Ateni: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.2+) (Bot Żieda: gag:Afina
m r2.7.3) (Bot Bidla: hsb:Athen
Linja 74: Linja 74:
[[hif:Athens]]
[[hif:Athens]]
[[hr:Atena (grad)]]
[[hr:Atena (grad)]]
[[hsb:Atheny]]
[[hsb:Athen]]
[[ht:Atèn]]
[[ht:Atèn]]
[[hu:Athén]]
[[hu:Athén]]

Reviżjoni ta' 03:35, 16 Ġunju 2012

Stampa:Athens montage.jpg
Veduti mill-belt ta' Ateni

Ateni hija l-kapitali u l-ikbar belt tal-Greċja, u tiddomina l-periferija ta' Attika. Ateni hija waħda mill-eqdem ibliet fid-dinja, bl-istorja tagħha tmur lura għal madwar 3,400 sena ilu.

Il-kapitali Griega għandha popolazzjoni ta' 745,514 (fl-2001) fiċ-ċentru amministrattiv tagħha. Iż-żona urbana testendi 'l barra mil-limiti amministrattivi tal-istess belt, b'popolazzjoni ta' 3,130,841 (fl-2001). Ateni hija ċ-ċentru ekonomiku, finanzjarju, industrijali u kulturali tal-Greċja, u fuq livell Ewropew u globali din għandha importanza notevoli.

Ateni hi l-aktar imfakkra fuq il-kotba tal-istorja bħala l-post fejn twieldet id-demokrazija, li kienet is-seded tal-akkademja ta' Platun u l-liċew ta' Aristotile, u kif ukoll il-post tat-twelid ta' Sokrate, Perikle, Sofokle u filosfi u persunaġġi oħra importanti tal-antik. Barra minn hekk, kienet polis prosperuża u hi kkunsidrata bħala l-benniena taċ-ċiviltà tal-Punent.

Tradizzjonalment, il-protettriċi tal-belt hija l-alla Atena, li tidher kemm fl-emblema tal-belt kif ukoll fil-bandiera.

Mudell:Link FA