiednu fil-klabb Ukren, li dakinhar kien għadu jilgħabu fit-tieni diviżjoni tal-pajjiż. Ribeiro aċċetta l-offerta, biex b'hekk sar l-ewwel Brażiljan li qatt ingħaqad mal-klabb. Wara perjodu ta' adattament fejn fost oħrajn tgħallem ir-Russu,[1] hu mal-ewwel sar favorit fost il-partitarji. Fl-ewwel u l-uniku staġun tiegħu mal-klabb, hu skorja 15-il gowl.

Fl-2005 issieħeb ma' Kharkiv, fejn għal darb'oħra sar pedina importanti tal-iskwadra. Magħhom għamel sal-2009, meta f'Lulju tal-2009 kompla t-trasferiment tiegħu mal-klabb Malti ta' Tarxien Rainbows. Iddebutta fit-22 ta' Awwissu 2009, fir-rebħa ta' 4–1 kontra Dingli Swallows, fejn skorja doppjetta.[2][3] Fl-ewwel staġun tiegħu f'Malta hu lagħab 21 logħba fil-kampjonat, u ħalla l-marka tiegħu bi ħdax-il gowl fejn ġie nominat għal erba' darbiet bħala l-plejer tal-logħba.

Fi tmiem l-istaġun iddeċieda li jirritorna lura l-Ukrajna meta iffirma kuntratt ta' sentejn ma' Metalurh Zaporizhya.[4] Madanakollu, it-tieni esperjenza tiegħu ġewwa l-Ukrajna kellha tkun waħda qarsa kemm mil-lat personali u anki min-naħa tal-klabb; Ribeiro ftit li xejn sab spazju fl-ewwel tim, partikularment minħabba l-problemi fiżiċi fil-bidu tal-istaġun, u l-klabb safa relegat għall-Persha Liha (it-tieni serje) għall-ewwel darba fl-istorja.

Magħluqa l-parentesi Ukrajna, Ribeiro irritorna Malta għal darb'oħra fejn issieħeb mal-klabb ta' Ħamrun Spartans b'kuntratt ta' sentejn.[5] Iddebutta fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat 2011–12, u skorja darbtejn fil-konfront kontra Balzan Youths fir-rebħa ta' 3–1.[6] Hu spiċċa l-istaġun bħala l-aqwa skorer tat-tim bi 15-il gowl hekk kif għen lil Ħamrun jaħarbu mir-relegazzjoni. Fis-sajf tal-2012 hu ngħaqad ma' Hibernians.

Referenzi

  1. ^ ua-football.com, ed. (29-04-2008). "Украина стала для меня второй родиной (L-Ukrajna saret it-tieni dar tiegħi)" (bir-Russu). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ mfa.com.mt, ed. (22-08-2009). "Dingli Swallows FC 1-4 Tarxien Rainbows FC" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Carl Farrugia (22-08-2009). maltarightnow.com (ed.). "Tarxien Rainbows jibdew b'rebħa kbira". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ football.ua, ed. (18-07-2010). "Рибейро: "Еще зимой мог вернуться в Украину"" (bir-Russu). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ timesofmalta.com, ed. (25-06-2011). "Ħamrun unveil Ribeiro, Hibs eye Brazilian trio" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ timesofmalta.com, ed. (22-08-2011). "Quick goals propel Reds to victory" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni